22003D0055



Official Journal L 193 , 31/07/2003 P. 0034 - 0035


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 55/2003

tas-16 ta' Mejju 2003

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XX għall-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 16/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1].

(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/605/KE tas-17 ta' Lulju 2002 li tikkonċerna l-kwestjonarju fuq id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta' riskji ta' inċidenti serji li jinvolvu sustanzi perikolużi [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jkun mdaħħal wara l-punt 23a (Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE) ta' l-Anness XX għall-Ftehim:

"23aa. 32002 D 0605: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/605/KE tas-17 ta' Lulju 2002 li tikkonċerna il-kwestjonarju fuq id-Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE dwar il-kontroll ta' riskji ta' inċidenti serji li jinvolvu sustanzi perikolużi (ĠU L 195, ta' l-24.7.2002, p. 74)."

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2002/605/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li ser ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-17 ta' Mejju 2003, bil-kondizzjoni li jiġu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment taż-ŻEE, fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta' Mejju 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 73.

[2] ĠU L 195, ta' l-24.7.2002, p. 74.

[3] L-ebda kondizzjoni kostituzzjonali mhi indikata.

--------------------------------------------------