|
15.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 505/3 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10471 — SUEZ / SCHNEIDER ELECTRIC / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 505/03)
1.
Fis-6 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Suez Groupe SAS (“Suez”) (Franza), |
|
— |
Schneider Electric Industries SAS (“Schneider Electric”) (Franza), |
|
— |
Impriża bi Sħab (joint venture “JV”) (Franza) |
Suez u Schneider Electric jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Suez: il-forniment tal-ġestjoni tal-ilma, ir-riċiklaġġ u l-irkupru tal-ilma mormi għal klijenti pubbliċi u industrijali, fil-ġbir, is-separazzjoni, ir-riċiklaġġ, ir-rimi u t-trattament ta’ skart mhux perikoluż u perikoluż u servizzi ta’ żvilupp urban, |
|
— |
Schneider Electric: il-provvista ta’ soluzzjonijiet għall-ġestjoni tal-enerġija u l-awtomazzjoni għad-djar, il-bini, iċ-ċentri tad-data, l-infrastrutturi u l-industriji, |
|
— |
il-JV: id-disinn, l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ software għall-ġestjoni tal-ilma għall-faċilitajiet tat-trattament tal-ilma u tal-ilma mormi ta’ operaturi muniċipali u klijenti industrijali madwar id-dinja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10471 — SUEZ / SCHNEIDER ELECTRIC / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).