|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6163 |
11.10.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-Estonja
(C/2024/6163)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Marion PAJUMETS, sar vakanti siġġu bħala membru supplenti: fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-gvern. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Estonja nnomina kandidata għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Deisi POHLAK hija maħtura membru supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol minflok is-Sa Marion PAJUMETS għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
VARGA M.
(1) ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 23).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6163/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)