|
21.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 210/21 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9227 — Rockwell/Schlumberger/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 210/11)
1.
Fis-17 ta’ Ġunju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-kumpaniji Rockwell Automation, Inc. (“Rockwell”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Schlumberger Limited (“Schlumberger”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture (“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma u l-kontribuzzjoni ta’ assi u persunal assoċjat.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Rockwell hija kumpanija dinjija ddedikata għal soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll industrijali. |
|
— |
Schlumberger hija fornitur dinji tat-teknoloġija, ġestjoni integrata ta’ proġetti u soluzzjonijiet ta’ informazzjoni għal klijenti fl-industrija taż-żejt u l-gass. |
|
— |
Il-JV se tkun attiva fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll kompletament integrati u b’kapaċità diġitali għall-klijenti fl-industrija globali taż-żejt u l-gass. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9227 — Rockwell/Schlumberger/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).