Official Journal L 169 , 28/06/1976 P. 0040 - 0041
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0152
Greek special edition: Chapter 03 Volume 15 P. 0183
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 7 P. 0152
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 10 P. 0168
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 10 P. 0168
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1519/76 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1976 rigward l-importazzjoni ta’ granza, ponot, jew residwi oħra li jiġu bit-tgħarbil, it-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċerti ċereali li jiġu mill-Alġerija IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 113 hemm imsemmi, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija u l-Ftehim Interim [2] fuq l-implimentazzjoni avvanzata ta’ ċerti disposizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ġew iffirmati fis-26 ta’ April 1976; Billi, taħt l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim, sakemm l-Alġerija tintaxxa impost speċjali fuq l-esportazzjoni ta’ granza, ponot u residwi meħuda mill-għarbil, bit-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ir-ross, li jaqgħu taħt is-subintestatura 23.02 A II tat-Tariffi Doganali Komuni, il-komponent varjabbli ta’ levy ta’ importazzjoni tkun imnaqqsa b’ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja tal-komponenti varjabbli tal-levies fuq il-prodott ikkonċernat għat-tlett xhur qabel ix-xahar li dan l-ammont jiġi stabbilit u l-komponent fiss ma jiġix impost; Billi din il-impost speċjali fuq l-esportazzjoni trid tiġi riflessa fil-prezz ta’ importazzjoni ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità; Billi, sabiex jiżgura li dawn il- Ftehim huma mħaddma kif suppost, għandhom jittieħdu miżuri li jġegħlu lill-importatur, fil-perjodu li l-granza, ponot u r-residwi l-oħra huma importati, sabiex iforni prova li l-ħlas speċjali fuq l-esportazzjoni nġabar mill-Alġerija; Billi, wara inter alia għall-Ftehim fil-format ta’ bdil ta’ ittri rigward l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu ta’ l-Alġerija u rigward l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza u ponot li oriġinaw fl-Alġerija [3], dawn il-Ftehim jinħtieġu regoli dettaljati għat-twettiq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-komponent varjabbli t’impost fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi oħra meħuda mill-għarbil, it-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ir-ross, li jaqgħu taħt is-subintestatura 23.02 A. II tat-Tariffi Doganali Komuni li oriġinaw fl-Alġerija tkun dik ikkalkulata skond l-Artiklolu 2 tar-Regoloament tal-Kunsill (KEE) Nru 2744/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti ipproċessati minn ċereali u ross [4], nieqes l-ammont ekwivalenti ta’ 60 % tal-medja ta’ komponenti varjabbli fuq taxxi tal-prodott partikolari għat-tlett xhur qabel ix-xahar li t-tali ammont huwa stabbilit. Artikolu 2 L-Artikolu 1 għandu japplika għal kull importazzjoni li tiegħu l-importatur jista’ jforni prova li l-levy speċjali fuq l-esportazzjoni nġabret mill-Alġerija skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jew ma’ l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim. Artikolu 3 Regoli ddetaljati ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, partikolarment rigward l-iffissar ta’ l-ammonti li bih it-taxxa trid tiġi mnaqqsa, tkun adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament Nru 359/67/KEE. Artikolu 4 Il-komponent stabbilit ta’ t-taxxa fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ granza, ponot u residwi oħra meħuda mill-għarbil, it-tħin jew b’xi xogħol ieħor fuq ċereali, ħlief għall-qamħirrun jew ir-ross, li jaqgħu taħt it-titolu ta’ taħt 23.02 A. II ta’ t-Tariffi Dagonali Komuni li oriġinaw fl-Alġerija ma għandux ikun impost. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ dħul fis-seħħ tal-Ftehim fil-forma ta’ bdil ta’ ittri relatati ma’ l-Artikolu 21 tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni u l-Artikolu 14 tal-Ftehim Interim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari ta’ l-Alġerija rigward l-importazzjoni ta’ granza u ponot li oriġinaw fl-Alġerija. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta’ Ġunju 1976. Għall-Kunsill Il-President G. Thorn [1] Opinjoni mgħoddija fit-18 ta’ Ġunju 1976 u għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. [2] ĠU L 141, tat-28.5.1976, p. 2. [3] Ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] ĠU L 281, ta’ l-1.11.1975, p. 65. --------------------------------------------------