|
13.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 379/94 |
LINJA GWIDA (UE) 2020/1692 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-25 ta’ Settembru 2020
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2016/65 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema
(BĊE/2020/46)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għandhom isiru aġġustamenti għall-qafas ta’ valutazzjoni u kontroll tar-riskju tal-Eurosistema sabiex jiġi rifless il-fatt li bonds koperti mhux leġiżlattivi (jiġifieri bonds koperti kuntrattwali) m’għandhomx ikomplu jiġu aċċettati bħala kollateral tal-Eurosistema. |
|
(2) |
Għaldaqstant, il-Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/35) (1) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi
Il-Linja Gwida (UE) 2016/65 (BĊE/2015/35) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat skont kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Anness, it-Tabella 1 hija mibdula b’dan li ġej: “Tabella 1 Kategoriji ta’ haircuts għal assi negozjabbli eliġibbli bbażati fuq it-tip ta’ emittent u/jew it-tip ta’ assi
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta’ Jannar 2021. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bit-testi u l-mezzi relatati ma’ dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mis-6 ta’ Novembru 2020.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-25 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Linja Gwida (UE) 2016/65 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Novembru 2015 dwar il-haircuts fil-valutazzjoni applikati fl-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2015/35) (ĠU L 14, 21.1.2016, p. 30).