02008R0431 — MT — 01.01.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 431/2008 tad-19 ta’ Mejju 2008 (ĠU L 130 20.5.2008, p. 3) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2287 tas-16 ta' Diċembru 2016 |
L 344 |
63 |
17.12.2016 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 431/2008
tad-19 ta’ Mejju 2008
li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni ta’ laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91
Artikolu 1
1. Kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni għal total ta’ ►M1 54 875 tunnellata ◄ espressa fil-piż ta’ laħam mingħajr għadam għal-laħam iffriżat ta’ l-annimali bovini koperti mill-kodiċi NM 0202 u l-prodotti koperti mill-kodiċi NM 0206 29 91 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (minn hawn 'il quddiem “il-perjodu tal-kwota tariffarja”).
In-numru ta’ l-ordni tal-kwota tariffarja għandu jkun 09.4003.
Madankollu, għall-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni 2016/2017 l-ammont totali għandu jkun ta' 53 000 tunnellata.
2. Id-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni applikabbli għall-kwota provduta fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % ad valorem.
Artikolu 2
1. Il-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun amministrata billi d-drittjiet ta’ l-importazzjoni jkunu attribwiti bħala l-ewwel pass u l-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni bħala t-tieni pass.
2. Għandhom japplikaw ir-Regolamenti (KE) Nru 1291/2000, (KE) Nru 1301/2006 u (KE) Nru 382/2008, għajr meta pprovdut xorta oħra f'dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament,
(a) 100 kilogramma ta’ laħam bl-għadam għandu jkun ekwivalenti għal 77 kilogramma ta’ laħam mingħajr għadam;
(b) “laħam iffriżat” tfisser laħam li huwa ffriżat u li jkollu temperatura interna ta’ – 12 °C jew anqas meta jidħol fit-territorju tad-dwana tal-Komunità.
Artikolu 4
1. Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-applikanti għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom juru li l-kwantità ta’ ċanga li taqa' taħt il-kodiċijiet NM 0201 , 0202 , 0206 10 95 jew 0206 29 91 kienet importata minnhom jew f'isimhom taħt id-dispożizzjonijiet tad-dwana rilevanti, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ April ta’ qabel il-perjodu annwali tal-kwota tariffarja (minn hawn 'il quddiem “il-kwantità ta’ referenza”).
2. Kumpanija ffurmata mill-merger ta’ kumpaniji li kull waħda minnhom impurtat kwantitajiet ta’ referenza, tista' tuża dawk il-kwantitajiet ta’ referenza bħala l-bażi għall-applikazzjoni tagħha.
Artikolu 5
1. L-applikazzjonijiet għal drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mhux aktar tard mis-13:00, ħin ta’ Brussell, fl-1 ta’ Ġunju ta’ qabel il-perjodu annwali tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni.
Il-kwantità totali koperta mill-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni mressqa fil-perjodu tal-kwota tariffarja fuq l-importazzjoni ma tistax taqbeż il-kwantitajiet ta’ referenza ta’ l-applikant. L-applikazzjonijiet li ma jħarsux din ir-regola ma jiġux aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Garanzija ta’ EUR 6 kull 100 kilogramma ekwivalenti għal-laħam mingħajr għadam għandha tkun ippreżentata flimkien ma’ l-applikazzjoni għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni.
3. Sa mhux aktar tard mis-13:00, il-ħin ta’ Brussell, fit-tielet Ġimgħa wara tmiem il-perjodu għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet imsemmija f'paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet totali li saret applikazzjoni għalihom.
Artikolu 6
1. Id-drittijiet ta’ l-importazzjoni għandhom jingħataw mis-seba' jum tax-xogħol iżda mhux aktar tard mis-16-il jum tax-xogħol wara tmiem il-perjodu għan-notifiki msemmi fl-Artikolu 5(3).
2. Jekk l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ l-allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 tirriżulta f'anqas drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-allokazzjoni milli tressqu applikazzjonijiet għalihom, il-garanzija ppreżentata skond l-Artikolu 5(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun irrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
Artikolu 7
1. Ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-kwantitajiet mogħtija skond il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1) huwa suġġett għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandhom ikopru l-kwantità totali allokata. Dan l-obbligu għandu jikkostitwixxi rekwiżit primarju skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85.
Artikolu 8
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jitressqu biss fl-Istat Membru fejn l-applikant applika għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni u kisibhom skond il-kwota msemmija fl-Artikolu 1(1).
Kull ħruġ ta’ liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fid-drittijiet ta’ l-importazzjoni miksuba u l-garanzija ddepożitata skond l-Artikolu 5(2) għandha tiġi rrilaxxata proporzjonalment mingħajr dewmien.
2. Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jinħarġu ma’ l-applikazzjoni minn u f'isem l-operatur li kiseb id-drittijiet ta’ l-importazzjoni.
3. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja u l-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom juru:
(a) fil-kaxxa 16, wieħed mill-gruppi li ġejjin ta’ kodiċijiet NM:
— 0202 10 00 , 0202 20
— 0202 30 , 0206 29 91 ;
(b) fil-kaxxa 20, in-numru ta’ l-ordni tal-kwota (09.4003) u talanqas waħda mill-annotazzjonijiet elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 9
1. B'deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:
(a) sa mhux aktar tard mill-għaxar jum ta’ kull xahar, il-kwantitajiet ta’ prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta’ l-importazzjoni fix-xahar ta’ qabel;
(b) sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ wara li jintemm kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni, il-kwantitajiet tal-prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji ta’ l-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.
2. Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru ta’ wara li jintemm kull perjodu tal-kwota tariffarja ta’ l-importazzjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta’ prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul il-perjodu tal-kwota tariffarja preċedenti.
3. Fin-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kwantitajiet għandhom ikunu espressi f’kilogrammi tal-piż tal-prodott u għal kull kategorija tal-prodott kif stipulat fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.
Artikolu 10
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8(3)(b)
|
Bil-Bulgaru |
: |
Замразено говеждо или телешко месо (Регламент (ЕО) № 431/2008) |
|
Bl-Ispanjol |
: |
Carne de vacuno congelada [Reglamento (CE) no 431/2008] |
|
Biċ-Ċek |
: |
Zmrazené maso hovězího skotu (nařízení (ES) č. 431/2008) |
|
Bid-Daniż |
: |
Frosset oksekød (forordning (EF) nr. 431/2008) |
|
Bil-Ġermaniż |
: |
Gefrorenes Rindfleisch (Verordnung (EG) Nr. 431/2008) |
|
Bl-Estonjan |
: |
Külmutatud veiseliha (määrus (EÜ) nr 431/2008) |
|
Bil-Grieg |
: |
Κατεψυγμένο βόειο κρέας [κανονισμός (EK) αριθ. 431/2008] |
|
Bl-Ingliż |
: |
Frozen meat of bovine animals (Regulation (EC) No 431/2008) |
|
Bil-Franċiż |
: |
Viande bovine congelée [Règlement (CE) no 431/2008] |
|
Bit-Taljan |
: |
Carni bovine congelate [Regolamento (CE) n. 431/2008] |
|
Bil-Latvjan |
: |
Saldēta liellopu gaļa (Regula (EK) Nr. 431/2008) |
|
Bil-Litwan |
: |
Sušaldyta galvijų mėsa (Reglamentas (EB) Nr. 431/2008) |
|
Bl-Ungeriż |
: |
Szarvasmarhafélék húsa fagyasztva (431/2008/EK rendelet) |
|
Bil-Malti |
: |
Laħam iffriżat ta’ annimali bovini (Regolament (KE) Nru 431/2008) |
|
Bl-Olandiż |
: |
Bevroren rundvlees (Verordening (EG) nr. 431/2008) |
|
Bil-Pollakk |
: |
Mięso wołowe mrożone (Rozporządzenie (WE) nr 431/2008) |
|
Bil-Portugiż |
: |
Carne de bovino congelada [Regulamento (CE) n.o 431/2008] |
|
Bir-Rumen |
: |
Carne de vită congelată [Regulamentul (CE) nr. 431/2008] |
|
Bis-Slovakk |
: |
Mrazené mäso z hovädzieho dobytka [Nariadenie (ES) č. 431/2008] |
|
Bis-Sloven |
: |
Zamrznjeno goveje meso (Uredba (ES) št. 431/2008) |
|
Bil-Finlandiż |
: |
Jäädytettyä naudanlihaa (asetus (EY) N:o 431/2008) |
|
Bl-Iżvediż |
: |
Fryst kött av nötkreatur (förordning (EG) nr 431/2008) |