|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2338 |
23.10.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2338
tat-22 ta’ Ottubru 2026
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) fiha żball fid-Dokument Mehmuż 4-C, il-punt (c), is-sitt inċiż, tal-Anness, rigward ir-regola dwar l-imqassijiet. L-iżball jaffettwa s-sustanza ta’ dik id-dispożizzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Żvediża tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/300/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1998/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2338/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)