|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/721 |
9.11.2023 |
Komunikazzjoni tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika tar-Renju tan-Netherlands skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi
(C/2023/721)
Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika b’dan qed javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokka E13, kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 tar-Regolament Minerarju (Mijnbouregeling). Il-Blokka E13 tkopri żona ta’ 403 km2.
Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi b’dan qed jistieden lill-partijiet interessati biex iressqu applikazzjoni kompetittiva għall-awtorizzazzjoni tal-prospettar għall-idrokarburi fil-blokok E13 fil-blata kontinentali tan-Netherlands, b’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u l-Artikolu 15 tal-Att Minerarju (Mijnbouwwet).
Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Politika Klimatika hu l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 5(1) u (2) u fl-Artikolu 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stipulati fl-Att dwar il-Minjieri.
L-applikazzjonijiet jintlaqgħu matul it-13-il ġimgħa wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u għandhom jintbagħtu lil:
Email: mijnbouwvergunningen@minezk.nl
|
The State Secretary for Economic Affairs and Climate Policy |
|
attn.: Is-Sur J. Visser, id-Direttorat għat-Tranżizzjoni fl-Użu tar-Riżorsi fil-Fond Taħt l-Art |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EK Den Haag |
|
IN-NETHERLANDS |
L-applikazzjonijiet li jaslu wara l-iskadenza ta’ dan il-perjodu mhux se jiġu kkunsidrati.
Fil-prinċipju, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed matul it-12-il xahar ta’ wara dak il-perjodu.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb billi ċċempel lill-uffiċċju MABEL fuq dan in-numru tat-telefon: +31 703796970.
|
The State Secretary for Economic Affairs and Climate Policy |
|
attn.: Is-Sur J. Visser, id-Direttorat għat-Tranżizzjoni fl-Użu tar-Riżorsi fil-Fond Taħt l-Art |
|
Bezuidenhoutseweg 73 |
|
Postbus 20401 |
|
2500 EK Den Haag |
|
IN-NETHERLANDS |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/721/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)