13.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 224/19


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8454 — KKR/Pelican Rouge)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 224/10)

1.

Fil-5 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Selecta AG (“Selecta”, l-Isvizzera), ikkontrollata indirettament minn KKR Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Pelican Rouge B.V. (“Pelican Rouge”, in-Netherlands), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KKR: ditta tal-investiment dinjija li toffri firxa ta’ servizzi alternattivi ta’ ġestjoni ta’ assi lill-investituri tas-suq pubbliku u privat u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq ta’ kapital għad-ditta, il-kumpaniji tal-portafoll tagħha u klijenti oħra tagħha;

—   għal Selecta: tipprovdi servizzi ta’ bejgħ fl-Ewropa kemm f’kuntesti pubbliċi u kemm privati, bħall-bejgħ jew il-kiri ta’ magni tal-bejgħ, il-bejgħ ta’ oġġetti ta’ konsum użati biex jimtlew il-magni tal-bejgħ u provvisti oħra relatati u manutenzjoni tal-magni tal-bejgħ, kemm għall-bejgħ tal-ikel u kemm għall-bejgħ ta’ xarbiet;

—   għal Pelican Rouge: tissupplixxi, tinstalla u tħaddem tagħmir tal-bejgħ u sistemi ta’ xarbiet u tipprovdi ingredjenti għall-bejgħ fl-Ewropa.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8454 — KKR/Pelican Rouge, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).