2010D0470 — MT — 16.11.2016 — 004.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (notifikata bid-dokument numru C(2010) 5779) (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 228 31.8.2010, p. 15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2013/470/UE tal-20 ta’ Settembru 2013 |
L 252 |
32 |
24.9.2013 |
|
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2014/802/UE tal-14 ta' Novembru 2014 |
L 331 |
28 |
18.11.2014 |
|
|
L 52 |
1 |
24.2.2015 |
||
|
L 308 |
29 |
16.11.2016 |
||
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Awwissu 2010
li tistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ekwina, ovina u kaprina u tal-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5779)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/470/UE)
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċertifikati mudelli tas-saħħa għall-kummerċ fl-Unjoni f’dawn il-prodotti li ġejjin:
(a) semen ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini;
(b) ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-ekwini;
(c) semen ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini;
(d) ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini;
(e) ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċi tal-porċini.
Artikolu 2
Kummerċ fis-semen ta’ annimali mill-ispeċi ekwina
Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness I għandu jakkumpanja kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina matul it-trasport minn Stat Membru għal ieħor:
(a) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;
(b) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IB għall-kummerċ fl-Unjoni fl-istokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;
(c) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IC għall-kummerċ fl-Unjoni fl-istokkijiet tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen;
(d) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa ID għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’:
(i) semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbur, ipproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħut minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat;
(ii) stokkijiet ta’ semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE:
— wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014; jew
— qabel l-1 ta’ Settembru 2010;
u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta’ ħażna tas-semen approvat.
Artikolu 3
Kummerċ fl-ova u l-embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina
Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness II għandu jakkumpanja kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina matul it-trasport minn Stat Membru għal ieħor:
(a) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva 92/65/KEE u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni;
(b) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIB għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ stokkijiet ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni;
(c) il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa IIC għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ stokkijiet ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat tal-ġbir ta’ embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni.
Artikolu 4
Kummerċ fis-semen ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini
Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness III għandu jakkumpanja kunsinni tas-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini jew kaprini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:
(a) ċertifikat mudell tas-saħħa IIIA kif stipulat fil-Parti A, għall-kunsinji tas-semen miġbura wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;
(b) ċertifikat mudell tas-saħħa IIIB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks tas-semen miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen;
(c) ċertifkat mudell tas-saħħa IIIC kif stipulat fil-Parti C, għall-kunsinji tas-semen u stokks tas-semen msemmija f'(a) u (b) mibgħuta minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat.
Artikolu 5
Kummerċ fl-ova u embrijuni ta' annimali mill-ispeċijiet tal-ovini u l-kaprini
Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness IV għandu jakkumpanja kunsinni ta’ ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:
(a) Ċertifikat mudell tas-saħħa IVA kif stipulat fil-Parti A, għal kunsinji ta’ ova u embrijuni miġbura jew prodotti wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew embrijuni;
(b) ċertifikat mudell tas-saħħa IVB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tal-embrijuni approvat tal-oriġini tal-ova jew embrijuni.
Artikolu 6
Kummerċ fl-ova u l-embrijoni tal-ispeċi porċina
Ċertifikat tas-saħħa skont wieħed mill-mudelli li ġejjin stipulati fl-Anness V għandu jakkumpanja kunsinni ta’ ova u embrijuni tal-annimali tal-ispeċi porċina matul it-trasport min Stat Membru għal ieħor:
(a) ċertifikat mudell tas-saħħa VA kif stipulat fil-Parti A, għal kunsinji ta’ ova u embrijuni miġbura jew prodotti wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew embrijuni;
(b) ċertifikat mudell tas-saħħa VB kif stipulat fil-Parti B, għall-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni miġbura, proċessati u maħżuna wara l-1 ta' Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru ta' ġbir tal-embrijuni approvat tal-oriġini tal-ova jew embrijuni.
Artikolu 7
Revoki
Id-Deċiżjonijiet 95/294/KE, 95/307/KE, 95/388/KE u 95/483/KE huma rrevokati.
Artikolu 8
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 9
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Mudell ta’ ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni tal-kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina
PARTI A
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IA għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura wara t-30 ta’ Settembru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen
PARTI B
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen
PARTI C
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IC għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta’ stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta’ Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen
PARTI D
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa ID għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina migbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u f’kunsinji ta’ stokks tas-semen ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 jew qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ħażna tas-semen
ANNESS II
Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni fil-kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina
PARTI A
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIA għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara t-30 ta’ Settembru 2014 u mibgħuta minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
PARTI B
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIB għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ stokks ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u qabel l-1 ta’ Ottubru 2014 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
PARTI C
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIC għall-kummerċ fl-Unjoni fil-kunsinji ta’ stokks ta’ ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi ekwina miġbura, ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE qabel l-1 ta’ Settembru 2010 u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
ANNESS III
Mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ f'kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini
PARTI A
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIIA għall-kummerċ fl-Unjoni f'kunsinni ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn ċentru tal-ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen
PARTI B
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IIIB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks tas-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn ċentru approvat tal-ġbir tas-semen tal-oriġini tas-semen
PARTI C
Ċertifikat mudell tas-saħħa IIIC għall-kummerċ fl-Unjoni f’kunsinji ta’ semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u għal kunsinji ta' stokks ta' semen ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, u mibgħuta wara l-31 ta' Awwissu 2010 minn ċentru approvat għall-ħażna tas-semen.
ANNESS IV
Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni tal-kunsinji ta’ ova/embrijuni ta’ annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini
PARTI A
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IVA għall-kummerċ fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovini u kaprini miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta' Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew tal-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
PARTI B
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa IVB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni tal-ispeċijiet ovini u kaprini miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
ANNESS V
Mudell ta' ċertifikati tas-saħħa għall-kummerċ fl-unjoni tal-kunsinji ta’ ova/embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina
PARTI A
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa VA għall-kummerċ fl-Unjoni ta’ kunsinji ta' ova u embrijuni ta’ annimali tal-ispeċi porċina miġbura jew prodotti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE wara l-31 ta’ Awwissu 2010 u mibgħuta minn tim approvat tal-ġbir jew il-produzzjoni tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni
PARTI B
Iċ-ċertifikat mudell tas-saħħa VB għall-kummerċ fl-Unjoni tal-kunsinji ta' stokks ta’ ova u embrijuni tal-ispeċi porċina miġbura, ipproċessati u maħżuna qabel l-1 ta' Settembru 2010 skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE u mibgħuta wara l-31 ta’ Awwissu 2010 minn tim approvat għall-ġbir tal-embrijuni tal-oriġini tal-ova jew l-embrijuni