|
17.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 344/123 |
LINJA GWIDA (UE) 2016/2300 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta' Novembru 2016
li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2016/33)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 5.1, 12.1, 14.3 u 18.2 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-assi kollha li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal- Eurosistema huma soġġetti għal miżuri speċifiċi tal-kontroll tar-riskju sabiex l-Eurosistema tkun protetta kontra telf finanzjarju f'ċirkustanzi fejn il-kollateral tagħha jkollu jiġi rrealizzat minħabba avveniment ta' inadempjenza ta' kontroparti. Bħala riżultat ta' reviżjoni regolari tal-qafas għall-kontroll tar-riskju, hemm bżonn li jsiru diversi aġġustamenti fir-rigward ta' titoli ggarantiti b'assi sabiex tiġi żgurata protezzjoni adegwata. |
|
(2) |
Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
Emendi għal-Linja Gwida BĊE/2014/31
Il-Linja Gwida BĊE/2014/31 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
2. |
l-Anness ta' din il-Linja Gwida hija mdaħħla bħala Anness IIa. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
2. Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-1 ta' Jannar 2017. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2016.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta' Novembru 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida BĊE/2014/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28)
ANNESS
“ANNESS IIa
Livelli ta' valutazzjoni fil-haircut applikati lil titoli ggarantiti b'assi (ABS) eliġibbli taħt l-Artikolu 3(2) ta' din il-Linja Gwida
|
Ħajja Medja Ppeżata |
Haircut fil-valutazzjoni |
|
0-1 |
6,0 |
|
1-3 |
9,0 |
|
3-5 |
13,0 |
|
5-7 |
15,0 |
|
7-10 |
18,0 |
|
> 10 |
30,0” |