17.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 330/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10380 — Hg/TA/Insightsoftware)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 330/07)

1.   

Fit-28 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Is-soċjetajiet limitati li jinkludu Hg Saturn 2, flimkien ma’ vetturi potenzjali koinvestituri, f’kull każ ġestiti minn Hg Pooled Management Limited, sussidjarja ta’ HgCapital LLP (“Hg”, ir-Renju Unit),

—

AT Associates Management, LP (“TA”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u

—

GS Topco, LP u s-sussidjarji tagħha (“Insightsoftware”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Hg u TA jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Insightsoftware kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Hg huwa investitur ta’ ekwità privata speċjalizzat li jiġġestixxi fondi li jinvestu prinċipalment fl-Ewropa. Permezz tas-sussidjarji tagħha, Hg tamministra investimenti kapitali u toffri servizzi ta’ konsulenza u servizzi oħra għal varjetà ta’ kumpaniji ta’ parteċipazzjoni, bħal fondi tal-pensjonijiet privati u pubbliċi, kumpaniji tal-assigurazzjoni, dotazzjonijiet u fondazzjonijiet,

—

TA hija kumpanija ta’ ekwità privata ffukata fuq setturi mmirati fit-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-konsumatur u tan-negozju fl-Amerka ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja, u

—

Insightsoftware hija fornitur ta’ software tan-negozju, li joffri sett ta’ għodod ta’ rappurtar finanzjarju li jaqdu l-ħtiġijiet fl-uffiċċju tas-CFO.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10380 - Hg/TA/Insightsoftware

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.