Official Journal L 125 , 28/04/2004 P. 0061 - 0076
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/423/CFSP(Il-Politika Komuni Barranija u s-Sigurta) tas-26 ta' April 2004 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Burma/Myanmar IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) Fit-28 ta' Ottubru 1996, il-Kunsill adotta l-Posizzjoni Komuni 1996/635/CFSP dwar il-Burma/Myanmar [1], kif sossegwentement mibdula bil-Posizzjoni Komuni 2003/297/CFSP dwar il-Burma/Myanmar, [2] kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/907/CFSP [3] li tiskadi fid-29 ta' April 2004. (2) Minħabba s-sitwazzjoni politika korrenti fil-Burma/Myanmar, kif mixhuda min-nuqqas ta' l-awtoritajiet militari li jidħlu f'diskussjonijiet sostantivi mal-moviment demokratiku li jirrigwarda proċess li jwassal għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, għar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazja, il-priġunerija ta' Daw Aung San Suu Kyi u membri oħra tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija u l-vjolazzjonijiet gravi ma jaqtgħu xejn tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż in-nuqqas tat-teħid ta' azzjoni għalbiex jiġi eradikat l-użu tax-xogħol sfurzat skond ir-rakkommandazzjoni tar-rapport tat-Tim ta' Livell Għoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol tas-sena 2001, il-Kunsill iqis meħtieġ li jżomm il-miżuri meħuda skond il-Posizzjoni Komuni 2003/297/CFSP kontra r-reġim miltari fil-Burma/Myanmar, lil dawk li l-iktar li jibbenefikaw mill-governanza ħażina tiegħu u lil dawk li jiffrustraw b'mod attiv il-proċess tar-rikonċiljzzjoni nazzjonali, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija. (3) Għalhekk, l-iskop tal-projibizjoni tal-viża u l-konġelament ta' l-attivi għandhom jissoktaw għalbiex jinkludu lill-membri tar-reġim militari, lill-forzi militari u tas-sigurtà, lill-impriżi jew l-entatjiet assoċjati mar-reġim militari li jifformulaw, jimplimentaw jew jibbenefikaw mill-politiki li jimpedixxu t-transizzjoni għad-demokrazija tal-Burma/Myanmar u lill-familji u l-assoċjati tagħhom. (4) L-implimentazzjoni tal-projbizzjoni tal-viżti ta' livell għoli fil-livell ta' Direttur Politiku u ogħla għandha tibqa' tinżamm mingħajr preġudizzju għall-każijiet meta l-Unjoni Ewropea tiddeċiedi illi l-viżta tkun direttament b'segwiment tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u gaħd-demokrazija fil-Burma/Myanmar. (5) Fil-każ ta' titjib sostanzjali fis-sitwazzjoni ġenerali politika fil-Burma/Myanmar, iridu jiġu kkunsidrati mhux biss is-sospensjoni ta' dawn il-miżuri restrittivi, imma wkoll il-bidu mill-ġdid bil-mod il-mod tal-koperazzjoni mal-Burna/Myanmar, wara stima ta' l-iżviluppi mill-Kunsill. (6) L-azzjoni mill-Komunità hija meħtieġa sabiex timplimenta ċerti miżuri, ADOTTA DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 Għall-għanijiet ta' din il-Posizzjoni Komuni, il-frażi "assistenza teknika" għandha tfisser kull appoġġ tekniku li jkollu x'jaqsam mat-tiswija, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, it-taqħqid, it-testijiet, il-manutenzjoni, jew kull servizz ieħor tekniku, u tista' tieħu kull għamla bħall-istruzzjoni, il-pariri, it-taħriġ, it-trasmissjoni tal-għerf imħaddem jew il-ħiliet jew tas-servizzi ta' konsultazzjoni; l-assistenza teknika tinkludi għamliet verbali ta' assistenza. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom jissoktaw ma jippermettux li personal militari jiġi miżjud mar-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Burma/Myanmar fl-Istati Membri, u għandu jibqa' rtirat kull personal militari miżjud mar-rappreżentanzi diplomatiċi ta' l-Istati Membri fil-Burma/Myanmar. Artikolu 3 1. Għandhom jiġu pprojbiti l-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' armi u materiel irrelatat ta' kull tip, inklużi l-armi u l-munizzjon, il-vetturi u t-tagħmir militari, it-tagħmir u l-ispare-parts para-militari għal dawk imsemmija iktar "il fuq, kif ukoll it-tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna, lill-Burma/Myanmar miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri jew mit-territorji ta' l-Istati Membri jew li jużaw il-bastimenti jew il-vetturi ta' l-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, sewwa jekk joriġinaw fit-teritorji tagħhom u sewwa jekk le." 2. Għandhom ikunu pprojbiti: (a) il-konċessjoni, il-bejgħ, il-provvista, jew it-trasferiment ta' l-assistenza teknika, is-servizzi tas-senserija u servizzi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-attivitajiet militari u għall-provvediment, il-fabbrikazzjoni, il-manutenzjoni u l-użu ta' l-armi u materiel irrelatat ta' kull tip, inklużi l-armi u l-munizzjon, il-vetturi u t-tagħmir militari, it-tagħmir para-militari, u l-ispare-parts għal dawk imsemmija hawn fuq, kif ukoll it-tagħmir li jista' jintuża għar-ripressjoni interna, direttament jew indirettament, fuq kull persuna, entità jew korp fil-Burma/Myanmar jew għall-użu tagħha. (b) il-provvediment ta' assistenza ta' finanzjament jew finanzjarja li għandha x'taqsam ma' attivitajiet militari, inklużi b'mod partikolari l-konċessjonijiet, is-self u l-assigurazzjoni fuq il-kreditu ta' l-esportazzjoni, għal kull bejgħ, provvista, transferiment jew esportazzjoni ta' l-armi u ta' materiel irrelatat, kif ukoll it-tagħmir li jista' jintuża għar-ripresjoni interna, direttament jew indirettament, għal kull persuna, entità jew korp fil-Burma/Myanmar jew għall-użu fiha. Artikolu 4 1. l-Artikolu 3 ma għandux japplika għal: (a) il-bejgħ, il-provvista, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta' tagħmir militari li ma joqtolx, jew tat-tagħmir tar-ripressjonin interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi għall-bini ta' istituzzjonijiet tan-NU, l-UE u l-Komunità, jew ta' materiel maħsub għall-ħidmiet tan-NU u ta' l-UE rigward il-ġestjoni tal-kriżijiet; (b) il-provvediment ta' assistenza għall-finanzjament jew finanzjarja jkollha x'taqsam ma'dan it-tagħmir; (ċ) il-provvediment ta' assistenza teknika li jkollha x'taqsam ma dan it-tagħmir, bil-kondizzoni li dawn l-esportazzjonijiet ikunu ġew approvati bil-quddiem mill-awtorità kompetenti rilevanti. 2. L-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-ilbies protettiv, inklużi l-ġkieket kontra l-balal u l-elmijiet militari, esportati temporanjament lejn il-Burma/Myanmar mill-personal tan-NU, il-personal ta' l-UE, il-Komunità jew l-Istati Membri tagħha, ir-rappreżentanti tal-medja u l-ħaddiema umanitarji u ta' l-iżvilupp u personal assoċjat għall-użu personali biss. Artikolu 5 Għandhom jiġu sospiżi l-għajnuna mhux umanitarja jew il-programmi ta' l-iżvilupp. Jistgħu jintgħamlu eċċezzjonijiet għall-proġetti u l-programmi li għandhom ikunu ddefiniti, safejn u sakemm huwa possibbli, f'konsultazzjoni mal-gruppi demokratiċi, inkluża l-Lega Nazzjoni għad-Demokrazija u eżegwiti bl-involviment tagħhom - b'appoġġ għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, - b'appoġġ għat-taffija tal-faqar u, b'mod partikolari, għall-provvediment tal-ħtiġiet bażiċi għall-ifqar taqsima tal-popolazzjoni, - fil-kuntest tal-koperazzjoni ddeċentralizzata permezz ta' l-awtoritajiet lokali ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, - b'appoġġ għas-saħħa u l-edukazzjoni bażika permezz ta' l-organizzazzjonijiet mhux governattivi. Artikolu 6 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħieġa għalbiex jipprevjienu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minn ġo fihom, ta' membri anzjani tal-Kunsill Statali tal-Paċi u l-Iżvilupp (il-SPDC), awtoritajiet Burmani fis-settur tat-turiżmu, membri anzjanu tal-militar, tal-Gvern jew tal-forzi tas-sigurtà li jifformulaw, jimplimentaw jew jibbenefikaw mill-politiki li jimpedixxu t-transizzjoni tal-Burma/Myanmar lejn id-demokrazija, u lill-familji tagħhom li jkunu persuni naturali elenkati fl-Anness. 2. Il-paragrafu 1 ma jridx jobbliga lill-Istati Membri li jirrifjutaw liċ-ċittadini tagħhom infushom milli jidħlu fit-territorju tagħha. 3. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet meta Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġijiet internazzjonali, jiġifieri: (a) bħala pajjiż ospitatur ta' organizzazzjoni internazzjonali mhux governattiva; (b) bħala pajjiż ospitatur ta' konferenza internazzjonali msejħa min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt l-awspiċju tagħha; jew (ċ) fuq ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet. Il-Kunsill għandu jiġi mgħarraf kif mistħoqq b'kull wieħed minn dawn il-każijiet. 4. Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat li japplika wkoll fil-każijiet meta Stat Membru jkun il-pajjiż ospitatur ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (l-OSCE). 5. L-Istati Membri jistgħu jikkonċedu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-vajaġġar ikun iġġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti. jew għal raġunijiet ta' attendenza f'laqgħat inter-governattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, meta jiġi kondott djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Burma/Myanmar. 6. Stat Membru li jixtieq jikkon1edi l-eżenzjonijiet riferiti fil-paragrafu 5 għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni trid titqies li tiġi konċessa għajr jekk Membru tal-Kunsill jew iktar iqajmu oġġezzjoni bil-miktub fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievi n-notifika ta' l-eżenzjoni proposta. Fl-eventwalità li Membru tal-Kunsill jew iktar iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, huwa u jaġixxi bil-maġġoranza kkwalifikata, jista' jiddeċiedi li jikkonċedi l-eżenzjoni proposta. 7. Fil-każijiet meta, skond il-paragrafi 3, 4, 5 u 6, Stat Membru jawtorizza id-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu, tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata skond il-għan li għalih tkun ġiet konċessa u lill-persuni interessati f'dan. Artikolu 7 1. Għandhom jiġu kkonġelati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjienu lill-membri individwali tal-Gvern tal-Burma/Myanmar u lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi assoċjati magħhom elenkati fl-Anness. 2. L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom jintgħamlu disponibbli direttament jew indirettament lill-persuni naturali jew legali, lill-entitajiet jew lill-korpi elenkati fl-Anness jew għall-benefiċċju tagħhom. 3. Jistgħu jintgħamlu eżenzjonijiet għall-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi li jkunu: (a) meħtieġa għall-ispejjeż bażiċi, inklużi l-ħlasijiet ta' l-oġġetti ta' l-ikel, il-kiri u l-ipoteki, il-mediċini u t-trattament mediku, it-taxxi, il-premiums ta' l-assigurazzjonijiet, u l-imposti fuq utilitajiet pubbliċi; (b) maħsuba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet professjonali raġjonevoli u r-rifużjoni ta' l-ispejjeż miġrura assoċjati mal-provvediment tas-servizzi legali; (ċ) maħsauba b'mod esklussiv għall-ħlas tal-piżijiet jew l-imposti fuq is-servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni tar-rutina tal-fondi jew tar-riżorsi ekonomiċi kkonġelati; (d) meħtieġa għal spejjeż straordinarji. 4. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika b'żieda mal-kontijiet ikkonġelati ta': (a) l-imgħax jew qligħ ieħor fuq dawn il-kontijiet; jew (b) il-ħlasijiet mistħoqqa skond kuntratti, ftehimijiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew inħolqu qabel id-data li fiha dawn il-kontijiet saru bla ħsara għall-miżuri restrittivi, sakemm kull imgħax minn dan jew qligħ ieħor jew ħlasijiet jissoktaw ikunu bla ħsara għall-paragrafu 1. Artikolu 8 Għandhom jissoktaw sospiżi l-viżti governattivi bilaterali ta' livell għoli (Ministri u Uffiċjali fil-livell ta' Direttur Politiku jew ogħla) lill-Burma/Myanmar. Il-Kunsill jista, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jiddeċiedi li jikkonċedi eżenzjonijiet għal din ir-regola. Artikolu 9 Huwa u jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mill-Kummisjoni, il-Kunsill għandu jadotta kif meħtieġ il-modifiki fil-lista li tinsab fl-Anness. Artikolu 10 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tapplika għal perjodu taż-żmien ta' 12-il xahar. Għandha tinżamm taħt rivista kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata kif approprjat, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux. Artikolu 11 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta' April 2004. Artikolu 12 Din il-Posizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmula fil-Lussemburgu, fis-26 ta' April 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen [1] ĠU L 287, tat-8.11.1996, p. 1. [2] ĠU L 106, tad-29.4.2003, p. 36. [3] ĠU L 340, ta' l-24.12.2003, p. 81. -------------------------------------------------- ANNESS Il-Lista riferita fl-Artikolu 9 IL-KUNSILL STATALI TAL-PAĊI U L-IŻVILUPP (IL-SPDC) L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Ġeneral Anzjan Than Shwe | President | 02.02.1933 | Kyaing Kyaing | Thandar Shwe, Khin Pyone Shwe, Aye Aye Thit Shwe | Thidar Htun, Nay Shwe Thway (a) Pho La Pye, Pho La Lon | Il-Viċi Ġeneral Anzjan Maung Aye | Viċi-President | 25.12.1937 | Mya Mya San | Nandar Aye | | Il-Ġeneral Khin Nyunt | Prim Ministru | 11.10.1939 | Khin Win Shwe, (6.10.1940) | Ye Naing Win, Zaw Naing Oo Thin Le Le Win | | Il-Ġeneral Thura Shwe Mann | Kap tal-Personal, Kordinatur ta' l-Operazzjonijiet Speċjali (ta' l-Armata, il-Flotta u l-Ajru) | | Khin Lay Thet | Toe Naing Mann (il-mara-Zay Zin Latt), Aung Thet Mann Ko Ko, Shwe Mann Ko Ko | | Il-Logutenent Ġeneral Soe Win | Segretarju 1 | | Than Than Nwe | | | Il-Logutenent Ġeneral Thein Sein | Segretarju 2 Ajjutant Ġenerali | | Khin Khin Win | | | Il-Logutenent Ġeneral Thiha Thura Tin Aung Myint Oo | Quartermaster- Ġenerali | | Khin Saw Hnin | | | Il-Logutenent Ġeneral Kyaw Win | Kap tal-Forzi Armati Taħriġ | | San San Yee | | | Il-Logutenent Ġeneral Tin Aye | Kap ta' l-Ordinanza Militari, Kap ta' l-UMEH | | Kyi Kyi Ohn | | | Il-Logutenent Ġeneral Ye Myint | Kap tal-Bureau ta' l-Operazzjonijiet Speċjali 1. (Kachin, Chin, Sagaing, Magwe, Mandalay) | | Tin Lin Myint (25.1.1947) | Theingi Ye Myint, Aung Zaw Ye Myint, Kay Khaing Ye Myint | | Il-Logutenent Ġeneral Aung Htwe | Kap tal-Bureau ta' l-Operazzjonijiet Speċjali 2. (Kayah, Shan) | | Khin Hnin Wai | | | Il-Logutenent Ġeneral Khin Maung Than | Kap tal-Bureau ta' l-Operazzjonijiet Speċjali 3. (Pegu, Rangoon, Irra-waddy, Arakan) | | Marlar Tint | | | Il-Logutenent Ġeneral Maung Bo | Kap tal-Bureau ta' l-Operazzjonijiet Speċjali 4. (Karen, Mon, Tenas- serim) | | Khin Lay Myint | | | IL-KMANDANTU REĠJONALI L-Isem | Il-Kmand | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Ġeneral Maġġur Myint Swe | Rangoon | | Khin Thet Htay | | | Il-Ġeneral Maġġur Ye Myint | Id-Diviżjoni tal-Mandalay Ċentrali | | Myat Ngwe | | | Il-Ġeneral Maġġur Thar Aye | Id-Diviżjoni ta; Sagaing tal-Majjistra | | Wai Wai Khaing | | | Il-Ġeneral Maġġur Mayng Swe | L-Istat ta' Kachin tat-Tramuntana | | Tin Tin Nwe | Ei Thet Thet Swe, Kaung Kyaw Swe | | Il-Ġeneral Maġġur Hlaing | l-Istat ta' Xan tal-Grigal | | Khin Thant Sin | | | Il-Ġeneral Maġġur Khin Zaw | L-Istat tat-Trijanglu ta' Xan (tal-Lvant) | | Khin Pyone Win | Kyi Tha Khin Zaw, Su Khin Zaw | | Il-Ġeneral Maġġur Maung Myint | L-Istat ta' Xan tal-Lvant (fin-Nofs in-nhar) | | Win Win Nu | | | Il-Ġeneral Maġġur Thura Myint Aung | L-Istat ta' Mon tax-Xlokk | | Than Than Nwe | | | Il-Brigadier Ġenerali Ohn Myint | Id-Diviżjoni ta' Tasserim Kostali | | Nu Nu Swe | | | Il-Ġeneral Maġġur Ko Ko | Id-Diviżjoni ta' Pegu tan-Nofs in-nhar | | Sat Nwan Khun Sum | | | Il-Ġeneral Maġġur Soe Naing | Id-Diviżjoni ta' Irawaddy tal-Lbiċ | | Tin Tin Latt | | | Il-Ġeneral Maġġur Maung Oo | L-Istat ta' Arakan tal-Punent | | Nyunt Nyunt Oo | | | IL-VIĊI KMANDANTI REĠJONALI L-Isem | Il-Kmand | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | il-Kurunell Wai Lwin | Rangoon | | Swe Swe Oo | Wai Phyo, Lwin Yamin | | Il-Brigadier Ġenerali Nay Win | Taċ-Ċentru | | Nan Aye Mya | | | Il-Kurunell Tin Maung Ohn | Tal-Majjistral | | | | | Il-Bigadier Ġenerali San Tun | Northern Tat-Tramuntana | | Tin Sein | | | Il-Brigadier Ġenerali Hla Myint | Tal-Grigal | | Su Su Hlaing | | | Il-Brigadier Ġenerali Myint Swe | Tat-Trijanglu | | Mya Mya Ohn | Khin Mya Mya, Wut Hmone Swe (ir-Raġel-Soe Thu) | | Il-Kurunell Win Myint | Tal-Lvant | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Myo Hla | Tax-Xlokk | | Khin Hnin Aye | | | Il-Kurunell Hone Ngaing | Tal-Kosta | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Thura Maung Ni | Tan-Nofs in-nhar | | Nan Myint Sein | | | Il-Brigadier Ġenerali Tint Swe | Tal-Lbiċ | | Khin Thaung | Ye Min (a) Ye Kyaw Swar Swe (il-mara-Su Mon Swe) | | Il-Kurunell Tin Hlaing | Tal-Punent | | | | | IL-MINISTRI L-Isem | Il-Ministeru | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | U Than Shwe | L-Uffiċċju tal-Prim Ministru | | Yin Yin Mya | | | Il-Ġeneral Maġġur Thein Swe | L-Uffiċċju tal-Prim Ministru | | Mya Theingi | | | Il-Ġeneral Maġġur Nyunt Tin | Il-Biedja u s-Saqwi | | Khin Myo Oo | Kyaw Myo Nyunt Thu Thu Ei Han | | Il-Brigadier Ġenerali Pyi Sone | Il-Kummerċ | | Aye Pyay Wai Khin | Kalyar Pyay Wai Shan, Pan Thara Pyay Shan | | Il-Ġeneral Maġġur Saw Tun | Il-Kostruzzjoni | | Myint Myint Ko | | | Il-Ġeneral Maġġur Htay Oo | Il-Koperattivi | | Ni Ni Win | | | Il-Ġeneral Maġġur Kyi Aung | Il-Kultura | | Khin Khin Lay | | | U Than Aung | L-Edukazzjoni | | Win Shwe | | | Il-Ġeneral Maġġur Tin Htut | L-Enerġija Elettrika | | Tin Tin Nyunt | | | Il-Brigadier Ġenerali Lun Thi | L-Enerġija | | Khin Mar Aye | Mya Sein Aye, Zin Maung Lun (il-mara-Zar Chi Ko) | | Il-Ġeneral Maġġur Hla Tun | Il-Finanzi u d-Dħul | | Khin Than Win | | | U Win Aung | L-Affarijiet Barranin | | San Yon | Su Nyein Aye, Thaung Su Nyein (il-mara-Su Su Soe Nyunt) | | Il-Brigadier Ġenerali Thein Aung | Il-Forestrija | | Khin Htay Myint | | | Il-Prof. Dr. Kyaw Myint | Is-Saħħa, | | Nilar Thaw | | | Il-Kurunell Tin Hlaing | L-Affarijiet Interni | | Khin Hla Hla | | | Il-Ġeneral Maġġur Sein Htwa | Il-Ministeru ta' l-Immigrazzjoni u l-Popolazzjoni u l-Ministeru tal-Kolonizzazzjoni mill-Ġdid, flimkien | | Khin Aye | | | U Aung Thaung | L-Industrija 1 | | Khin Khin Yi | Nay Aung, Pyi Aung | | Il-Ġeneral Maġġur Saw Lwin | L-Industrija 2 | | Moe Moe Myint | | | Il-Brigadier Ġenerali Kyaw Hsan | L-Informazzjoni | | Kyi Kyi Win | | | U Tin Win | Ix-Xogħol | | Khin Nu | May Khin Tin Win Nu | | Il-Brigadier Ġenerali Maung Thein | Il-Bhejjem Ħajjin u s-Sajd | | Myint Myint Aye | | | Il-Brigadier Ġenerali Ohn Myint | Il-Minjieri | | San San | Maung Thet Naing Oo, Maung Min Thet Oo | | U Soe Tha | Il-Pjanifikazzjoni Nazzjonali u l-Iżvilupp Ekonomiku | | Kyu Kyu Win | Kyaw Myat Soe (il-mara-Wei Wei Lay) | | Il-Kurunell Thein Nyunt | Il-Progress taż-Żoni tal-Konfini u r-Razez Nazzjonali u l-Affarijiet ta' l-Iżvilupp | | Kyin Khaing | | | Il-Ġeneral Maġġur Aung Min | It-Trasportazzjoni bil-Ferrovija | | Wai Wai Thar | | | Il-Brigadier Ġenerali Thura Myint Maung | L-Affarijiet Reliġjużi | | | Aung Kyaw Soe (il-mara-Su Su Sandi), Zin Myint Maung | | U Thaung | Ix-Xjenza u t-Teknoloġija | | May Kyi Sein | | | Il-Brigadier Ġenerali Aye Myint | L-Isport | | Aye-Aye | Nay Linn | | Il-Brigadier Ġenerali Thein Zaw | Il-Ministeru tat-Telekomunikazzjonijiet, il-Posta u t-Telegrafu u l-Ministeru tal-Lukandi u t-Turiżmu, flimkien | | Mu Mu Win | | | Il-Ġeneral Maġġur Hla Myint Swe | It-Trasport | | San San Myint | | | IL-VIĊI MINISTRI L-Isem | Il-Ministeru | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung | Il-Biedja u s-Saqwi | | | | | U Ohn Myint | Il-Biedja u s-Saqwi | | Thet War | | | Il-Brigadier Ġenerali Aung Tun | Il-Kummerċ | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Myint Thein | Il-Kostruzzjoni | | Mya Than | | | Il-Brigadier Ġenerali Soe Win Maung | Il-Kultura | | Myint Myint Wai | | | Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Win | Id-Difiża | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Aung Hlaing | Id-Difiża | | | Soe San | | U Myo Nyunt | L-Edukazzjoni | | | | | Il-Kurunell Aung Myo Min | L-Edukazzjoni | | | | | U Myo Myint | L-Enerġija Elettrika | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Htay | L-Enerġija | | | | | Il-Kurunell Hla Thein Swe | Il-Finanzi u d-Dħul | | | | | U Kyaw Thu | L-Affarijiet Barranin | 15.08.1949 | Lei Lei Kyi | | | U Khin Maung Win | L-Affarijiet Barranin | | Khin Swe Soe (Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Koperattivi) | Khin Swe Win Ko, Myo Zin, Myo Htwe | | Il-Brigadier Ġenerali Tin Naing Thein | Il-Forestrija | | | | | Prof Dr. Mya Oo | Saħħa | | Tin Tin Maya | Dr. Tun Tun Oo ( 26.7.1965), Dr. Mya Thuzar ( 23.9.1971), Mya Thidar ( 10.6.1973). Mya Nandar ( 29.5.1976) | | Brig-Gen Phone Swe | Affarjiet Interni | | | | | Brig-Gen Aye Myint Kyu | Lukondi u t-Turmiżu | | Khin Swe Myint | | | U Maung Aung | Immigrezzjoni u l-Poplu | | | | | | Industrija 1 | | | | | Brig-Gen Thein Tun | Industrija 1 | | | | | Brig-Gen Kyaw Win | Industrija 2 | | | | | Lt-Col Khin Maung Kyaw | Informazzjoni | | Mi Mi Wai | | | Brig-Gen Aung Thein | Informazzjoni | | Tin Tin Nwe | | | U Thein Sein | Xogħol | | Khin Khin Wai | Thein Aung Thaw martu Su Su Cho) | | Brig-Gen Win Sein | Bhejjem ul-Ħut | | | | | U Aung Thein | Minjieri | | | | | Col Tin Ngwe | Progress fil-fruntieri, tlielag nazzjonali u l-Iżdvilupp | Khin May San | | | | | Progress fil-fruntieri, tlielag nazzjonali u l-Iżvilupp | | | | | Brig-Gen Than Tun | tal-ferroviji | | | | | | Religjon | | | May Than Tun żewġha: Ye Htun Myat | | Thura U Thaung Lwin | Xjenza u t-Teknologija | | | | | Brig-Gen Thura Aung Ko | | | Myint Myint Yee | | | U Nyi Hla Nge | | | | | | Dr. Chan Nyein | Ix-Xjenza u t-Teknoloġija | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Kyaw Myint | Il-Ġid Soċjali u l-Kolonizzazzjoni mill-Ġdid | | Khin Aye | | | Il-Brigadier Ġenerali Maung Maung | L-Isport | | | | | U Pe Than | Il-Ministeru tat-Trasport u l-Ministeru tat-Trasportazzjoni bil-Ferrovija, flimkien | | Cho Cho Tun | | | Il-Kurunell Tun Aung | It-Trasport | | | | | DAWK LI QABEL KIENU MEMBRI TAL-GVERN L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Viċi Ammirall Maung Maung Khin | Viċi Prim Ministru; | 23.11.1929 | | | | Il-Logutenent Ġeneral Tin Tun | Viċi Prim Ministru; | 28.03.1930 | | | | Il-Logutenent Ġeneral Tin Hla | Viċi Prim Ministru; u Ministru għall-Affarijiet Militari u Quartermaster Ġenerali | | | | | U Ko Lay | Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru | | Khin Khin | San Min, Than Han Khin Thida (ir-raġel: Zaw Htun Oo 2 It-Tieni Segretarju, Bin il-mejjet Tieni Segretarju l-Logutenent Ġeneral Tin Oo) | | U Aung San | Ministru tal- Koperattivi | | | | | U Win Sein | Ministru tal-Kultura | 10.10.1940 Kyaukkyi | | | | U Khin Maung Thein | Ministru tal-Finanzi u d-Dħul | | Su Su Thein | Daywar Thein ( 25.12.1960), Thawdar Thein ( 06.03.1958), Maung Maung Thein ( 23.10.1963), Khin Yadana Thein ( 06.05.1968), Marlar Thein ( 25.02.1965), Hnwe Thida Thein ( 28.07.1966) | | Il-Ġeneral Maġġur Ket Sein | Ministru tas-Saħħa | | Yin Yin Myint | | | U Saw Tun | Ministru ta' l-Immigrazzjonition & Population u l-Popolazzjoni | | | | | Il-Kurunell Thaik Tun | Viċi Ministru tal-Forestrija | | Nwe Nwe Kyi | Myo Win Thaik Khin Sandar Tun, Khin Nge Nge Tun, Khin Aye Shwe Zin Tun | | Il-Brigadier Ġenerali D O Abel | Ministru fl-SPDC L-Uffiċċju tal- President | | Khin Thein Mu | | | U Pan Aung | Ministru fl-Uffiċċju tal-President | | Nyunt Nyunt Lwin | | | Il-Logutenent Ġeneral Tin Ngwe | Ministru tal-Koperattivi | | Khin Hla | | | Il-Logutenent Ġeneral Min Thein | Ministru fl-SPDCL-Uffiċċju tal-President | | Khin Than Myint | | | U Aung Khin | Ministru ta' l-Affarjiet Reliġjużi | | Yin Yin Nyunt | | | U Hset Maung | Viċi Ministru fl-SPDC fl-Uffiċċju tal-President | | May Khin Kyi | Set Aung | | U Tin Tun | Viċi Ministru għall-Enerġija | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Tun | Viċi Ministru tal-Finanzi u d-Dħul | | | | | U Soe Nyunt | Viċi Ministru tal-Kultura | | | | | U Kyaw Tin | Viċi Ministru ta' l-Iżvilupp taż-Żoni tal-Konfini u r-Razez Nazzjona | | | | | U Hlaing Win | Viċi Ministru tal-Ġid Soċjali u s-Solliev u l-Kolonizzazzjoni mill-Ġdid | | | | | U Aung Phone | Ministru tal-Forestrija | 20.11.1939 | Khin Sitt Aye (14.9.1943) | Sitt Thwe Aung ( 10.7.1977) il-mara- Thin Zar Tun, Sitt Thaing Aung ( 13.11.1971) | | ĦATRIET OĦRA LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAT-TURIŻMU L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Loġutenent Kurunell (Irtirat) Khin Maung Latt | Direttur Ġenerali fid-Direttorat Ġenerali tal-Lukandi u t-Turiżmu | | Win Kyi | Tun Min Latt ( 06.02.1969) | Nyan Min Latt ( 29.4.1997), Shane Min Latt ( 10.5.2000) | Il-Kaptan (Irtirat) Htay Aung | Direttur tal-Ġestjoni tal-Lukandi u s-Servizzi Turistiċi ta' Myanmar | | | | | IL-FIZZJALI ANZJANI TAL-MINISTERU TAD-DIFIŻA L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Ir-Rear Admiral Soe Thein | Kmandant-Ġenerali (tal-Flotta) | | Khin Aye Kyi | | | Il-Logutenent Ġeneral Myat Hein | Kmandant-Ġenerali (ta' l-Ajru) | | Htwe Htwe Nyunt | | | Il-Kaptan Nyan Tun | Il-Kap tal-Personal (tal-Flotta) | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Hla Shwe | Viċi Ajjutant Ġenerali | | | | | Il-Kurunell Khin Soe | Viċi Ajjutant Ġenerali | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Soe Maung | Imħallef Avukat Ġenerali | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Thein Htaik | Spettur Ġenerali | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Saw Hla | Kap tal-Pulizija Militari | | | | | Il-Kurunell Sein Lin | Direttur ta' l-Ordinanza | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Kyi Win | Direttur ta' l-Artillerija u l-Armatura | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Sein | -Uffiċjal Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża Sptarijiet | | Rosy Mya Than | | | Il-Brigadier Ġenerali Win Hlaing | Direttur tal-Prokura | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Aung Maung | Direttur tar-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-Gwerra Psikoloġika | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Moe Hein | Kmandant tal-Kulleġġ tad-Difiża Nazzjonali | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Maung | Direttur tal-Milizzja tal-Poplu u l-Forzi ta' fuq il-Fruntiera | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Aung Myint | Direttur tas-Sinjali | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Htay | Direttur tal-Provvista u t-Trasport | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Khin Maung Tint | Direttur tas-Sigurtà tax-Xogħlijiet ta' l-Istampa | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Hsan Hsint | Ġeneral tal-Ħatriet Militari | 1951 | Khin Ma Lay | Okkar San Sint | | Il-Ġeneral Maġġur Win Myint | Viċi Kap tal-Forzi Armati Taħriġ | | | | | Il-Ġeneral Maġġur Aung Kyi | Viċi Kap tal-Forzi Armati Taħriġ | | Thet Thet Swe | | | Il-Brigadier Ġenerali Nyan Win | Viċi Kap tal-Forzi Armati Taħriġ | | | | | IL-MEMBRI TA' L-UFFIĊĊJU TAL-KAP TA' L-INFORMAZZJONI MILITARI (L-OCMI) L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Ġeneral Maġġur Kyaw Win | Viċi Kap ta' l-Informazzjoni Militari | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Myint Aung Zaw | Amministrazzjoni | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Hla Aung | Taħriġ | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Thein Swe | Ir-Relazzjonijiet Internazzjonali | | | Sonny Myat Swe (il-mara-Yamin Htin Aung) | | Il-Brigadier Ġenerali Kyaw Han | Xjenza u Teknoloġija | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Than Tun | Politika u Kontro-informazzjoni | | | | | Il-Kurunell Hla Min | Viċi | | | | | Il-Kurunell Tin Hla | Viċi | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Myint Zaw | Sigurtà tal-Konfini u Informazzjoni | | | | | Il-Brigadier Ġenerali Kyaw Thein | In-Nazzjonalitajiet Etniċi u l-Gruppi tal-Waqfien mill-Ġlied, is-Soppressjoni tad-Drogi u l-Informazzjoni Navali u ta' l-Ajru | | | | | Il-Kurunell San Pwint | Viċi Kap tad-Dipartiment | | | | | IL-FIZZJALI MILITARI LIN JMEXXU L-ĦABSIJIET U L-PULIZIJA L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Kurunell Ba Myint | Direttur-Ġenerali tad-Dipartiment tal-Ħabsijiet (Il-Ministeru ta' l-Affarjiet Interni) | | | | | IS-SOLIDARJETÀ TA' L-UNJONI U L-ASSOĊJAZZJONI TA' L-IŻVILUPP (L-USDA) L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Brigadier Ġenerali Aung Thein Lin | Sindku u President tal-Kumitat ta' l-Iżvilupp tal-Belt ta' Yangon (Segretarju) | | Khin San Nwe | Thidar Myo | | Il-Kurunell Maung Par | Viċi Sindku tal-Kumitat ta' l-Iżvilupp tal-Belt ta' Yangom (YCDC) | | (Membru tas-CEC)Khin Nyunt Myaing | Naing Win Par | | IL-PERSUNI LI JIBBENEFIKAW MILL-POLTIKI EKONOMIĊI TAL-GVERN L-Isem | In-Negozju | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | U Khin Shwe | Zaykabar Co. | 21.01.1952 | San San Kywe | Zay Zin Latt ( 24.03.1981) Ir-Raġel: Toe Naing Mann, Zay Thiha ( 01.01.1977) | | U Aung Ko Win (a) Saya Kyaung | Il-Bank Kanbawza | | Nan Than Htwe | | | U Aik Tun | L-Asia Wealth BankOlyimpic Co. | 21.10.1948 | Than Win (03.12.1948) | Sandar Htun ( 23.08.1974), Aung Zaw Naing ( 01.09.1973), Mi Mi Khaing ( 17.06.1976) | | U Tun Myint Naing (a) Steven Law | L-Asia World Co. | | Ng Seng Hong | | | U Htay Myint | Il-Yuzana Co. | 06.02.1955 | Aye-Aye Maw ( 17.11.1957) | Eve Eve Htay Myint ( 12.06.1977), Zay Chi Htay ( 17.02.1981) | | U Tayza | Il-Htoo Trading Co. | 18.07.1964 | Thidar Zaw ( 24.02.1964) | Pye Phyo Tayza ( 29.01.1987), Htoo Htet Tayza ( 24.01.1993), Htoo Htet Tayza ( 14.09.1996) | | U Kyaw Win | Ix-Shwe Thanlwin Trading Co. | | | | | U Win Aung | Id- Dagon International | 30.09.1953 | Moe Mya Mya ( 28.08.1958), Yangon | Ei Hnin Pwint (a) Christabelle Aung ( 22.02.1981), Thurane Aung (a) Christopher Aung ( 23.07.1982), Ei Hnin Khin (a) Christina Aung ( 18.12.1983) | | L-INTRAPRIŻI EKONOMIĊI TA' L-ISTAT L-Isem | Il-Funzjoni | Id-Data tat-Twelid | Il-Mara jew ir-Raġel | It-Tfal | In-Neputijiet | Il-Kurunell Myint Aung | MD fil-Myawaddy Trading Co. | | | | | Il-Kurunell Myo Myint | MD fil-Bandoola Trans-portation Co. | | | | | Il-Kurunell (Irtirat) Thant Zin | MD fil-Myanmar Land and Development | | | | | Il-Maġġur Hla Kyaw | Direttur fil-Myawaddy Advertising Enter-prises | | | | | Il-Kurunell Aung San | MD fil-Proġett tal-Kostruzzjonita' l-Impjant tas-Siment ta' Hsinmin | | | | | Il-Kurunell Ye Htut | Il-Korporazzjoni Ekonomika ta' Myanmar | | | | | --------------------------------------------------