7.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/23


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9261 — CD&R/FHI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 49/11)

1.   

Fil-31 ta’ Jannar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Clayton, Dubilier & Rice Fund X, L.P. (il-Gżejjer Cayman), finalment ikkontrollata Clayton, Dubilier & Rice, LLC (“CD&R”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

FH Investments Limited (“FHI”, Jersey), li bħalissa hija kkontrollata minn Chole Developments Limited (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi).

CD&R takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll waħdani ta’ FHI kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   CD&R: ditta tal-investiment ta’ ekwità privata li tiffoka fuq xiri ta’ kumpaniji mill-maniġment, investimenti strateġiċi ta’ ekwità minoritarji u investimenti strateġiċi oħra,

—   FHI: għandha negozji attivi fl-operazzjoni ta’ ristoranti, delis u cafes kif ukoll il-forniment ta’ servizzi ta’ catering u ospitalità.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9261 — CD&R/FHI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.