31999R0378



Official Journal L 046 , 20/02/1999 P. 0013 - 0014


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/1999

tad-19 ta' Frar 1999

li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta’ ċerti ismijiet fir-Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovvdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta' l-oriġini protetti għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta’ l-14 ta’ Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u l-ismijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti ta’ l-ikel agrikoli [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1068/97 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,

Billi, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, il-Greċja, Spanja u Franza bagħtu lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ għadd ta’ ismijiet bħala ismijiet ta' l-oriġini protetti;

Billi, skond l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, dawn l-applikazzjonijiet instabu li jilħqu l-ħtiġiet stabbiliti fih u b’mod partikulari li fihom it-tagħrif kollu meħtieġ skond l-Artikolu 4 tiegħu;

Billi ma waslet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni għand il-Kummissjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 għal xi wieħed mill-ismijiet mogħtija fl-Anness ma' hawn wara l-pubblikazzjoni tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropew [3];

Billi dawn l-ismijiet għalhekk għandhom jiddaħħlu fir-‘Reġistru ta’ l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti’ u minn issa 'l quddiem jiġu protetti fil-Komunità kollha bħala ismijiet ta' l-oriġini protetti;

Billi l-Anness ma' hawn jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2400/96 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 38/1999 [5],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L- Artikolu 1

L-ismijiet fl-Anness ma’ hawn huma miżjuda fl-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 u mdaħħla bħala ismijiet ta' l-oriġini protetti (DPO) fir-"Reġistru ta’ denominazzjoni protetta ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti" pprovdut bl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92.

L- Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Frar 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 208, ta' l-24. 7. 1992, p. 1.

[2] ĠU L 156, tat-13. 6. 1997, p. 10.

[3] ĠU C 207, tat-3. 7. 1998, p. 2; ĠU C 201, tas-27. 6. 1998, p. 2; ĠU C 172, tas-6. 6. 1998, p. 9; ĠU C 120, tat-18. 4. 1998, p. 12.

[4] ĠU L 327, tat-18. 12. 1996, p. 11.

[5] ĠU L 5, tad-9. 1. 1999, p. 62.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IL-PRODOTTI ELENKATI FL-ANNESS II MAT-TRATTAT TAL-KE, MAĦSUBA GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

Il-Laħam frisk u l-ġewwieni

SPANJA

Cordero Manchego (DPO)

L-Iġbna

SPANJA

Queso Majorero (DPO)

Il-Frott u l-ħaxix ta' l-ikel

FRANZA

Muscat du Ventoux (IĠP)

Olive cassées ta’ Vallée des Baux de Provence (DPO)

Olive noires de la Vallee des Baux de Provence (DPO)

SPANJA

Avellana de Reus (DPO)

Chufa de Valencia (DPO)

PRODOTTI OĦRA ELENKATI FL-ANNESS II

FRANZA

Cidres

Cornouaille (DPO)

Pays d’Auge/Pays d’Auge Cambremer (DPO)

IL-GREĊJA

Κρόκος Κοζάνης (Krokos Kozanis) (DPO)

--------------------------------------------------