European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2397

24.11.2025

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2025/2397

tal-24 ta’ Novembru 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2398 tal-24 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1693 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da'esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 (2) idaħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (3).

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ppreżentata minn ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom, fl-24 ta’ Novembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2398 sabiex tiżdied entità waħda mal-lista ta’ persuni, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Dik l-entità diġà hija soġġetta għal miżuri restrittivi skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (5). Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri tal-iffriżar tal-assi, id-Deċiżjoni (PESK) 2025/2398 tissospendi l-miżuri restrittivi rilevanti applikabbli għal dik l-entità skont dik id-Deċiżjoni sakemm il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/788/PESK japplikaw għaliha.

(4)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għaldaqstant, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha, meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/1686, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1) u (2), sa fejn japplikaw għall-‘Allied Democratic Forces’, għandhom jiġu sospiżi sakemm il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (*1) japplikaw għal dik l-entità.

(*1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1183/oj).”."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

L. LØKKE RASMUSSEN


(1)   ĠU L, 2025/2398, 24.11.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2398/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, gruppi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1686/oj).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 tal-20 ta’ Settembru 2016 dwar miżuri restrittivi kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida, u persuni, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1693/oj).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal- 20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/788/oj).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur ta’ l-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1, ELI: http://dta.europa.eu/eli/reg/2005/1183/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2397/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)