European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7497

17.12.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3154 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3156 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan

(C/2024/7497)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2135 (1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3154 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/2147 (3), kif implimentat mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/3156 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' attivitajiet li jdgħajfu l-istabbiltà u t-tranżizzjoni politika tas-Sudan.

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/3156, jirrikjedi li l-persuni jridu jirrapportaw fi żmien sitt ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, jew miżmuma jew ikkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi. Huma jridu jikkooperaw mal-awtorità kompetenti nazzjonali fi kwalunkwe verifika ta' tali informazzjoni. In-nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi ser titqies bħala ċirkomvenzjoni tal-miżuri dwar l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi.

L-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata trid tintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rilevanti, permezz tas-sit web tagħha kif indikat fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/2147, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2024/3156.


(1)   ĠU L, 2023/2135, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2135/oj.

(2)   ĠU L, 2024/3154, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3154/oj.

(3)   ĠU L, 2023/2147, 11.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2147/oj.

(4)   ĠU L, 2024/3156, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3156/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7497/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)