<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-330/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0330</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:719">EU:C:2022:719</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20220922">22.9.2022</DATE> – Kawża C‑330/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">The Escape Center</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (It‑Tmien Awla)</P><P>22 ta’ Settembru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 98</KEYWORD><KEYWORD>Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Anness III, punt 14</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Swali tal-isport</KEYWORD><KEYWORD>Akkumpanjament individwali jew fi grupp</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑330/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Flanderen tal-Lvant, Diviżjoni ta’ Gent, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tal‑20 ta’ Mejju 2021, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑27 ta’ Mejju 2021, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">The Escape Center BVBA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Belgische Staat,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (It‑Tmien Awla),</P><P>komposta minn N. Jääskinen, President tal-Awla, M. Safjan u M. Gavalec (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: A. M. Collins,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal The Escape Center BVBA, minn H. Vandebergh, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin, J.-C. Halleux u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn K. Bulterman u A. Hanje, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn M. Pere, bħala aġenta,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Carlin u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni meħuda, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 98(2), moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva dwar il-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn The Escape Center BVBA, l-operatur ta’ salla tal-isport, u l-Belgische Staat (l-Istat Belġjan) dwar l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għall-attivitajiet ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Istati Membri għandhom japplikaw rata normali ta’ VAT stabbilita minn kull Stat Membru li hija l-istess għall-kunsinni ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 97 ta’ din id-direttiva jipprovdi li r-rata normali ma tistax tkun inqas minn 15 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 98(1) u (2) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="098.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu japplikaw jew rata mnaqqsa waħda jew żewġ rati mnaqqsa.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="098.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rati mnaqqsa għandhom japplikaw biss għall-provvisti ta’ merkanzija jew servizzi fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness III.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, li jinkludi l-lista ta’ kunsinni ta’ oġġetti u ta’ provvisti ta’ servizzi li għalihom jistgħu japplikaw ir-rati mnaqqsa ta’ VAT imsemmija fl-Artikolu 98 ta’ din id-direttiva, jinkludi fil-punt 14 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[Id-dritt tal]-użu ta’ faċilitajiet sportivi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Belġjan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 37(1) tal-loi du 3 juillet 1969 créant le code de la taxe sur la valeur ajoutée (il-Liġi tat‑3 ta’ Lulju 1969 li Toħloq il-Kodiċi tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud), ir-Re jiffissa r-rati ta’ din it-taxxa u jistabbilixxi t-tqassim tal-oġġetti u tas-servizzi bejn dawn ir-rati billi jieħu inkunsiderazzjoni l-leġiżlazzjoni stabbilita f’dan il-qasam mill-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-arrêté royal n<HT TYPE="SUP">o</HT> 20, du <DATE ISO="19700720">20 juillet 1970</DATE>, fixant les taux de la taxe sur la valeur ajoutée et déterminant la répartition des biens et des services selon ces taux (id-Digriet Irjali Nru 20, tal‑20 ta’ Lulju 1970, li Jiffissa r-Rati tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u li Jiddetermina t-Tqassim tal-Oġġetti u tas-Servizzi Skont Dawn ir-Rati) jipprovdi li r-rata normali tal-VAT applikabbli għall-oġġetti u s-servizzi msemmija fl-imsemmi kodiċi hija ffissata għal 21 % u li, b’deroga minn dan il-prinċipju, it-taxxa tinġabar bir-rata mnaqqsa ta’ 6 % f’dak li jirrigwarda l-oġġetti u s-servizzi elenkati fit-Tabella A tal-Anness ta’ dan id-digriet irjali. Madankollu, dan l-artikolu jipprevedi li din ir-rata mnaqqsa ma tistax tiġi applikata meta s-servizzi relatati mat-Tabella A jikkostitwixxu l-aċċessorju ta’ ftehim kumpless li għandu prinċipalment bħala għan servizzi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont it-Taqsima XVIII tat-Tabella A tal-Anness tal-imsemmi digriet irjali, hija suġġetta għar-rata ta’ 6 % <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>[l]-għoti tad-dritt ta’ dħul għal faċilitajiet kulturali, sportivi u ta’ divertiment, u l-għoti tad-dritt tal-użu tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>The Escape Center, kumpannija bi skop ta’ lukru u suġġetta għall-VAT għall-attività ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>swali tal-isport<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tagħti lil persuni d-dritt li jaċċedu għall-postijiet tagħha fejn dawn jistgħu jużaw tagħmir sabiex itejbu l-kundizzjoni fiżika tagħhom u jiżviluppaw il-muskoli tagħhom. L-użu ta’ tagħmir sportiv isir b’mod individwali jew fi grupp, mingħajr jew flimkien ma’ akkumpanjament limitat. Hija tipproponi wkoll segwiti personalizzati u korsijiet kollettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-attività tagħha, din il-kumpannija dejjem iddikjarat VAT ta’ 21 %. Madankollu, fid-dawl ta’ ġurisprudenza nazzjonali fil-qasam tal-VAT, mogħtija f’kawża li ma kinitx parti minnha, hija qieset li r-rata mnaqqsa tal-VAT ta’ 6 % kienet tapplika għall-attività kollha tagħha minflok ir-rata tal-VAT normali ta’ 21 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għaldaqstant, The Escape Center talbet ir-rimbors tad-differenza ta’ 15 % VAT fuq il-perijodu mis-sena 2015 sal-ewwel trimestru tas-sena 2018 inkluż, jiġifieri EUR 48 622.64. Peress li ma qablitx ma’ din il-fehma fil‑25 ta’ Marzu 2019, l-amministrazzjoni fiskali indirizzat dikjarazzjoni ta’ regolarizzazzjoni li din il-kumpannija kkontestat quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Flanderen tal-Lvant, Diviżjoni ta’ Gent, il-Belġju).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Din il-qorti tirrileva li l-prattika tal-amministrazzjoni fiskali Belġjana ma hijiex uniformi fir-rigward tar-rata tal-VAT li għandha tiġi applikata għall-attività tal-operaturi li joperaw swali tal-isport. Fil-fatt, uħud mill-kontrolluri jikkunsidraw li għandha tiġi applikata r-rata normali ta’ 21 % għal dawn l-attivitajiet kollha, filwaqt li kontrolluri oħra jaċċettaw l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ 6 % jew ta’ rata tal-VAT ponderata, billi jibbażaw ruħhom fuq tqassim tal-attivitajiet differenti suġġetti, rispettivament, għal dawn iż-żewġ rati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont il-qorti tar-rinviju, l-amministrazzjoni fiskali Olandiża tammetti, min-naħa tagħha, li s-servizzi, bħall-fatt li jingħataw korsijiet, istruzzjonijiet jew li jiżguraw akkumpanjament, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>għoti ta’ opportunità ta’ sport<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, suġġetti għal rata mnaqqsa tal-VAT. Bl-istess mod, din il-qorti tindika li hija inklinata li tiddeċiedi, mill-qari tal-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baštová</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑432/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:855">EU:C:2016:855</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi jaqa’ taħt ir-rata mnaqqsa tal-VAT, anki meta akkumpanjament individwali jew fi grupp jikkompleta l-provvista.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Flanderen tal-Lvant, Diviżjoni ta’ Gent), billi qieset li s-soluzzjoni tal-kawża quddiemha teħtieġ l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VAT, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva [dwar il-VAT], moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi huwa suġġett għar-rata mnaqqsa ta’ VAT unikament jekk ma tiġi pprovduta ebda gwida individwali jew gwida ta’ grupp?<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 98(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandux jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ sala tal-isport u fil-provvista ta’ akkumpanjament individwali jew fi grupp tistax tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96 tad-Direttiva dwar il-VAT, kull Stat Membru għandu japplika l-istess rata normali ta’ VAT għall-kunsinni ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’deroga minn dan il-prinċipju, l-Artikolu 98(1) ta’ din id-direttiva jirrikonoxxi lill-Istati Membri l-possibbiltà li japplikaw waħda jew żewġ rati mnaqqsa tal-VAT. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 98(2) tal-imsemmija direttiva, ir-rati mnaqqsa ta’ VAT jistgħu jiġu applikati biss għall-kunsinni ta’ oġġetti u għall-provvisti ta’ servizzi fil-kategoriji li jidhru fl-Anness III tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT jawtorizza lill-Istati Membri japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għad-dritt ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>użu ta’ faċilitajiet sportivi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Id-Direttiva dwar il-VAT ma tinkludix definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal‑15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>), ma jipprevedix definizzjoni ta’ dan il-kunċett. Barra minn hekk, la d-Direttiva dwar il-VAT u lanqas ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 282/2011 ma jirreferu għad-dritt tal-Istati Membri f’dan is-suġġett, biex b’hekk l-imsemmi kunċett għandu jkun is-suġġett ta’ interpretazzjoni awtonoma u uniformi (ara, f’dan is-sens, sentenza tad‑29 ta’ Ottubru 2015, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑174/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:733">EU:C:2015:733</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà interpretat il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li jinsab fil-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, fis-sens li għandu jinftiehem bħala jkopri d-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet intiżi għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika, kif ukoll l-użu tagħhom għal dan il-għan (sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baštová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑432/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:855">EU:C:2016:855</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jistgħu jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva l-provvisti ta’ servizzi marbuta mal-użu ta’ dawn l-installazzjonijiet u meħtieġa għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baštová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑432/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:855">EU:C:2016:855</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Kif tenfasizza l-Kummissjoni, din il-konstatazzjoni hija konformi mal-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jinkoraġġixxi l-eżerċizzju effettiv tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika pjuttost milli jenfasizza l-eżerċizzju ta’ dritt ta’ aċċess għall-faċilitajiet sportivi. Fil-fatt, l-għan ta’ dan l-Anness III huwa li jirrendi inqas onerużi, u allura iktar aċċessibbli għall-konsumatur finali, li finalment iħallas il-VAT, ċerti provvisti ta’ servizzi meqjusa bħala partikolarment meħtieġa (ara, f’dan is-sens, sentenza tat‑22 ta’ April 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Katowicach</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑703/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:314">EU:C:2021:314</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u ġurisprudenza ċċitata) u, f’dan il-kuntest, il-punt 14 tiegħu huwa intiż sabiex jippromwovi l-prattika ta’ attivitajiet sportivi u li jirrendi dawn tal-aħħar aċċessibbli għall-individwi (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑10 ta’ Novembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Baštová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑432/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:855">EU:C:2016:855</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għalkemm ma hemmx dubju li l-aċċess għal sala tal-isport li tagħti dritt għall-użu ta’ faċilitajiet sportivi, kif ukoll l-akkumpanjament ta’ klijenti ġodda intiżi għall-użu responsabbli tat-tagħmir ta’ din is-sala tal-isport, jaqa’ taħt il-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, madankollu, għandu jiġi rrilevat li The Escape Center tipproponi, minbarra dan l-aċċess u dan id-dritt ta’ użu, akkumpanjamenti personalizzati u korsijiet kollettivi. Għaldaqstant, għandu jiġi vverifikat jekk il-provvisti kollha proposti minn din il-kumpannija jistgħux jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, sa fejn huma jifformaw provvista waħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li jkun hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>provvista unika<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> fejn żewġ elementi jew azzjonijiet, jew iktar minn tnejn, fornuti mill-persuna taxxabbli lill-konsumatur, meqjus bħala konsumatur medju, għandhom konnessjoni tant stretta li jifformaw, oġġettivament, provvista ekonomika waħda li ma tistax tiġi sseparata u li kieku kellha tiġi sseparata tingħata xejra artifiċjali (sentenzi tas‑27 ta’ Ottubru 2005, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Levob Verzekeringen u OV Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:649">EU:C:2005:649</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑17 ta’ Diċembru 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Franck</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑801/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1049">EU:C:2020:1049</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dan huwa wkoll il-każ meta provvista waħda jew iktar jikkostitwixxu provvista prinċipali u l-provvista jew il-provvisti l-oħra jikkostitwixxu provvista anċillari waħda jew iktar li għalihom tapplika l-istess sistema fiskali li hija applikabbli għall-provvista prinċipali. B’mod partikolari, provvista għandha titqies bħala anċillari għal provvista prinċipali meta ma tkunx tikkostitwixxi għan fiha nnifisha għall-klijenti, iżda mezz sabiex jitgawda aħjar is-servizz prinċipali pprovdut mill-fornitur (sentenzi tal‑21 ta’ Frar 2008, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Part Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑425/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:108">EU:C:2008:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑19 ta’ Diċembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mailat</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:1038">EU:C:2018:1038</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li, f’ċirkustanzi oħra, l-elementi li jifformaw tranżazzjoni bħal din jistgħu jiġu pprovduti weħidhom u huma meqjusa, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, bħala distinti u indipendenti (ara, f’dan is-sens, digriet tad‑19 ta’ Jannar 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Purple Parking u Airparks Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:29">EU:C:2012:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk l-akkumpanjament personalizzat u l-korsijiet kollettivi, li għalihom l-aċċess għas-sala tal-isport jagħti wkoll dritt, jikkostitwixxux provvisti anċillari għall-għoti ta’ tali aċċess jew għall-użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ tali sala, il-qorti tar-rinviju għandha tfittex l-elementi karatteristiċi tat-tranżazzjoni kkonċernata, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha li fihom din isseħħ (digriet tad‑19 ta’ Jannar 2012, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Purple Parking u Airparks Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑117/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:29">EU:C:2012:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tagħmel dawn l-evalwazzjonijiet, hija, madankollu, l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi kollha rilevanti għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għall-qorti tar-rinviju (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑21 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat‑8 ta’ Diċembru 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Stock ’94</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑208/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:936">EU:C:2016:936</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-provvisti marbuta mal-ipprattikar tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika għandhom, sa fejn huwa possibbli, jiġu kkunsidrati flimkien (ara, b’analoġija, sentenza tat‑22 ta’ Jannar 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Régie communale autonome du stade Luc Varenne</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑55/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:29">EU:C:2015:29</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif fakkar il-Gvern Olandiż, għandu jiġi indikat li ċerti attivitajiet fiżiċi pprattikati fis-swali tal-isport jeħtieġu neċessarjament qafas li jirrendi possibbli l-prattika tagħhom jew jistgħu jiġu pprattikati biss fil-kuntest ta’ kors kollettiv. Għaldaqstant, l-aċċess għal sala tal-isport li toffri l-prattika ta’ tali attivitajiet fiżiċi, il-qafas individwali u l-korsijiet kollettivi li għalihom dan l-aċċess jagħti dritt, jidhru bħala elementi marbuta li jifformaw, bħala prinċipju, provvista waħda. Min-naħa l-oħra, kif jenfasizza l-Gvern Finlandiż, dan ma jkunx il-każ meta l-akkumpanjament personalizzat jew il-kors kollettiv, imwettqa fil-kuntest ta’ sala tal-isport, ma jirrigwardawx il-qafas jew l-akkumpanjament normali ta’ ċerti attivitajiet fiżiċi, iżda essenzjalment it-tagħlim jew it-taħriġ ta’ dixxiplina sportiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn il-formuli proposti lill-klijenti jagħtu aċċess kemm għall-bini tas-sala tal-isport fejn l-isport u l-edukazzjoni fiżika jistgħu jiġu pprattikati kif ukoll għall-korsijiet kollettivi, mingħajr ebda distinzjoni skont it-tip ta’ installazzjoni effettivament użata u l-eventwali parteċipazzjoni fil-korsijiet kollettivi, din iċ-ċirkustanza tikkostitwixxi indizju importanti tal-eżistenza ta’ provvista unika. F’dan il-kuntest, it-teħid inkunsiderazzjoni tal-intenzjoni ta’ kull viżitatur dwar l-użu tal-infrastrutturi pprovduti jew il-parteċipazzjoni fil-korsijiet kollettivi offruti mill-operatur imur kontra l-għanijiet segwiti mis-sistema tal-VAT li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali kif ukoll l-applikazzjoni korretta u sempliċi tar-rata mnaqqsa tal-VAT fir-rigward tal-użu ta’ faċilitajiet sportivi. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex tiffaċilita l-atti inerenti għall-applikazzjoni tal-VAT, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, in-natura oġġettiva tat-tranżazzjoni inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, sentenza tal‑21 ta’ Frar 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Žamberk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑18/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:95">EU:C:2013:95</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalhekk, bla ħsara għall-evalwazzjoni mwettqa b’mod definittiv mill-qorti tar-rinviju, mill-elementi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha għad-dispożizzjoni tagħha, kif ġew ippreżentati fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jirriżulta li l-akkumpanjament personalizzat u l-korsijiet kollettivi li għalihom l-aċċess għas-sala tal-isport użata minn The Escape Center jagħti dritt huma anċillari għad-dritt ta’ użu tal-installazzjonijiet ta’ din is-sala jew għall-użu effettiv ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jingħad li, meta Stat Membru jiddeċiedi li jagħmel użu mill-possibbiltà stabbilita mill-Artikolu 98(1) u (2) tad-Direttiva dwar il-VAT li japplika rata mnaqqsa tal-VAT għal kategorija ta’ provvisti li jidhru fl-Anness III ta’ din id-direttiva, huwa għandu, bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT, il-possibbiltà li jillimita l-applikazzjoni ta’ din ir-rata mnaqqsa tal-VAT għal aspetti konkreti u speċifiċi ta’ din il-kategorija (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑6 ta’ Mejju 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:253">EU:C:2010:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑9 ta’ Settembru 2021, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Phantasialand</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑406/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:720">EU:C:2021:720</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, il-Gvern Belġjan jindika li, permezz tal-Artikolu 1 tad-Digriet Irjali Nru 20 tal‑20 ta’ Lulju 1970 u t-Taqsima XXVIII tat-Tabella A tal-Anness ta’ dan id-Digriet Irjali, il-leġiżlatur Belġjan introduċa tali limitazzjoni sabiex jipprevedi l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tal-VAT biss għall-għoti tad-dritt ta’ aċċess għal faċilitajiet sportivi u għall-użu tagħhom, bl-esklużjoni ta’ kull akkumpanjament, personalizzat jew le, u ta’ kull qafas fil-forma ta’ korsijiet. Għaldaqstant, kif jippreċiża l-kummentarju amministrattiv partikolari dwar l-operat ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Fitnesscenter<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, adottat fl‑24 ta’ Lulju 1984, fil-każ ta’ provvista, mill-operatur ta’ sala tal-isport, ta’ tagħlim lill-persuni li jipprattikaw attivitajiet differenti, is-servizzi ta’ dan l-operatur huma suġġetti għar-rata normali tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont dan il-gvern, tali applikazzjoni selettiva tar-rata mnaqqsa tal-VAT tissodisfa l-kundizzjoni doppja stabbilita mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, li tgħid li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, minn naħa, għandha tiżola biss, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa, aspetti konkreti u speċifiċi tal-kategorija ta’ provvisti inkwistjoni u, min-naħa l-oħra, għandha tosserva l-prinċipju ta’ newtralità fiskali (sentenzi tas‑6 ta’ Mejju 2010, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Franza</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑94/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:253">EU:C:2010:253</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas‑27 ta’ Frar 2014, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Pro Med Logistik u Pongratz</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/12 u C‑455/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:111">EU:C:2014:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk din hijiex, f’dan il-każ, applikazzjoni selettiva tar-rata mnaqqsa tal-VAT, mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dan ma jidhirx li huwa l-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmi digriet irjali, imsemmija mill-Gvern Belġjan, ma jidhrux li jiddeterminaw b’mod iktar preċiż, fost il-provvisti ta’ servizzi inklużi fil-kategorija li tinsab fil-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva dwar il-VAT, dawk li għalihom tapplika r-rata mnaqqsa tal-VAT. Peress li dawn id-dispożizzjonijiet essenzjalment jirriproduċu l-kontenut tal-imsemmi punt 14 tal-Anness III, huma ma jistgħux jitqiesu bħala li jillimitaw l-applikazzjoni tar-rata mnaqqsa tal-VAT għal aspetti konkreti u speċifiċi tal-kategorija ta’ provvisti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-kummentarju amministrattiv partikolari dwar l-operat ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Fitnesscenter<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, adottat fl‑24 ta’ Lulju 1984, għandu jiġi rrilevat li dan tal-aħħar jidher li jirrifletti biss prattika amministrattiva, peress li l-Gvern Belġjan ma jsostnix li ġiet implimentata applikazzjoni selettiva tar-rata mnaqqsa tal-VAT minn dan tal-aħħar. Barra minn hekk, fit-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari, il-qorti tar-rinviju ma ssemmix dan il-kummentarju amministrattiv u tesponi prattika amministrattiva fiskali diverġenti dwar ir-rata tal-VAT li għandha tiġi applikata għall-attività tal-operaturi li joperaw swali tal-isport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika n-natura u l-portata tal-imsemmi digriet irjali u tal-imsemmi kummentarju fid-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 98(2) tad-Direttiva dwar il-VAT, moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ sala tal-isport u fil-provvista ta’ akkumpanjament individwali jew fi grupp tista’ tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa tal-VAT, meta dan l-akkumpanjament huwa marbut mal-użu ta’ dawn l-faċilitajiet u huwa meħtieġ għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika jew meta dan l-akkumpanjament huwa anċillari għad-dritt tal-użu tal-imsemmija faċilitajiet jew għall-użu effettiv tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandu jiġi interpretat fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ sala tal-isport u fil-provvista ta’ akkumpanjament individwali jew fi grupp tista’ tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, meta dan l-akkumpanjament huwa marbut mal-użu ta’ dawn l-faċilitajiet u huwa meħtieġ għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika jew meta dan l-akkumpanjament huwa anċillari għad-dritt tal-użu tal-imsemmija faċilitajiet jew għall-użu effettiv tagħhom.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>