|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6556 |
8.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12030 – SEC / DUSSUR / 3D SYSTEMS / NAMI)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6556)
1.
Fit-28 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Saudi Electricity Company (“SEC”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata minn Saudi Arabian Public Investment Fund (“PIF”), |
|
— |
Saudi Arabian Industrial Investments Company JSC (“Dussur”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata b’mod konġunt minn PF u Saudi Arabian Oil Company, |
|
— |
3D Systems, Inc. (“3D Systems”, l-Istati Uniti), |
|
— |
National Innovation Industrial Company (“NAMI”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), ikkontrollata b’mod konġunt minn Dussur u 3D Systems. |
SEC, Dussur u 3D Systems se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ NAMI.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
SEC hija involuta primarjament fil-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija elettrika fir-Renju kollu tal-Arabja Sawdija, |
|
— |
Dussur tinvesti f’setturi ekonomiċi strateġiċi, primarjament fil-Lvant Nofsani, biex tappoġġa l-iżvilupp ta’ industriji multitrasformattivi fis-setturi industrijali kollha, |
|
— |
3D Systems tipprovdi soluzzjonijiet komprensivi ta’ stampar 3D u ta’ manifattura diġitali b’enfasi fuq il-kura tas-saħħa u l-applikazzjonijiet industrijali, |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża NAMI huma dawn li ġejjin: il-forniment ta’ servizzi ta’ stampar 3D fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12030 — SEC / DUSSUR / 3D SYSTEMS / NAMI
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6556/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)