02011R0337 — MT — 30.03.2019 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 337/2011

tas-7 ta’ April 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 094 8.4.2011, p. 19)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/221 tas-6 ta' Frar 2019

  L 35

28

7.2.2019




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 337/2011

tas-7 ta’ April 2011

dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż u endo-1,3(4)-beta-glukenejż bħala addittiv fl-għalf għat-tajr tal-irziezet, għall-ħnienes miftuma u qżieqeż għas-simna (detentur tal-awtorizzazzjoni ►M1  Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rrappreżentata minn Genencor International B.V. ◄ )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità.

4a15

►M1  Danisco (UK) Ltd, li topera taħt l-isem kummerċjali Danisco Animal Nutrition u li hija rappreżentata minn Genencor International B.V. ◄

Endo-1,4-beta żajlenejż

EC 3.2.1.8

Endo-1,3(4)-beta-glukenejż

EC 3.2.1.6

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni (forma solida u likwida) ta’ endo-1,4-beta-żajlenejż magħmul mit-Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) u endo-1,3(4)-beta-glukenejż magħmul mit-Trichoderma reesei (ATCC SD 2106) li għandhom rispettivament attività minima ta’ 12 200 U (1)/g u 1 520 U (2)/g

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-żajlenejż prodott minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588), u endo-1,3(4)-beta-glukenejż prodott minn Trichoderma reesei (ATCC SD 2106)

Metodi analitiċi (3)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti u fl-għalf:

— metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,4-ß-żajlenejż minn sottostrati cross-linked żoroq ta’ qamħ u arabinoksilan;

— metodu kolorimetriku li jkejjel il-kulur li jinħall fl-ilma rilaxxat minn azzjoni ta’ endo-1,3(4)-ß-glukenejż minn kulur mgħaqqad ma’ sottostrati cross-linked żoroq ta’ ß-gluken tax-xgħir.

Dundjani għas-simna u mrobbija għat-tgħammir

Tiġieġ tal-bidien

—

endo-1,4-beta-żajlenejż

1 220 U

endo-1,3(4)-beta-glukenejż

152 U

—

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting

2.  Għall-użu f’għalf li fih ħafna polisakkaridi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glukeni u arabinoksilani), eż. li fihom aktar minn 30 % qamħ, xgħir, segala u/jew triticale

3.  Għal raġunijiet ta’ sikurezza: għandhom jintlibsu: maskra għall-protezzjoni tan-nifs, nuċċali u ingwanti waqt il-maniġġ.

4.  Għal ħnienes (miftuma) sa 35 kg

It-28 ta’ April 2021

Tjur oħrajn

Ħnienes (miftuma)

Qżieqeż tas-simna

endo-1,4-beta-żajlenejż

610 U

endo-1,3(4)-beta-glukenejż

76 U

(1)   1 U huwa l-ammont ta’ enzima li tillibera 0,48 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ żilożju) minn żajlen arabino tal-qamħ fil-minuta b’pH ta’ 4.2 u 50 °C.

(2)   1 U huwa l-ammont ta’ enzima li tillibera 2,4 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (ekwivalenti ta’ glukosju) minn gluken tax-xgħir fil-minuta b’pH ta’ 5,0 u 50 °C.

(3)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.