<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-640/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0640</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:700">EU:T:2018:700</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20181018">18.10.2018</DATE> – Kawża T‑640/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">GEA Group vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Stabilizzaturi termiċi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni inizjali</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Interess ġuridiku</KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Multi</KEYWORD><KEYWORD>Limitu massimu ta’ 10 %</KEYWORD><KEYWORD>Grupp ta’ kumpanniji</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑640/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">GEA Group AG</HT>, stabbilita f’Düsseldorf (il-Ġermanja), irrappreżentata minn I. Du Mont u C. Wagner, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn P. Rossi, A. Biolan u V. Bottka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn D. Gratsias, President tal-Awla, I. Labucka (Relatur) u I. Ulloa Rubio, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: N. Schall, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, GEA Group AG, hija r-riżultat tal-amalgamazzjoni, fl-2005, ta’ Metallgesellschaft AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>MG<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u ta’ kumpannija oħra. MG kienet il-kumpannija holding li qabel l-2000, direttament jew permezz ta’ sussidjarji, kellha l-kumpanniji Chemson Gesellschaft für Polymer-Additive mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>OCG<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u Polymer-Additive Produktions- und Vertriebs GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>OCA<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, MG ittrasferixxiet lil OGC, li ngħatat l-isem ġdid Aachener Chemische Werke Gesellschaft für glastechnische Produkte und Verfahren mbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>ACW<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Wara x-xoljiment tagħha f’Mejju 2000, l-attivitajiet ta’ OCA ttieħdu minn kumpannija msemmija, mit-<DATE ISO="20000830">30 ta’ Awwissu 2000</DATE>, Chemson Polymer-Additive AG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>CPA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), li attwalment ma tappartjenix iktar għall-grupp li tiegħu r-rikorrenti kienet il-kumpannija holding.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">(Kawża T‑45/10)</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni tagħha C(2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Deċiżjoni tal-2009<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), il-Kummissjoni kkunsidrat li numru partikolari ta’ impriżi kienu kisru l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) billi pparteċipaw f’żewġ settijiet ta’ ftehimiet u ta’ prattiċi miftiehma antikompetittivi li jkopru t-territorju taż-ŻEE u li jikkonċernaw, minn naħa, is-settur tal-istabbilizzaturi tal-landa u, min-naħa l-oħra, is-settur taż-żejt tas-sojja epossidizzat u tal-esters (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>settur ESBO/esters<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 1(2)(k) tagħha, id-Deċiżjoni tal-2009 żammet lir-rikorrenti responsabbli għall-ksur imwettaq fis-suq tas-settur ESBO/esters mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Hija nżammet responsabbli għall-perijodu kollu li fih seħħ il-ksur, bħala s-suċċessur ta’ MG, għall-ksur imwettaq, mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, minn OCG u, mit-<DATE ISO="19970313">13 ta’ Marzu 1997</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, minn OCA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħala s-suċċessur ta’ OCG, ACW ġiet issanzjonata, minn naħa, għall-ksur imwettaq minn OCG matul il-perijodu kollu li fih seħħ il-ksur, jiġifieri mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, u, min-naħa l-oħra, għall-ksur imwettaq minn OCA mit-<DATE ISO="19990930">30 ta’ Settembru 1999</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, filwaqt li OCG kellha 100 % tal-ishma ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Bħala s-suċċessur ta’ OCA, CPA ġiet issanzjonata, minn naħa, għall-ksur imwettaq minn OCA mit-<DATE ISO="19970313">13 ta’ Marzu 1997</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, u, min-naħa l-oħra, għall-ksur imwettaq minn OCG mit-<DATE ISO="19950930">30 ta’ Settembru 1995</DATE> sat-<DATE ISO="19990930">30 ta’ Settembru 1999</DATE>, filwaqt li OCA kellha 100 % tal-ishma ta’ din tal-aħħar. Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-ksur fis-[settur ESBO/esters], huma imposti l-multi li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>31)</NO.P><TXT>[ir-rikorrenti], [ACW] u [CPA] huma […] responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ [EUR] <FT TYPE="NUMBER">1913971</FT>;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>32)</NO.P><TXT>[ir-rikorrenti] u [ACW] huma […] responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ammont ta’ [EUR] <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT>;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20100128">28 ta’ Jannar 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors kontra d-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑45/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:507">EU:T:2015:507</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kawża T-189/10</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20091215">15 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ACW ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-fatt li l-multa li kienet ġiet imposta fuqha fid-Deċiżjoni tal-2009 kienet teċċedi l-limitu massimu awtorizzat ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>limitu massimu ta’ 10 %<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 [KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li l-multa imposta fuq ACW kienet teċċedi l-limitu massimu ta’ 10 %, il-Kummissjoni adottat, fit-<DATE ISO="20100208">8 ta’ Frar 2010</DATE>, id-Deċiżjoni C(2010) 727 finali, li emendat id-Deċiżjoni [tal-2009] (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Deċiżjoni tal-2010<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid-Deċiżjoni tal-2010, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-multa li kienet ġiet ikkundannata għaliha ACW, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, minn naħa, mar-rikorrenti u ma CPA u, min-naħa l-oħra, mar-rikorrenti, kienet teċċedi l-limitu massimu ta’ 10 %, b’tali mod li kien hemm lok li d-Deċiżjoni tal-2009 tiġi emendata (ara l-premessa 2 tad-Deċiżjoni tal-2010).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni speċifikat ukoll li l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti u fuq CPA għandu jibqa’ l-istess, iżda li dak tal-multa imposta fuq ACW kellu jitnaqqas u li d-Deċiżjoni tal-2010 ma kienet taffettwa bl-ebda mod id-destinatarji l-oħra tad-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-2010 emenda t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009 kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>L-Artikolu 2 [punt] 31 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:</P><P><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>31.a)</NO.P><TXT>[ir-rikorrenti], [ACW] u [CPA] huma responsabbli [<HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>] għall-ammont ta’ [EUR] <FT TYPE="NUMBER">1086129</FT>;</TXT></NP><NP><NO.P>31.b)</NO.P><TXT>[ir-rikorrenti] u [CPA] huma responsabbli [<HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>] għall-ammont ta’ [EUR] <FT TYPE="NUMBER">827842</FT>.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/></TXT></NP></P><P>L-Artikolu 2 [punt] 32 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:</P><P><NP><NO.P><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>32)</NO.P><TXT>[ir-rikorrenti] hija responsabbli għall-ammont ta’ [EUR] <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT><QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/><QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20100420">20 ta’ April 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors kontra d-Deċiżjoni tal-2010 u talbet lill-Qorti Ġenerali, sussidjarjament, tbiddel l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:504">EU:T:2015:504</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn kienet tikkonċerna lir-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-2010. Il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2010 mingħajr ma semgħetha minn qabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20160205">5 ta’ Frar 2016</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti bl-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida u stiednet lil ACW, CPA u lir-rikorrenti sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti bagħtet l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha lill-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20160324">24 ta’ Marzu 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20160502">2 ta’ Mejju 2016</DATE>, il-Kummissjoni rrispondiet għall-osservazzjonijiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2016) 3920 finali, li temenda d-Deċiżjoni tal-2009 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, irriproduċa b’mod identiku l-kliem, riprodott fil-punt 15 iktar ’il fuq, tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-2010, li emenda t-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata stabbilixxa d-data tal-eżiġibbiltà tal-multi għall-<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-Anness għar-rikors, ir-rikorrenti pproduċiet l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20130318">18 ta’ Marzu 2013</DATE> b’risposta għad-domanda tal-Qorti Ġenerali dwar l-eventwali tgħaqqid tal-Kawżi T-45/10 u T-189/10 fil-proċeduri dwar dawn iż-żewġ kawżi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Anness A.9<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160922">22 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali adotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura sabiex jistaqsi lir-rikorrenti jekk il-produzzjoni tal-Anness A.9 kinitx ġiet awtorizzata mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20160927">27 ta’ Settembru 2016</DATE>, ir-rikorrenti informat lill-Qorti Ġenerali li hija ma kinitx talbet lill-Kummissjoni l-kunsens tagħha għall-produzzjoni tal-Anness A.9.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160928">28 ta’ Settembru 2016</DATE>, il-President tal-Ħames Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li l-Anness A.9 tar-rikors ma jiġix irtirat mill-proċess tal-kawża, sa fejn, l-ewwel nett, id-dokument inkwistjoni kien joriġina minn proċedura preċedenti fil-Kawża T-189/10 bejn l-istess partijiet prinċipali, it-tieni nett, il-Kawża T-640/16 kienet magħquda mal-Kawżi T-45/10 u T-189/10, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża ġiet wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2010 fil-Kawża T-189/10, u, it-tielet nett, l-Anness A.9 kien jikkonċerna tweġiba tal-Kummissjoni għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottata mill-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-45/10 u T-189/10.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal-<DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tal-multa u tistabbilixxi data ġdida, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, għall-ħlas tal-multa u għall-istabbiliment tal-bidu tad-dekorrenza tal-interessi moratorji;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>prinċipalment, tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>sussidjarjament, tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob, prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, il-bdil tal-ammont tal-multa imposta fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha, il-Kummissjoni ssostni li r-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti talbet, prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, huwa biss fil-każ ta’ ċaħda ta’ dawn it-talbiet li għandhom jiġu eżaminati t-talbiet tar-rikorrenti intiżi għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha, imressqa sussidjarjament.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma għandha l-ebda interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn naħa, hija tenfasizza li fid-deċiżjoni kkontestata hija ma kkonstatat l-ebda ksur ġdid imputabbli lir-rikorrenti u ma biddlitx l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha fid-Deċiżjoni tal-2009, deċiżjoni li saret definittiva fil-konfront tar-rikorrenti wara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-45/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:507">EU:T:2015:507</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, skont il-Kummissjoni, annullament tad-deċiżjoni kkontestata ma jista’ jagħti lir-rikorrenti ebda benefiċċju, sa fejn din tal-aħħar hija obbligata, fi kwalunkwe każ, tħallas il-multa dovuta minnha skont id-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Hija żżid li kien ikun mod ieħor, fid-dawl tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Corporación Empresarial de Materiales de Construcción vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑250/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:749">EU:T:2015:749</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), biss li kieku r-rikorrenti setgħet tikkontesta, minbarra l-multa, il-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-multa imposta fuq ACW u fuq CPA <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti ma tistax tiġi emendata, sa fejn hija tirriżulta mid-Deċiżjoni tal-2010 li, hija wkoll, saret definittiva fil-konfront ta’ ACW u ta’ CPA.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza li r-rikorrenti ma tistax teżiġi minn ACW u CPA li jassumu responsabbiltà ikbar jew differenti minn dik stabbilita mid-Deċiżjoni tal-2010 sabiex ikopru l-ammonti li għadhom dovuti skont id-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, ir-rikorrenti ssostni li, bħala destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata, hija għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Hija żżid li hija għandha wkoll interess ġuridiku, peress li l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata jġiegħel lill-Kummissjoni tirrimborsa l-multa li hija ħallset fit-<DATE ISO="20160722">22 ta’ Lulju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argumenti mressqa mill-Kummissjoni dwar l-inammissibbiltà tar-rikors, ir-rikorrenti tqis li dan ir-raġunament huwa żbaljat. L-ewwel nett, dan huwa bbażat fuq il-premessa li d-Deċiżjoni tal-2009 tikkostitwixxi bażi legali għall-irkupru tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi spjegata biss, skont ir-rikorrenti, mill-fatt li d-Deċiżjoni tal-2010, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ssostitwixxiet<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> id-Deċiżjoni tal-2009, ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:504">EU:T:2015:504</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk il-Kummissjoni kellha tadotta deċiżjoni ġdida fuq il-mertu fil-konfront tar-rikorrenti, u dan sabiex ikun hemm bażi legali għall-impożizzjoni ta’ multa fuqha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kwalunkwe riferiment għad-Deċiżjoni tal-2009 ma jistax jaffettwa l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li, anki jekk jiġi preżunt li hija stabbilita, l-inammissibbiltà tar-rikors kellha tiġi kkonstatata wkoll fil-Kawża T-189/10, sa fejn il-Qorti Ġenerali kienet obbligata teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-ammissibbiltà tal-imsemmi rikors. Issa, fin-nuqqas ta’ dan, ma jistax jiġi kkunsidrat li dan ir-rikors huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-rikorrenti ssostni li hija għandha interess sabiex il-Qorti Ġenerali tieħu deċiżjoni fuq id-dispożittiv tad-Deċiżjoni tal-2009, kif issostitwit bid-Deċiżjoni tal-2010 u riprodott fid-deċiżjoni kkontestata, peress li, fil-Kawża T‑45/10, il-Qorti Ġenerali ma kinitx f’pożizzjoni li tiddeċiedi dwar id-determinazzjoni tar-responsabbiltajiet flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-kumpanniji, imsemmija fid-dispożittiv tad-Deċiżjoni tal-2009, u dan iktar u iktar wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, annullament tad-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, jobbliga lill-Kummissjoni tistabbilixxi mill-ġdid ir-responsabbiltajiet flimkien u <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tar-rikorrenti, sabiex jinkiseb tqassim <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>aħjar<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> tal-multa, u, min-naħa l-oħra, jista’ jikkostitwixxi bażi għall-preżentazzjoni ta’ rikors għad-danni quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-ħames nett, ir-rikorrenti tenfasizza li r-rikors ma huwiex intiż li jikkontesta biss it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tqassim ġdid tar-responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, iżda wkoll l-impożizzjoni tal-multi fil-konfront tagħha kif ukoll il-proċedura li wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u l-istabbiliment tad-data tal-ħlas ta’ dawn il-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li l-Kummissjoni ma tikkontestax, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors, il-fatt li r-rikorrenti għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, li ma jistax fi kwalunkwe każ jiġi diskuss b’mod serju, peress li din hija destinatarja tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni teċċepixxi n-nuqqas ta’ interess ġuridiku tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, rikors għal annullament ippreżentat minn persuna fiżika jew ġuridika huwa ammissibbli biss sa fejn ir-rikorrent ikollu interess li jara li l-att ikkontestat jiġi annullat, tali interess jippresupponi li l-annullament ta’ dan l-att jista’, bl-eżitu tiegħu, jipprovdi benefiċċju lill-parti li ppreżentat l-imsemmi rikors (ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000713">13 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Il-Parlament vs Richard</NAME.CASE>,<?PAGE NO="7"?> <NO.CASE>C-174/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:412">EU:C:2000:412</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090910">10 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Akzo Nobel <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-97/08 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:536">EU:C:2009:536</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040928">28 ta’ Settembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>MCI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑310/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2004:275">EU:T:2004:275</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għall-finijiet tal-evalwazzjoni dwar jekk ir-rikorrenti għandhiex interess għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, hemm lok, qabelxejn, li jitfakkar li, skont il-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, ir-rikorrenti ġiet ikkundannata għall-ħlas, minn naħa, ta’ multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1913971</FT>, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ ACW u ma’ CPA, u, min-naħa l-oħra, ta’ multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT>, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ ACW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Dawn il-multi kienu intiżi li jissanzjonaw il-ksur li għalih kienu pparteċipaw, minn naħa, l-impriża, fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea, komposta mir-rikorrenti, minn ACW u minn CPA, mit-<DATE ISO="19950930">30 ta’ Settembru 1995</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, u, min-naħa l-oħra, l-impriża, fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, komposta mir-rikorrenti u minn ACW, mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sad-<DATE ISO="19950929">29 ta’ Settembru 1995</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minħabba n-natura <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-obbligu ta’ ħlas tal-multa li kienet ġiet stabbilita fiha, huwa paċifiku li l-Kummissjoni setgħet, ġustament, teżiġi mir-rikorrenti, b’eżekuzzjoni tal-punt 31 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, il-ħlas ta’ multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1913971</FT>, u, b’eżekuzzjoni tal-punt 32 tal-Artikolu 2 tal-istess deċiżjoni, il-ħlas tas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Kundanna <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> timplika fil-fatt li l-Kummissjoni tista’ teżiġi mingħand kull kodebitur il-ħlas sħiħ tal-ammont dovut.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-2010 ma emendatx il-portata ta’ dan l-obbligu fil-konfront tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tad-Deċiżjoni tal-2010, il-Kummissjoni kellha biss l-intenzjoni li tikkoreġi żball dwar l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % għal ACW, korrezzjoni li hija kellha tagħmel b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni tal-2010, applikat il-limitu massimu ta’ 10 % għall-ammont totali tal-multi imposti fuq ACW u konsegwentement naqqset din tal-aħħar għas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1086129</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Sabiex twettaq dan it-tnaqqis, il-Kummissjoni attribwixxiet din is-somma sħiħa fuq il-multa dovuta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> minn ACW għall-ksur li fih kienu pparteċipaw ir-rikorrenti, ACW u CPA, mit-<DATE ISO="19950930">30 ta’ Settembru 1995</DATE> sas-<DATE ISO="20000517">17 ta’ Mejju 2000</DATE>, filwaqt li l-bqija tal-multa, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">827842</FT>, dovut <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mir-rikorrenti u minn CPA biss [il-punt 31(a) u (b) tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-2010].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkundannat lir-rikorrenti waħedha għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT>, għall-ksur li fih kienu pparteċipaw hija stess u ACW, għall-perijodu mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sad-<DATE ISO="19950929">29 ta’ Settembru 1995</DATE>, peress li l-ammont totali dovut minn ACW, wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 %, huwa diġà kopert mill-ewwel multa [il-punt 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, kif emendata permezz tad-Deċiżjoni tal-2010].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrenti kienet fi kwalunkwe każ obbligata tħallas lill-Kummissjoni ammonti strettament identiċi għal dawk li hija kienet oriġinarjament ġiet ikkundannata għalihom permezz tad-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, id-Deċiżjoni tal-2010 emendat id-determinazzjoni tar-relazzjonijiet esterni ta’ solidarjetà bejn ir-rikorrenti, ACW u CPA għall-ħlas tal-ammont ta’ kull waħda minn dawn il-multi. Minn naħa, f’dak li jirrigwarda l-ewwel waħda minn dawn il-multi, ACW u CPA huma kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in<?PAGE NO="8"?> solidum</HT> mar-rikorrenti biss għal EUR <FT TYPE="NUMBER">1086129</FT> u CPA biss hija debitriċi <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> mar-rikorrenti għall-bqija tas-somma, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">827842</FT>. Min-naħa l-oħra, f’dak li jirrigwarda t-tieni multa, ir-rikorrenti saret l-unika debitriċi għas-somma dovuta għal dan, jiġifieri EUR <FT TYPE="NUMBER">1432229</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li r-rikorrenti ppreżentat, suċċessivament, rikors kontra d-Deċiżjoni tal-2009, irreġistrat taħt in-numru T-45/10, u rikors kontra d-Deċiżjoni tal-2010, irreġistrat taħt in-numru T-189/10. Permezz ta’ żewġ sentenzi separati mogħtija fl-istess ġurnata, il-Qorti Ġenerali, minn naħa, ċaħdet l-ewwel rikors u, min-naħa l-oħra, annullat id-Deċiżjoni tal-2010 billi laqgħet il-motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, għalkemm, kif issostni l-Kummissjoni, iċ-ċaħda mill-Qorti Ġenerali tar-rikors tar-rikorrenti permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-45/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:507">EU:T:2015:507</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kellha bħala effett, fl-assenza ta’ appell minn din is-sentenza, li tirrendi definittivi l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar ir-responsabbiltà tar-rikorrenti minħabba l-appartenenza tagħha matul it-twettiq tal-ksur għall-istess impriża, fis-sens tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, komposta minn ACW, minn CPA u minnha stess, dan ma setax ikun il-każ fir-rigward tad-determinazzjoni tan-natura <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-multi dovuti minn dawn il-kumpanniji skont il-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009. Fil-fatt, din l-aħħar parti tad-Deċiżjoni tal-2009 ġiet emendata bid-Deċiżjoni tal-2010, wara l-preżentata tar-rikors tar-rikorrenti fil-Kawża T‑45/10.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Ċertament, permezz tal-portata retroattiva tiegħu, l-effett tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-2010 mogħti fil-Kawża T-189/10 kien li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti għal din id-deċiżjoni, u għalhekk li terġa’ ddaħħal fis-seħħ il-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, fil-verżjoni oriġinali tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, wara dan l-annullament, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li d-dispożittiv tagħha, li huwa strettament identiku għal dak tad-Deċiżjoni tal-2010, reġa’ emenda l-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, minkejja li ma humiex partijiet fir-rikors ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-2010, is-sitwazzjoni legali rispettiva ta’ ACW u ta’ CPA, bħal dik tar-rikorrenti, ġiet affettwata mill-annullament tad-Deċiżjoni tal-2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jitfakkar li s-sentenzi ta’ annullament għandhom, fid-dritt tal-Unjoni, l-awtorità assoluta ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990914">14 ta’ Settembru 1999</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-310/97 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:407">EU:C:1999:407</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni legali ta’ ACW u ta’ CPA fir-rigward tad-dispożizzjonijiet annullati hija marbuta ma’ dik tar-rikorrenti, sa fejn l-għan ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jiġi ddeterminat l-ammont tal-multi li għandhom jiġu imposti fuqhom, għall-ksur li għalih huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, kif ukoll ir-relazzjonijiet esterni ta’ solidarjetà bejn dawn il-kumpanniji għall-imsemmija multi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140410">10 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Siemens Österreich <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-231/11 P sa C-233/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:256">EU:C:2014:256</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-2010, biddel is-sitwazzjonijiet legali tar-rikorrenti, ta’ ACW u ta’ CPA, bi tqassim tal-ammont tal-multi differenti minn dak imwettaq permezz ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fil-verżjoni oriġinali tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-istess japplika għad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, li emenda l-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, f’termini identiċi għal dawk tad-Deċiżjoni tal-2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:504">EU:T:2015:504</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet biss dwar il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, u mhux dwar il-legalità, fil-mertu, tad-Deċiżjoni tal-2010.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk, għalkemm l-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni u l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata jinkludu dispożizzjonijiet identiċi, dan ir-rikors jista’ jwassal għal tqassim tal-ammont tal-multi previsti minn dawn id-dispożizzjonijiet li jkun iktar favorevoli għar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata hija differenti mid-Deċiżjoni tal-2010 minħabba l-introduzzjoni ta’ Artikolu 2, dwar id-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tal-interessi moratorji, li l-annullament tiegħu jista’, fih innifsu, jagħti benefiċċju lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha interess li titlob l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u t-talbiet tar-rikors intiżi għal dan il-għan huma għalhekk ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tar-regoli ta’ preskrizzjoni. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tad-drittijiet tad-difiża. It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament Nru 1/2003. Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-ħames motiv fuq eċċess ta’ poter u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat, fl-ewwel lok, ir-raba’ motiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-kuntest tar-raba’ motiv tar-rikors, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni li kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, u dan għal żewġ raġunijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti tfakkar li, skont id-Deċiżjoni tal-2009, hija tinsab flimkien ma’ ACW fl-istess sitwazzjoni fir-rigward tal-perijodi li fih seħħ il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, hija ssostni li l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % favur ACW teżenta lil din tal-aħħar mir-responsabbiltà tagħha għall-perijodu li fih seħħ il-ksur mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sad-<DATE ISO="19950929">29 ta’ Settembru 1995</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Għalhekk, il-Kummissjoni kellha testendi għar-rikorrenti l-benefiċċju tat-tnaqqis tal-ammont tal-multa wara l-applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % għal ACW, sabiex ir-rikorrenti ma tkunx l-unika responsabbli għal dan il-perijodu li fih seħħ il-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Hija żżid li t-tqassim tal-ammont tal-multa, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni kkontestata, jista’ jaffettwa, għad-detriment tagħha, it-tqassim finali tal-ammont tal-multa quddiem il-qrati nazzjonali, sa fejn hija tinsab fl-impossibbiltà li tressaq azzjoni ta’ rkupru għall-ammont tal-multa korrispondenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti tenfasizza li hija tilfet kull kodebitur <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, sa fejn il-Kummissjoni naqset b’100 % is-sehem ta’ ACW fil-multa li hija kienet obbligata tħallas <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ din tal-aħħar filwaqt li hija naqqset biss b’43 % is-sehem ta’ ACW fil-multa li hija kienet obbligata tħallas <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> magħha u ma’ CPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Din l-għażla hija ta’ vantaġġ għal CPA, peress li hija ma għandhiex tbati sehem ikbar mill-ammont tal-multa, għall-kuntrarju tar-rikorrenti, li ġie impost fuqha piż ogħla, bħala kodebitriċi <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, iżda wkoll bħala debitriċi unika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tapplika l-limitu massimu ta’ 10 % b’mod proporzjonali għall-ammont taż-żewġ multi, jiġifieri dik li ġiet imposta fuqha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ ACW u CPA u dik li ġiet imposta fuqha <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ ACW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għalkemm dan it-tqassim ma kienx ċertament possibbli minħabba l-fatt li d-Deċiżjoni tal-2010 kienet saret definittiva fil-konfront ta’ ACW u ta’ CPA, xorta jibqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kellha tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tispeċifika li dan it-tqassim ma jikkonċernax ir-relazzjonijiet ta’ solidarjetà bejn il-kodebituri, iżda r-relazzjonijiet bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Qabelxejn, il-Kummissjoni ssostni li r-raġunament tar-rikorrenti huwa bbażat fuq l-ipoteżi żbaljata li ACW kienet ġiet eżentata mir-responsabbiltà tagħha għall-perijodu li fih seħħ il-ksur mill-<DATE ISO="19910911">11 ta’ Settembru 1991</DATE> sad-<DATE ISO="19950929">29 ta’ Settembru 1995</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Hija tenfasizza li, fid-deċiżjoni kkontestata, hija ffissat l-ammont massimu tal-multa li għall-ħlas tagħha kull kumpannija li tifforma parti mill-istess impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, setgħet tiġi miżmuma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>. Hija tispeċifika li dan l-ammont massimu bl-ebda mod ma jikkostitwixxi multa separata u ma jikkorrispondix għal perijodu partikolari ta’ parteċipazzjoni fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Hija tfakkar ukoll li l-ksur jitwettaq minn impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE. Għaldaqstant, il-multa imposta fuq kull kumpannija li tifforma parti mill-istess impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, ma tirreflettix il-parteċipazzjoni tal-imsemmija kumpanniji fil-ksur, iżda biss l-ammont massimu li jista’ jiġi mitlub minnhom, jekk ikun il-każ, għall-parteċipazzjoni tal-impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tispeċifika li r-rikorrenti ma hijiex responsabbli għal multa individwali, iżda hija biss responsabbli fil-konfront tal-Kummissjoni għall-multa imposta inizjalment <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ma’ ACW, minħabba t-tnaqqis tar-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti ma wrietx b’liema mod tqassim tal-ammont tal-multa seta’ kien iktar ta’ benefiċċju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tistieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta rikors quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti jekk hija tqis li l-multa, fir-relazzjonijiet interni bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, tistrieħ fuqha b’mod sproporzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li jeżiġi li sitwazzjonijiet komparabbli ma jiġux ittrattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux ittrattati b’mod ugwali, sakemm tali trattament ma jkunx oġġettivament iġġustifikat, jikkostitwixxi prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, stabbilit mill-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140711">11 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Sasol <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑541/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:628">EU:T:2014:628</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0181">181</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti ssostni żewġ differenzi fit-trattament. L-ewwel waħda tirrigwarda t-trattament differenti tas-sitwazzjoni tagħha u ta’ dik ta’ ACW u t-tieni waħda tirrigwarda t-trattament differenti tas-sitwazzjoni tagħha u ta’ dik ta’ CPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tad-differenza fit-trattament fir-rigward ta’ ACW, ir-rikorrenti ssostni li hija kellha, bħal ACW, tibbenefika minn eżenzjoni mir-responsabbiltà tagħha minħabba l-applikazzjoni għal ACW tal-limitu massimu ta’ 10 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-applikazzjoni għal ACW tal-limitu massimu ta’ 10 % bl-ebda mod ma jeżonaraha mir-responsabbiltà tagħha għall-parteċipazzjoni tagħha fil-ksur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Fil-fatt, huwa biss is-sehem tal-multa li hija kellha tħallas, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> b’mod partikolari mar-rikorrenti, li tnaqqas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-multa imposta fuq kull kumpannija li tifforma parti mill-istess impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, ma tirriflettix il-parteċipazzjoni tal-imsemmija kumpanniji fil-ksur, iżda biss l-ammont massimu li jista’ jiġi, jekk ikun il-każ, mitlub mill-Kummissjoni għall-parteċipazzjoni tal-impriża, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE, fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ebda inugwaljanza fit-trattament ma tista’ tiġi kkonstatata bejn ir-rikorrenti u ACW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tad-differenza fit-trattament fir-rigward ta’ CPA, ir-rikorrenti ssostni li l-bidla tar-relazzjonijiet ta’ solidarjetà bejn CPA, ACW u r-rikorrenti seħħet biss għall-benefiċċju ta’ CPA, sa fejn ir-rikorrenti tinsab obbligata li waħedha tħallas sehem mill-multa <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni setgħet tqassam b’mod differenti bejn il-kodebituri <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> it-tnaqqis tas-sehem tal-multa li kien oriġinarjament dovut minn ACW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, sa fejn l-ugwaljanza fit-trattament għandu jseħħ fid-dawl mhux biss tal-multa imposta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq ACW, fuq CPA u fuq ir-rikorrenti, iżda wkoll tal-multa imposta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq ACW u r-rikorrenti, għandu jiġi kkunsidrat li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma ssodisfatx l-obbligi tagħha taħt il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, ir-rikorrenti u CPA jinsabu f’sitwazzjoni komparabbli, fis-sens li t-tnejn huma kumpanniji responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-ħlas ta’ multa flimkien ma’ ACW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni setgħet ċertament tiddetermina b’mod differenti s-sehem tal-multa li għall-ħlas tiegħu ACW u r-rikorrenti kienu responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, sabiex tillimita s-sehem tal-multa li din tal-aħħar setgħet tkun l-unika waħda responsabbli għall-ħlas tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Dan kien ikun il-każ, b’mod partikolari, li kieku l-Kummissjoni kienet qassmet it-tnaqqis tal-ammont tal-multa ta’ ACW b’mod proporzjonali fiż-żewġ relazzjonijiet ta’ solidarjetà inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, l-ammont totali tal-multi li ACW setgħet tkun responsabbli għall-ħlas tiegħu fil-konfront tal-Kummissjoni ma kienx ikun iktar minn 10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħha u, min-naħa l-oħra, dan it-tnaqqis kien ikun imqassam b’mod ġust bejn il-multa imposta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq ACW u fuq ir-rikorrenti u l-multa imposta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq ir-rikorrenti, fuq ACW u fuq CPA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi attribwiet it-tnaqqis tal-ammont tal-multa favur ACW biss fuq il-multa imposta <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> fuq ir-rikorrenti, fuq CPA u fuq ACW, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, mingħajr ebda ġustifikazzjoni oġġettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ motiv għandu jiġi milqugħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Għalkemm dan il-motiv huwa ta’ natura li jwassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, hemm lok, fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, li jiġi eżaminat il-ħames motiv, li jirrigwarda l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, ibbażat fuq eċċess ta’ poter, kif ukoll fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq id-data tal-ħlas tal-multi inkwistjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-ħames motiv</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ħames motiv, li għandu żewġ partijiet, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, li jistabbilixxi d-data tal-ħlas tal-multi sal-<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE>, huwa vvizzjat minn eċċess ta’ poter u minn nuqqas ta’ motivazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Minn naħa, skont ir-rikorrenti, l-obbligu ta’ ħlas tal-multi sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE> huwa illegali, peress li, f’din id-data, ma kienet teżisti l-ebda bażi legali insostenn ta’ tali obbligu u li, fi kwalunkwe każ, huwa assolutament impossibbli għaliha li tosserva tali terminu stabbilit b’mod retroattiv. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni hija kontradittorja fid-dawl tal-prattika preċedenti tagħha u li l-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni ma hijiex koerenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument. Minbarra n-natura suffiċjentement immotivata tad-deċiżjoni kkontestata, hija ssostni, essenzjalment, li r-rikorrenti kienet obbligata tħallas il-multi sa mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2009 u li l-istabbiliment tad-data ta’ eżiġibbiltà tal-multi tliet xhur wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2010 kien favur tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ dan il-motiv, ibbażat, essenzjalment fuq eċċess ta’ poter minħabba nuqqas ta’ bażi għall-istabbiliment tad-data ta’ eżiġibbiltà tal-multi sal-<DATE ISO="20100510">10 ta’ Mejju 2010</DATE>, minn naħa, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, is-setgħa li għandha l-Kummissjoni tinkludi l-fakultà li tiddetermina d-data ta’ eżiġibbiltà tal-multa u dik tad-dekorrenza tal-interessi moratorji, li tiffissa r-rata ta’ dawn l-interessi u li tiddeċiedi l-modalitajiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tagħha billi teżiġi, fejn applikabbli, il-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja li tkopri l-ammont prinċipali u l-interessi tal-multa imposta, peress li, fl-assenza ta’ tali setgħa, l-effett tal-vantaġġ li l-impriżi jistgħu jiksbu mill-ħlas tardiv tal-multi jkun li jdgħajjef is-sanzjonijiet imposti mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-funzjoni mogħtija lilha li tiżgura l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150429">29 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Total u Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-470/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:241">EU:T:2015:241</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 299 TFUE, li jgħidu li l-atti, b’mod partikolari, tal-Kummissjoni li jimponu obbligu pekunjarju għandhom forza eżekuttiva, huma applikabbli għad-deċiżjonijiet ta’ din l-istituzzjoni li jimponu multa (ara, f’dan is-sens, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120312">12 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Universal vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T-42/11</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:122">EU:T:2012:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, skont il-premessa 23 tad-deċiżjoni kkontestata, l-ewwel nett, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-Deċiżjoni tal-2009, ikkonfermata bis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-45/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:507">EU:T:2015:507</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tibqa’ l-bażi tal-multi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Kummissjoni tispeċifika li, fl-ittra li permezz tagħha tingħata notifika tad-Deċiżjoni tal-2010, il-multa kellha titħallas fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din id-deċiżjoni. Il-Kummissjon tqis ukoll, impliċitament, li, fid-deċiżjoni kkontestata, kien hemm lok li tiġi stabbilita tali data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>It-tielet nett, il-Kummissjoni tirrileva li, għalkemm ir-rikorrenti pprovdiet garanziji bankarji sad-data tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-2010, hija ma ssostitwixxietx, minn din id-data, dawn il-garanziji b’garanziji ġodda jew bi ħlas provviżorju tal-multa dovuta. Minn dan hija tiddeduċi wkoll li interessi moratorji huma dovuti mir-rikorrenti mid-data li fiha l-multa ma kinitx iktar koperta minn ebda garanzija, jiġifieri mill-<DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, id-data tal-għoti tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:504">EU:T:2015:504</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li d-Deċiżjoni tal-2010 ssostitwixxiet id-dispożizzjonijiet tal-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009, li jistabbilixxi l-ammont tal-multi li r-rikorrenti, CPA u ACW kienu responsabbli għalihom <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, b’dispożizzjonijiet ġodda li jemendaw l-ammont totali tal-multa dovuta minn ACW u r-relazzjonijiet ta’ solidarjetà bejn it-tliet kumpanniji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, fid-data ta’ dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-2010 u tan-notifika tagħha, id-dispożizzjonijiet tal-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009 fil-verżjoni oriġinali tagħhom ma kinux iktar applikabbli u ma setgħux iservu ta’ bażi għad-determinazzjoni tad-data ta’<?PAGE NO="13"?> eżiġibbiltà tal-multa inkwistjoni. Hija biss id-data ta’ riċezzjoni tan-notifika tad-Deċiżjoni tal-2010, li kienet issa tikkostitwixxi l-bażi legali tal-obbligu ta’ ħlas ta’ dawn il-multi, li setgħet isservi ta’ bidu tad-dekorrenza għal tali terminu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-Deċiżjoni tal-2010 sa fejn hija kienet tikkonċerna r-rikorrenti ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150715">15 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>GEA Group vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T-189/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:504">EU:T:2015:504</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’tali mod li, kif issostni, essenzjalment, ir-rikorrenti, din id-deċiżjoni ma tistax isservi ta’ bażi legali kemm għall-obbligu li r-rikorrenti għandha li tħallas il-multi inkwistjoni kif ukoll għad-determinazzjoni tad-data ta’ eżiġibbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Ċertament, kif ġie rrilevat fil-punt 67 iktar ’il fuq, dan l-annullament kellu l-effett li jattiva mill-ġdid it-test oriġinali tal-punti 31 u 32 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-2009. Madankollu, din il-formulazzjoni ġiet issostitwita mill-ġdid minn dik li tirriżulta mill-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-obbligu ta’ ħlas tal-multi jirriżulta biss mill-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata u li t-terminu għall-eżiġibbiltà ta’ dawn il-multi seta’ jiġi stabbilit biss mid-data ta’ riċezzjoni tan-notifika ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ħames motiv għandha tintlaqa’, mingħajr ma hemm bżonn li tiġi eżaminata t-tieni parti, u li l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi annullat għal din ir-raġuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li, mingħajr ma hemm bżonn li jiġu eżaminati l-motivi l-oħra tar-rikors, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata fl-intier tagħha. Peress li t-talbiet għal bidla ġew ippreżentati biss sussidjarjament, ma hemmx lok li dawn jiġu eżaminati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li l-Kummissjoni tilfet il-kawża, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Il-Ħames Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 3920 finali, tad-<DATE ISO="20160629">29 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 finali, tal-<DATE ISO="20091111">11 ta’ Novembru 2009</DATE>, dwar proċediment għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi termiċi) hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Labucka</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Ulloa Rubio</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20181018">18 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>