14.12.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 446/32


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2203

tal-10 ta’ Diċembru 2021

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jeleneka persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet assoċjati mar-reġim tal-eks President Saddam Hussein koperti bl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u bi projbizzjoni milli l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli.

(2)

Fit-8 ta’ Diċembru 2021, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni mil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom jeħtieġ li japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja,

is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“29.

ISEM: Mahmud Dhiyab Al-Ahmed. DATA U POST TAT-TWELID: 1953, Bagdad jew Mosul. NAZZJONALITÀ: L-Iraq. BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI: Ministru tal-Intern.”

“34.

ISEM: Husam Muhammad Amin Al-Yassin. DATA U POST TAT-TWELID: 1953 jew 1958, Tikrit. NAZZJONALITÀ: L-Iraq. BAŻI SKONT IR-RIŻOLUZZJONI 1483 TAL-KUNSILL TAS-SIGURTA TAN-NAZZJONIJIET UNITI: Kap tad-Direttorat tal-Kontroll Nazzjonali”