Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU II: DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PRINĊIPJI DEMOKRATIĊI - Artikolu 9
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0020 - 0020
Artikolu 9 Fl-attivitajiet kollha tagħha, l-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipju ta' l-ugwaljanza taċ-ċittadini tagħha, li għandhom jingħataw attenzjoni ndaqs mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tagħha. Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina ta' l-Unjoni. Iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex. --------------------------------------------------