|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3753 |
15.7.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/3753)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Volailles de l’Ain”
Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-0146-AM01 — 21.4.2026
1. Isem il-prodott
“Volailles de l’Ain”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Settur
|
☑ |
Prodotti agrikoli |
|
☐ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Franza
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura u s-Sovranità tal-Ikel
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-applikazzjoni għal emenda tal-IĠP “Volailles de l’Ain” ma tinvolvi l-ebda waħda mit-tliet sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu emenda tal-Unjoni; speċifikament, ma:
|
(a) |
tinkludix bidla fl-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta; |
|
(b) |
tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika; |
|
(c) |
tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
Għaldaqstant, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-applikazzjoni hija għal “emenda standard”.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
|
1. |
Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru |
Deskrizzjoni
Żdiedet it-taqsima “Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru”, li tagħti d-dettalji ta’ kuntatt għall-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità (Institut national de la qualité et de l’origine – INAO), f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1143.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
2. |
Grupp applikant: |
Deskrizzjoni
In-numru tat-telefown u l-indirizz elettroniku ta’ QUALINEA, li tlaqqa’ l-operaturi ta’ din l-IĠP, ġew aġġornati. Barra minn hekk, ġiet riformulata d-deskrizzjoni tal-kompożizzjoni tagħha.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
3. |
Tip ta’ prodott |
Deskrizzjoni
It-taqsima relatata mat-tip ta’ prodott, li qabel kien iddefinit skont il-klassi tiegħu, tħassret mill-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
4. |
Deskrizzjoni tal-prodott |
Deskrizzjoni
Għall-prodotti koperti bl-IĠP, l-emenda tipprevedi l-produzzjoni tal-prodotti addizzjonali li ġejjin:
|
— |
it-tiġieġ tas-simna; |
|
— |
il-wiżż; |
|
— |
il-ħasi tal-farawn; |
|
— |
it-tiġieġ isfar u iswed; |
|
— |
il-ħasi isfar. |
It-taqsima ġiet issupplimentata b’deskrizzjoni tal-fenotip għal kull speċi.
L-iffriżar qawwi f’daqqa żdied bħala metodu ta’ preżentazzjoni possibbli għall-prodotti kollha.
Ġew inklużi l-proċeduri għall-ħsad, għall-ħżin u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġewwieni waħdu għat-tiġieġ u għall-farawn.
Żdiedu l-qatgħat għall-ispeċijiet kollha previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott. Il-karatteristiċi tagħhom ġew speċifikati. Dawn jistgħu jiġu minn karkassi li jista’ jkollhom difetti żgħar, iżda l-biċċiet magħżulin iridu jikkonformaw mal-kriterji ta’ preżentazzjoni għall-Klassi A, u l-karkassa li minnha jittieħdu l-qatgħat ma jridx ikollha piż minimu ta’ inqas minn 90 % tal-piż speċifikat għall-pollam li jinbiegħ sħiħ.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
5. |
Żona ġeografika |
Deskrizzjoni
Fit-taqsima saru biss bidliet editorjali. Id-definizzjoni taż-żona ġeografika ma nbidlitx.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
6. |
Evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika |
Deskrizzjoni
L-oriġini tal-prodotti hija ggarantita permezz tal-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali u l-prodotti f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-ipproċessar.
L-evidenza ta’ traċċabbiltà ġiet aġġornata u stabbilita f’tabella sommarja. Din it-tabella tispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li trid tiġi rreġistrata għal kull stadju, kif ukoll id-dokument ta’ reġistrazzjoni assoċjat. F’kull stadju, l-annimali u l-prodotti jiġu identifikati b’numru tal-lott, li jippermetti li l-istadju preċedenti jintrabat ma’ dak li jmiss.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
TRASFERIMENT GĦAT-TAQSIMA 4) EVIDENZA LI L-PRODOTT JORIĠINA MIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA
Deskrizzjoni
Kwalunkwe operatur involut fil-produzzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Volailles de l’Ain” irid jagħmel lilu nnifsu magħruf mal-grupp sabiex jiġi awtorizzat qabel il-bidu tal-attività inkwistjoni.
L-oriġini tal-prodotti hija ggarantita permezz tal-identifikazzjoni u t-traċċar tal-annimali u l-prodotti f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-ipproċessar.
F’kull stadju tal-katina tal-produzzjoni, id-diversi operaturi (l-organizzazzjonijiet ta’ produzzjoni u monitoraġġ tekniku, in-nissiela, il-manifatturi tal-għalf, il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ, il-faċilitajiet tal-imballaġġ) iżommu d-dokumenti aġġornati sabiex jiżguraw it-traċċabbiltà minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel tal-prodott u jiżguraw il-konformità mal-metodu ta’ produzzjoni għall-indikazzjoni ġeografika protetta “Volailles de l’Ain”.
Din it-tabella tispeċifika t-tip ta’ informazzjoni li trid tiġi rreġistrata għal kull stadju, kif ukoll id-dokument ta’ reġistrazzjoni assoċjat. F’kull stadju, l-annimali u l-prodotti jiġu identifikati b’numru tal-lott, li jippermetti li l-istadju preċedenti jintrabat ma’ dak li jmiss.
Rekords ta’ traċċabbiltà
PTMO (organizzazzjoni ta’ produzzjoni u monitoraġġ tekniku)
Reġistru tal-azjendi agrikoli
Noti ta’ kunsinna għall-flieles
Identifikazzjoni tal-azjenda agrikola
Erja tas-superfiċe tal-binjiet u l-mergħat assoċjati
Razez tal-flieles
Densità
Manifattura tal-għalf
Rekord tal-manifattura u l-kunsinna
Noti ta’ kunsinna u tikketti
Identifikazzjoni tal-manifattur tal-għalf
Rekord tad-dożaġġ tal-għalf
Identifikazzjoni tal-azjenda agrikola
Trobbija
Rekord tat-tnissil
Noti ta’ kunsinna għall-flieles
Noti ta’ kunsinna għall-għalf
Nota ta’ tneħħija parzjali
Identifikazzjoni tal-azjenda agrikola
Numru tas-CO (Ċertifikat tal-Oriġini)
Numru tal-binja
Data tal-istabbiliment;
Età tal-aċċess għall-mergħa
Razez tal-flieles
Densità
Għalf distribwit
Dettalji ta’ kuntatt tal-azjenda agrikola
Numru tal-binja
Ħin tas-sawm
Data tat-tneħħija
Ħin tat-tluq mill-azjenda agrikola
Ħin tal-wasla fil-biċċerija
Għadd ta’ pollam imneħħi
Dettalji ta’ kuntatt tal-biċċerija
Skarnar
Nota ta’ tneħħija parzjali
Rekord tal-iskarnar, skeda ta’ traċċar tal-lott tal-iskarnar
Dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-IĠP
Identifikazzjoni tal-biċċerija
Ħin tat-trasport
Numru tal-lott
Data tal-iskarnar
Għadd ta’ annimali ċċertifikati bl-IĠP skarnati, li tnaqqsilhom il-grad u li huma rreġistrati għal kull lott għal kull azjenda agrikola
Impjant tat-tqattigħ
Rekord tal-iskarnar, skeda ta’ traċċar tal-lott tal-iskarnar
Dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-IĠP
Identifikazzjoni tal-impjant tat-tqattigħ
Data tal-iskarnar
Data tat-tqattigħ
Kwantità mqattgħa u ċċertifikata bħala IĠP għal kull lott għal kull azjenda agrikola
Faċilità tal-iffriżar qawwi f’daqqa
Rekord tal-iskarnar, skeda ta’ traċċar tal-lott tal-iffriżar qawwi f’daqqa
Dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-IĠP
Identifikazzjoni tal-faċilità tal-iffriżar qawwi f’daqqa
Numru tal-lott
Data tal-iskarnar
Data tal-iffriżar qawwi f’daqqa
Għadd ta’ annimali ċċertifikati bħala IĠP iffriżati bil-qawwi f’daqqa għal kull lott għal kull azjenda agrikola
Faċilità tal-imballaġġ
Rekord tal-iskarnar, skeda ta’ traċċar tal-lott tal-imballaġġ
Dikjarazzjoni ta’ ċertifikazzjoni tal-IĠP
Identifikazzjoni tal-faċilità tal-imballaġġ
Data tal-iskarnar
Data tal-imballaġġ
Lott/Referenza tal-azjenda agrikola
Għadd ta’ annimali ċċertifikati bħala IĠP imballati għal kull lott għal kull azjenda agrikola
Id-dokumenti relatati mal-monitoraġġ u l-kontroll tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni jridu jinżammu għal mill-inqas 24 xahar. Dawn jistgħu jinkisbu f’forma fuq karta jew diġitali.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
7. |
Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni |
Deskrizzjoni
F’din it-taqsima żdiedu u ġew deskritti l-fenotipi għal kull speċi. Ir-razez huma magħrufa bħala varjetajiet robusti u li jikbru bil-mod.
Il-“Volailles de l’Ain” jitrabbew fil-beraħ. Ġew speċifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-mergħat.
Il-karatteristiċi tal-binjiet u l-arranġamenti tagħhom ġew deskritti fid-dettall. Ġew speċifikati l-erjas tas-superfiċe. L-erjas tas-superfiċe tal-binjiet huma akbar għall-ispeċijiet akbar (dundjani, wiżeż).
Il-valuri stabbiliti għad-densitajiet u għall-għadd massimi għal kull binja, l-erja minima tal-mergħat għal kull annimal u l-età massima għall-aċċess għall-mergħa ġew speċifikati u miżjudin għall-ispeċijiet il-ġodda.
Il-kompożizzjoni tal-mergħat tinkludi sisien ta’ sġajriet u erja msaġġra b’għadd minimu ta’ siġar skont l-erja tas-superfiċe tal-binja, fl-interessi tal-benesseri tal-annimali.
Is-siġar imħawlin u preżenti fuq il-mergħa huma primarjament speċijiet lokali, li jridu jirrappreżentaw mill-inqas 50 % tat-tħawwil.
Il-proporzjon ta’ ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali li jiffurmaw l-għalf matul il-perjodu tat-tismin tnaqqas.
Żdiedet il-preżenza minima ta’ mill-inqas żewġ tipi ta’ ċereali, inkluż il-qamħirrum.
Il-proporzjon massimu ta’ prodotti derivati miċ-ċereali fil-formula tal-għalf ġie limitat.
Żdiedet lista ta’ kategoriji permessi ta’ materja prima.
Il-kundizzjonijiet tat-trasport bejn il-faċilità tal-annimali u l-biċċerija ġew speċifikati f’termini ta’ durata u distanza. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu ħin minimu ta’ sawm fl-interessi tal-benesseri tal-annimali waqt it-trasport.
Żdiedu perjodu ta’ rkupru wara t-trasport u perjodu ta’ stennija qabel il-pollam jiġi skarnat fl-interessi tal-benesseri tal-annimali qabel l-iskarnar.
Subtaqsima addizzjonali
5.7.1. Karkassi sħaħ
Żdiedu rekwiżiti tas-separazzjoni u l-piż għall-karkassi.
Ġew speċifikati t-temperaturi wara t-tkessiħ.
Żdiedu rekwiżiti ta’ ġbir u ħżin tal-ġewwieni sabiex tiġi ppreżervata l-integrità tiegħu.
Subtaqsima addizzjonali
5.7.2. Qatgħat tal-prodott
Il-perjodu bejn l-iskarnar u t-tqattigħ ġie ristrett.
Ġew speċifikati l-karatteristiċi tal-qatgħat.
Subtaqsima addizzjonali
5.7.3. Iffriżar qawwi f’daqqa tal-prodotti
Żdiedu l-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ żmien għall-iffriżar qawwi f’daqqa għal prodotti xierqa għal dan il-metodu ta’ preżervazzjoni.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
8. |
Evidenza tar-rabta mal-ambjent ġeografiku |
Deskrizzjoni
Il-fatturi li jiġġustifikaw ir-rabta mal-ambjent ġeografiku nkitbu mill-ġdid kompletament, biex tkun tista’ ssir distinzjoni bejn il-karatteristiċi speċifiċi taż-żona ġeografika, il-prodott u r-rabta kawżali.
L-elementi bażiċi tar-rabta mal-ambjent ġeografiku ġew inklużi u ssupplimentati.
Dawn huma bbażati fuq it-tradizzjoni tat-trobbija tal-pollam b’saħħitha tar-reġjun, li tenfasizza l-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima, il-kultivazzjoni tal-qamħirrum u s-sistema ta’ kultivazzjoni mħallta/trobbija tal-annimali – fi kliem ieħor, il-fatturi umani li jsejsu din il-produzzjoni. Il-produzzjoni tibbaża fuq l-użu ta’ razez robusti u li jikbru bil-mod.
It-tradizzjoni gastronomika u r-reputazzjoni ta’ dan il-pollam ġew inklużi u deskritti fir-rabta kawżali.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
9. |
Korp ta’ spezzjoni |
Deskrizzjoni
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet responsabbli għall-ispezzjonijiet fil-livell nazzjonali issa huma pprovduti, jiġifieri l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO) u d-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Prevenzjoni tal-Frodi (DGCCRF). L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-INAO u fil-bażi tad-data tal-Kummissjoni Ewropea.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
10. |
Tikkettar |
Deskrizzjoni
Il-paragrafu kurrenti tħassar u ġie ssostitwit b’sentenza li tiddeskrivi l-elementi regolatorji obbligatorji speċifiċi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
|
11. |
Rekwiżiti nazzjonali |
Deskrizzjoni
Din it-taqsima hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella li turi l-punti ewlenin li jridu jiġu vverifikati u l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli
“Volailles de l’Ain”
Numru ta’ referenza tal-UE: PGI-FR-0146-AM01 — 21.4.2026
1. Isem/Ismijiet
“Volailles de l’Ain”
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☐ |
DOP |
|
☑ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
Franza
4. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu
4.1. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
02 – LAĦAM U ĠEWWIENI TAL-LAĦAM LI JITTIEKEL
4.2. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat
Il-“Volailles de l’Ain” huma kkaratterizzati minn:
|
— |
l-użu ta’ razez robusti u li jikbru bil-mod li jippermettu perjodu ta’ trobbija twil; |
|
— |
trobbija fil-beraħ b’aċċess għal mergħat bil-ħaxix u mdawrin bis-siġar; |
|
— |
għalf li jikkonsisti minn imqar 70 % ċereali fil-fażi tat-tismin. |
Il-“Volailles de l’Ain” għandhom konformazzjoni tajba, karkassa miksija tajjeb b’massa tal-muskolu distribwita sew fuq l-iskeletru kollu, u kopertura tax-xaħam ikkaratterizzata minn saff irqiq ta’ xaħam fuq is-sider, id-dahar u l-koxox.
Il-karkassi tal-Klassi A biss jinbiegħu bħala biċċiet sħaħ.
Il-klassifikazzjoni tal-qatgħat hija separata mill-klassifikazzjoni tal-karkassi sħaħ. Il-qatgħat jiġu minn karkassi li jista’ jkollhom difetti żgħar (li ma jikklassifikawx bħala A) iżda li jridu jikkonformaw mal-kriterji ta’ preżentazzjoni għall-Klassi A, filwaqt li jiġi rrispettat il-piż minimu tal-karkassi li jinbiegħu sħaħ.
Imrobbi għal mill-inqas 81 jum, jista’ jinbiegħ sħiħ jew f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa. Il-ġewwieni (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied) ukoll jinbiegħ frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa.
Huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 1,300 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 1,000 kg); |
|
— |
qatgħat; |
|
— |
ġewwieni (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied). |
Imrobbi għal mill-inqas 150 jum, il-ħasi jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa. Huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 2,900 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 2,500 kg); |
|
— |
qatgħat. |
Imrobbi għal mill-inqas 120 jum, it-tiġieġ tas-simna jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa. Huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 1,950 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 1,650 kg); |
|
— |
qatgħat. |
Imrobbi għal mill-inqas 94 jum, il-farawn jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa. Il-ġewwieni (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied) ukoll jinbiegħ frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa.
Huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 1,100 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 0,850 kg); |
|
— |
qatgħat; |
|
— |
ġewwieni (il-qalb, il-qanżħa u l-fwied). |
Imrobbi għal mill-inqas 150 jum, il-ħasi tal-farawn jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa. Huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 1,800 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 1,400 kg); |
|
— |
qatgħat. |
Imrobbi għal mill-inqas 140 jum, id-dundjan jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa u huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ b’atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 2,700 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 2,300 kg); |
|
— |
qatgħat. |
Il-wiżża titrabba għal mill-inqas 140 jum.
Jista’ jinbiegħ sħiħ, f’qatgħat, frisk jew iffriżat bil-qawwi f’daqqa u huwa disponibbli mhux imballat, imgeżwer f’kisja b’rita, ippakkjat f’vakwu jew f’imballaġġ ta’ atmosfera modifikata.
Il-preżentazzjonijiet differenti huma kif ġej:
|
— |
lest (piż minimu tal-karkassa ta’ 3,100 kg); |
|
— |
lest biex jissajjar (piż minimu tal-karkassa mnaddfa mingħajr il-ġewwieni ta’ 2,700 kg); |
|
— |
żvinat iżda mhux imnaddaf (piż minimu tal-karkassa 3,500 kg); |
|
— |
qatgħat. |
4.3. Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati ddeżinjati minn indikazzjoni ġeografika protetta biss)
L-għalf għall-“Volailles de l’Ain” jikkonsisti minn imqar 70 % ċereali u prodotti derivati miċ-ċereali matul il-perjodu tat-tismin (medja ppeżata mill-età ta’ 29 jum, ħlief għall-wiżeż fejn il-perjodu tat-tismin jibda fis-36 jum).
L-għalf irid ikun fih mill-inqas żewġ tipi ta’ ċereali, inkluż il-qamħirrum. Il-prodotti derivati miċ-ċereali ma jistgħux jirrappreżentaw aktar minn 15 % tal-formula totali.
4.4. Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita
Il-“Volailles de l’Ain” jitrabba esklużivament fiż-żona ġeografika tal-IĠP mill-mument li jasal f’età ta’ jum wieħed sad-data meta jitneħħa.
4.5. Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
—
4.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat
It-tikkettar irid jinkludi s-simbolu tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea fl-istess kamp viżiv tal-isem tal-IĠP.
5. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika
Iż-żona tikkonsisti fid-dipartimenti u fil-muniċipalitajiet li ġejin:
|
— |
id-Dipartiment kollu ta’ Ain; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Rhône: Albigny-sur-Saône, Alix, Ambérieux, Anse, Arnas, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Cailloux-sur-Fontaines, Cercié, Charentay, Charnay, Chassieu, Chazay-d’Azergues, Cogny, Colombier-Saugnieu, Corcelles-en-Beaujolais, Couzon-au-Mont-d’Or, Curis-au-Mont-d’Or, Décines-Charpieu, Denicé, Dracé, Fleurieu-sur-Saône, Fontaines-Saint-Martin, Fontaines-sur-Saône, Genas, Genay, Gleizé, Jonage, Jons, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Limas, Lozanne, Lucenay, Marcy, Meyzieu, Montanay, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Neuville-sur-Saône, Odenas, Le Perréon, Poleymieux-au-Mont-d’Or, Pommiers, Porte des Pierres Dorées, Pusignan, Quincieux, Rillieux-la-Pape, Rivolet, Rochetaillée-sur-Saône, Saint-Bonnet-de-Mure, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-au-Mont-d’Or, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Lager, Saint-Laurent-de-Mure, Saint-Romain-au-Mont-d’Or, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sathonay-Camp, Sathonay-Village, Taponas, Vaulx-en-Velin, Vaux-en-Beaujolais u Villefranche-sur-Saône; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Saône et Loire: Azé, Bantanges, Berzé-la-Ville, Bissy-la-Mâconnaise, Burgy, Bussières, Chaintré, Champagnat, Chânes, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, La Chapelle-Thècle, Charbonnières, Chardonnay, Chasselas, Chevagny-les-Chevrières, Clessé, Condal, Crêches-sur-Saône, Cruzille, Cuiseaux, Davayé, Dommartin-lès-Cuiseaux, Farges-lès-Mâcon, Flacey-en-Bresse, Fleurville, Frontenaud, Fuissé, Grevilly, Hurigny, Igé, Joudes, Lacrost, Laizé, Leynes, Lugny, Mâcon, Martailly-lès-Brancion, Ménetreuil, Milly-Lamartine, Le Miroir, Montbellet, Montpont-en-Bresse, Ozenay, Péronne, Préty, Prissé, Pruzilly, Ratenelle, La Roche-Vineuse, Romanèche-Thorins, Romenay, Royer, Saint-Albain, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vérand, Sainte-Croix, La Salle, Sancé, Senozan, Sologny, Solutré-Pouilly, Tournus, La Truchère, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Varennes-Saint-Sauveur, Vergisson, Verzé, Le Villars, Vinzelles u Viré; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Jura: Andelot-Morval, Arinthod, Aromas, Avignon-lès-Saint-Claude, Balanod, Bellecombe, La Boissière, Les Bouchoux, Broissia, Cernon, Chancia, Charchilla, Charnod, Chassal-Molinges, Châtel-de-Joux, Chevreaux, Choux, Coiserette, Condes, Cornod, Coyrière, Coyron, Crenans, Les Crozets, Coteaux-du-Lizon, Digna, Dramelay, Etival, Genod, Gigny, Graye-et-Charnay, Jeurre, Lajoux, Lamoura, Larrivoire, Lavancia-Epercy, Lect, Leschères, Les Trois Châteaux, Loisia, Maisod, Marigna-sur-Valouse, Martigna, Meussia, Moirans-en-Montagne, Montlainsia, Monnetay, Montagna-le-Reconduit, Montcusel, Montfleur, Montrevel, Les Moussières, Nanchez, La Pesse, Lavans-lès-Saint-Claude, La Rixouse, Rogna, Saint-Amour, Saint-Claude, Saint-Hymetière-sur-Valouse, Septmoncel Les Molunes, Thoirette-Coisia, Thoissia, Val d’Epy, Val Suran, Valzin en Petite Montagne, Vescles, Villard-Saint-Sauveur, Villards-d’Héria, Viry, Vosbles-Valfin u Vulvoz; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Isère: Les Abrets en Dauphiné, Annoisin-Chatelans, Anthon, Aoste, Arandon-Passins, Avenières-Veyrins-Thuellin, La Balme-les-Grottes, La Bâtie-Montgascon, Le Bouchage, Bouvesse-Quirieu, Brangues, Chamagnieu, Charette, Charvieu-Chavagneux, Chavanoz, Chimilin, Chozeau, Corbelin, Courtenay, Crémieu, Creys-Mépieu, Dizimieu, Frontonas, Granieu, Hières-sur-Amby, Janneyrias, Leyrieu, Montalieu-Vercieu, Moras, Morestel, Optevoz, Panossas, Parmilieu, Le Pont-de-Beauvoisin, Pont-de-Chéruy, Porcieu-Amblagnieu, Pressins, Romagnieu, Saint-Albin-de-Vaulserre, Saint-André-le-Gaz, Saint-Baudille-de-la-Tour, Saint-Hilaire-de-Brens, Saint-Jean-d’Avelanne, Saint-Martin-de-Vaulserre, Saint-Romain-de-Jalionas, Saint-Sorlin-de-Morestel, Saint-Victor-de-Morestel, Sermérieu, Siccieu-Saint-Julien-et-Carisieu, Soleymieu, Tignieu-Jameyzieu, Trept, Vasselin, Vénérieu, Vernas, Vertrieu, Veyssilieu, Vézeronce-Curtin, Villemoirieu u Villette-d’Anthon; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Savoie: Avressieux, La Balme, Billième, Champagneux, Chanaz, La Chapelle-Saint-Martin, Chindrieux, Conjux, Gerbaix, Jongieux, Loisieux, Lucey, Marcieux, Meyrieux-Trouet, Motz, Novalaise, Ontex, Rochefort, Ruffieux, Saint-Jean-de-Chevelu, Saint-Genix-les-Villages, Saint-Paul, Saint-Pierre-d’Alvey, Saint-Pierre-de-Curtille, Sainte-Marie-d’Alvey, Serrières-en-Chautagne, Traize, Verthemex, Vions u Yenne; |
|
— |
fid-Dipartiment ta’ Haute-Savoie: Archamps, Bassy, Beaumont, Bossey, Challonges, Chaumont, Chavannaz, Chêne-en-Semine, Chênex, Chessenaz, Chevrier, Chilly, Clarafond-Arcine (Clarafond), Clermont, Collonges-sous-Salève, Contamine-Sarzin, Desingy, Dingy-en-Vuache, Droisy, Eloise, Feigères, Franclens, Frangy, Jonzier-Epagny, Marlioz, Menthonnex-sous-Clermont, Minzier, Musièges, Neydens, Présilly, Saint-Germain-sur-Rhône, Saint-Julien-en-Genevois, Savigny, Seyssel, Usinens, Valleiry, Vanzy, Vers, Viry u Vulbens. |
6. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta kawżali mal-oriġini ġeografika hija bbażata fuq
|
☑ |
reputazzjoni |
|
☑ |
kwalità nominali |
|
☑ |
karatteristiċi oħra |
Sommarju tar-rabta
Ir-rabta mal-oriġini tal-“Volailles de l’Ain” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu u l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodott marbuta mal-għarfien prattiku ta’ min irabbi l-pollam.
Iż-żona ġeografika hija reġjun fejn hemm formazzjonijiet ġeoloġiċi differenti u tranżizzjoni.
Il-parti tal-Punent tinkludi r-reġjuni Bresse u Dombes, inkluż il-Côtière u parti mill-Val de Saône. Din tikkorrispondi għal wied tettoniku iffurmat matul il-perjodu Terzjarju waqt il-fażijiet ewlenin tal-oroġenija tal-Alpi. Aktar ’l isfel, lejn iċ-ċentru, hemm il-Bugey u l-parti tan-Nofsinhar tar-Revermont, li huma kkaratterizzati minn sensiela ta’ għoljiet. Il-Pays de Gex, fil-Grigal, huwa magħmul minn żona muntanjuża li taġixxi bħala barriera klimatika, li tilħaq altitudnijiet sa 1 720 metru, u żona tal-pjanura b’altitudni ta’ bejn 350 u 600 metru.
Il-pjanuri u l-qċaċet tal-Punent huma relattivament uniformi. Ix-xita tiżdied pjuttost b’mod kostanti mill-Punent għal-Lvant sal-ewwel inklinazzonijiet tal-muntanji Jura, Revermont, u Bugey, imbagħad tiżdied b’mod irregolari skont l-orjentazzjoni tal-inklinazzjonijiet u l-widien fil-Lvant. Is-sistemi li jġorru x-xita għandhom tendenza li jieqfu fil-muntanji fil-parti tal-Lvant tad-dipartiment u jibqgħu hemm, li jispjega l-fatt għaliex il-parti tal-Lvant tad-dipartiment ikollha aktar xita. B’mod simili, it-temperaturi huma ogħla u pjuttost konsistenti fil-Punent tad-dipartiment, u xi ftit aktar varjati fil-Lvant minħabba t-topografija.
Id-dipartiment għandu network idrografiku estensiv u folt. Hemm żewġ tipi distinti ta’ korsiji tal-ilma: ix-xmajriet tal-pjanura li jgħaddu minn fuq id-depożiti fluvjoglaċjali tal-pjanura Bresse u tal-quċċata Dombes, u x-xmajriet li jgħaddu minn fuq ir-riżalti b’tinjiet tal-Jura tan-Nofsinhar, magħrufa bħala Bugey.
B’riżultat ta’ dawn il-fatturi naturali, il-kultivazzjoni tal-qamħirrum hija komponent fundamentali tal-ekonomija u t-tradizzjoni agrikola ta’ Ain.
Id-dipartiment ta’ Ain, li jinsab f’salib it-toroq ta’ influwenzi klimatiċi varji (kontinentali, muntanjużi u Mediterranji), huwa kkaratterizzat minn:
|
— |
ħamrija fertili u varjata: il-pjanuri u l-widien, b’mod partikolari dawk tal-Bresse u l-Val de Saône, huma rikki fit-tafal alluvjali, ideali għat-tkabbir tal-qamħirrum; |
|
— |
klima moderata: is-sajf u l-ħarifa sħan u umdużi jħeġġu produzzjoni abbundanti tal-qamħirrum; |
|
— |
pajsaġġi diversi: l-ispazji miftuħa, li jinkludu mergħat u għelejjel taċ-ċereali, jipprovdu ambjent ideali għat-trobbija tal-pollam fil-beraħ. |
Il-produzzjoni tal-pollam għandha għeruq fondi fid-dipartiment ta’ Ain. Din tirrappreżenta kważi 20 % tal-produzzjoni tal-annimali fid-dipartiment. Il-vantaġġ tagħha huwa l-firxa diversa ta’ prodotti u speċijiet, u l-preżenza ta’ ktajjen tal-provvista ta’ kwalità għolja b’reputazzjoni b’saħħitha. Din id-diversità tirriżulta parzjalment minn domanda qawwija għall-produzzjoni lokali. Il-katina tal-provvista wkoll tibbenefika mill-preżenza tal-partijiet ikkonċernati kollha (fl-għażla, it-tifqis, il-gruppi tal-produtturi, il-fornituri tal-għalf, u l-iskarnar).
Hija tassew art ta’ tradizzjoni tat-trobbija tal-pollam. Fl-2015, it-trobbija tal-pollam kienet l-attività ewlenija ta’ 170 azjenda agrikola. Meta jitqies l-għadd ta’ persuni li jrabbu l-pollam, dan kien jirrappreżenta aktar minn 800 azjenda agrikola. Tradizzjonalment, kull azjenda agrikola fid-dipartiment ta’ Ain kellha binja tal-pollam biex tissupplimenta l-introjtu, u dan għadu l-każ fil-preżent għal bosta azjendi agrikoli, anke jekk it-trobbija tal-pollam ma hijiex l-attività ewlenija tagħhom.
Il-“Volailles de l’Ain” jitrabbew fil-beraħ minn età minima b’aċċess liberu għal mergħa bil-ħaxix u mdawra bis-siġar.
Ġejjin minn razez robusti u li jikbru bil-mod, li jiffavorixxu l-esplorazzjoni tal-mergħat.
Bis-saħħa ta’ dieta bbażata fuq kontenut għoli ta’ ċereali, il-“Volailles de l’Ain” għandhom il-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
konformazzjoni tajba; |
|
— |
karkassa miksija tajjeb b’massa tal-muskolu distribwita sew fuq l-iskeletru kollu, b’laħam sod. |
Il-“Volailles de l’Ain” jitrabbew fil-beraħ, f’konformità mal-għarfien prattiku tradizzjonali tal-azjendi agrikoli fiż-żona. Jingħalfu parzjalment bil-qamħirrum, skont it-tradizzjoni tat-trobbija. Imbagħad jinbiegħu fis-swieq. Dawn il-prattiki huma marbutin mill-qrib mal-karatteristiċi naturali tar-reġjun.
|
— |
Il-mergħat huma komuni ħafna f’Ain. Il-pollam għalhekk jitrabba tradizzjonalment fil-mergħat. |
|
— |
Iż-żona hija adattata sew għat-tkabbir taċ-ċereali u l-qamħirrum. Għalhekk, mill-inqas 70 % tal-għalf għall-“Volailles de l’Ain” jikkonsisti miċ-ċereali. Dan jinfluwenza l-kwalità tat-tismin (depożiti tax-xaħam ġol-muskoli). |
|
— |
L-għażla ta’ razez li jikbru bil-mod u età minima tal-iskarnar jipperpetwaw it-tradizzjoni tat-trobbija tar-reġjun: il-bdiewa jieħdu ż-żmien biex irabbu l-pollam tagħhom. Dan jiġi skarnat fi stadju fiżjoloġiku matur, il-muskoli tiegħu jkunu ħadu ż-żmien biex jiżviluppaw u jsiru bi strixxi ta’ xaħam. |
Dawn il-karatteristiċi jagħtu lill-“Volailles de l’Ain” reputazzjoni bħala pollam ta’ kwalità.
Eżaminazzjoni tal-arkivji tad-dipartiment tiżvela r-rabtiet fit-tul bejn it-trobbija tal-pollam u dan id-dipartiment. Pereżempju, dawn il-ftit sentenzi: “Dakinhar li telqu r-Rumani n-nies tant kienu kuntenti li, b’ringrazzjament għall-Markiż ta’ Treffort, il-Kunsill ivvota li għandu jingħata żewġ tużżani ħosjien imsemmna” — meħudin mir-reġistri muniċipali tal-belt żgħira ta’ Bourg-en-Bresse mit-12 ta’ Novembru 1591 — jixhdu t-tradizzjoni tat-trobbija tal-pollam tar-reġjun ta’ Ain.
Il-kultivazzjoni tal-qamħirrum ilha msejsa fi prattiki agrikoli lokali għal diversi sekli, u tinfluwenza direttament il-metodi tradizzjonali tat-trobbija tal-annimali.
Bħall-produzzjoni tal-pollam, il-konsum tal-pollam għandu għeruq fondi fid-dipartiment ta’ Ain.
Ain għandu tradizzjoni gastronomika b’saħħitha ffukata fuq il-pollam. “Ain huwa d-dipartiment ewlieni fl-arti tal-kċina fina. Għandu l-akbar għadd ta’ ristoranti li ngħataw stilel fil-gwida ta’ Michelin. F’kull villaġġ, żewġ jew tliet stabbilimenti żgħar eċċellenti joffru menù li jitqies lussuż xi mkien ieħor, iżda hawnhekk, jitqies pjuttost sempliċi.” - A Cognet - Marie-France Nru 339 - 1984 - L’Ain Gourmand.
Illum il-ġurnata, ma hemmx ristorant li ma joffrix varjetà ta’ platti tal-pollam imrobbi fil-beraħ:
|
— |
Koxxa tat-tiġieġa ta’ Ain imrobbija fil-beraħ mimlija bil-ħxejjex aromatiċi, bi krema tal-larinġ – Riċetta ta’ Nicolas Morelle, Voyage des Sens, Val Revermont; |
|
— |
Tiġieġa ta’ Ain imrobbija fil-beraħ biċ-ċkal – Riċetta ta’ la Table d’Augustine, Priay; |
|
— |
Tiġieġa ta’ Ain imrobbija fil-beraħ bil-faqqiegħ morkella – Riċetta ta’ Glycine, Neuville les Dames; |
|
— |
Tiġieġa ta’ Ain imrobbija fil-beraħ bil-wiċċ maħruq b’zalza tal-krema Etrez – Riċetta ta’ Stéphane Téjérina, Polliat. |
Dan jitgawda fil-forom kollha tiegħu: fil-forn, stuffat, mixwi, sħiħ jew f’biċċiet. Għalhekk hemm domanda lokali qawwija għal pollam ta’ kwalità, li hija ssodisfata mill-“Volailles de l’Ain”.
Referenza elettronika (URL) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://info.agriculture.gouv.fr/boagri/document_administratif-0300d171-9217-40a1-9f9c-72d46c08b339
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3753/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)