|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5031 |
30.9.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12586 – OTP BANK / LUMINOR HOLDING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5031)
1.
Fit-18 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
OTP Bank Nyrt. (“OTP Bank”, l-Ungerija), |
|
— |
Luminor Holding AS (“Luminor Holding”, l-Estonja), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn fondi ta’ ekwità privata ġestiti minn Blackstone Inc. (l-Istati Uniti). |
OTP Bank se jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Luminor Holding kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
OTP Bank huwa kumpanija kkwotata fil-borża li toffri firxa sħiħa ta’ servizzi bankarji, inklużi servizzi bankarji għall-konsumatur u korporattivi, finanzjament, self, depożiti, u servizzi ta’ pagament, kif ukoll lokazzjoni, ġestjoni tal-assi, assigurazzjoni, u servizzi finanzjarji relatati oħra fl-Ungerija, fl-Albanija, fis-Slovenja, fil-Bulgarija, fil-Kroazja, fis-Serbja, fl-Ukrajna, fir-Russja, fil-Montenegro, fil-Moldova u fl-Użbekistan, |
|
— |
Luminor Holding hija l-kumpanija omm ta’ grupp ta’ kumpaniji li jipprovdu firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur u kummerċjali, kif ukoll servizzi ta’ lokazzjoni, ġestjoni ta’ fondi tal-pensjonijiet u pagament tal-kummerċ elettroniku fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12586 — OTP BANK / LUMINOR HOLDING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5031/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)