|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/143 |
30.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/143
tad-29 ta’ Jannar 2025
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 bħala addittiv għall-użu fl-għalf u fl-ilma tax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u titlob li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tal-12 ta’ Marzu 2024 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 hija sikura għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Madankollu, l-Awtorità għandha tħassib dwar is-sikurezza għall-ispeċijiet fil-mira tal-L-isolewċina li tirriżulta mill-amministrazzjoni orali tal-L-isolewċina permezz tal-ilma tax-xorb u l-għalf minħabba żbilanċi nutrizzjonali u raġunijiet iġjeniċi. Fin-nuqqas ta’ data, l-Awtorità ma kinitx f’pożizzjoni li tikkonkludi dwar il-potenzjal tal-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 li tkun irritanti għall-ġilda u/jew għall-għajnejn, jew bħala sensitizzatur dermali. Minħabba l-potenzjal għoli li tarmi t-trab, l-esponiment mill-inalazzjoni tqies probabbli. Barra minn hekk, l-Awtorità kkonkludiet li s-sustanza titqies bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku essenzjali L-isolewċina għall-ispeċijiet mhux ruminanti u li biex is-sustanza tkun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta kontra d-degradazzjoni fil-kirxa. L-Awtorità ma dehriliex li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-introduzzjoni fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta’ dik is-sustanza bħala addittiv tal-għalf jenħtieġ li jiġi awtorizzat. Meta tiġi mitmugħa lir-ruminanti, l-L-isolewċina jeħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. Jixraq li l-utent jiġi mwissi biex iqis il-provvista djetetika bl-aċidi amminiċi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha, b’mod partikolari fil-każ tas-supplimentazzjoni bl-L-isolewċina permezz tal-ilma tax-xorb. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal, 22(4), e8726.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
3c385 |
L-isolewċina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Trab b’kontenut minimu ta’ L-isolewċina ta’ 93,5 % (abbażi ta’ materja niexfa) u kontenut massimu ta’ ndewwa ta’ 2 % Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-isolewċina prodotta bil-Corynebacterium glutamicum CGMCC 20437 Formula kimika: C6H13NO2 Numru CAS: 73-32-5 Metodu analitiku (1) Għall-identifikazzjoni tal-L-isolewċina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-isolewċina fl-addittiv tal-għalf:
Għad-determinazzjoni tal-isolewċina fil-premixxeli:
Għad-determinazzjoni tal-L-isolewċina fl-għalf kompost:
Għad-determinazzjoni tal-isolewċina fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
|
- |
|
Id-19 ta’ Frar 2035 |
||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/152/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/143/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)