<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0300097301.case.xml"><NO.CASE>C-437/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0437</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-1003</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-1032</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>30</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20110303">3.3.2011</DATE> — KAWŻA C-437/09</LEFT><RIGHT>AG2R PRÉVOYANCE</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110303">3 ta’ Marzu 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-437/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mit-Tribunal de grande instance de Périgueux (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20091109">9 ta’ Novembru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">AG2R Prévoyance</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Beaudout Père et Fils SARL,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, J.-J. Kasel, A. Borg Barthet, E. Levits (Relatur) u M. Safjan, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-1004"?><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal AG2R Prévoyance, minn J. Barthélémy u O. Barraut, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Beaudout Père et Fils SARL, minn F. Uroz, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn J. Gstalter, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn J.-C. Halleux u C. Pochet, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u N. Graf Vitzthum, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Castillo de la Torre u P. J. O. Van Nuffel, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-1005"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20101111">11 ta’ Novembru 2010</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 81 KE u 82 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn AG2R Prévoyance (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>AG2R<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), istituzzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka rregolata mill-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali Franċiż, u Beaudout Père et Fils SARL (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Beaudout<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar ir-rifjut min-naħa ta’ din tal-aħħar milli taderixxi għall-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa amministrata minn AG2R għas-settur tal-furnara artiġjanali Franċiżi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fi Franza, l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa marbuta ma’ marda jew inċident sostnuti mill-impjegati huma parzjalment rimborsabbli taħt l-iskema bażika tas-sigurtà soċjali. Il-parti l-oħra tal-ispejjeż li tibqa’ dovuta mill-assigurat tista’ tkun suġġetta għal rimbors parzjali fl-ambitu ta’ assigurazzjoni supplimentari tas-saħħa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1006"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-affiljazzjoni tal-impjegati ta’ settur ta’ attività partikolari għal tali assigurazzjoni tista’ tiġi prevista permezz ta’ akkordju jew ftehim kollettiv konkluż mir-rappreżentanti tal-persuni li jimpjegaw u dawk tal-impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>B’dan il-mod, skont l-Artikolu L 911-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Sakemm dawn ma humiex stabbiliti minn liġijiet jew regolamenti, il-garanziji kollettivi li minnhom jibbenefikaw l-impjegati, l-ex impjegati u l-aventi kawża b’żieda ma’ dawk li jirriżultaw mill-organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali huma ddeterminati jew permezz ta’ ftehim jew akkordji kollettivi, jew permezz tar-ratifika mill-parti l-kbira tal-persuni kkonċernati ta’ abbozz ta’ ftehim propost mill-kap tal-impriża, jew permezz ta’ deċiżjoni unilaterali tal-kap tal-impriża kkonstatata f’kitba li huwa jibgħat lil kull persuna kkonċernata.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 912-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jirregola s-sistema ta’ affiljazzjoni obbligatorja fi skema ta’ rimbors supplimentari għall-kura tas-saħħa. Dan l-artikolu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Meta l-ftehim professjonali jew interprofessjonali msemmijin fl-Artikolu L. 911-1 jipprovdu għall-assigurazzjoni reċiproka tar-riskji li huma jkopru permezz ta’ organizzazzjoni jew diversi organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 89-1009, tal-<DATE ISO="19891231">31 ta’ Diċembru 1989</DATE>, illi jsaħħu l-garanziji mogħtija lill-persuni assigurati fil-konfront ta’ ċerti riskji jew ta’ istituzzjoni jew diversi istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu L. 370-1 tal-Kodiċi tal-Assigurazzjoni, li għalihom jaderixxu b’mod obbligatorju l-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-ftehim, dawn għandu jkollhom klawżola illi tistabbilixxi taħt liema kundizzjonijiet u f’liema żmien il-modalitajiet tal-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka tar-riskji jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid. Iż-żmien tal-eżami mill-ġdid ma jistax jeċċedi ħames snin.</P><?PAGE NO="I-1007"?><P>Meta l-ftehim hawn fuq imsemmija japplikaw għal impriża li, qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom, tkun aderixxiet jew iffirmat kuntratt ma’ organizzazzjoni differenti minn dik prevista mill-ftehim biex tiggarantixxi kontra l-istess riskji f’livell ekwivalenti, id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 132-23 tal-Kodiċi tax-Xogħol għandhom japplikaw.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 89-1009, tal-<DATE ISO="19891231">31 ta’ Diċembru 1989</DATE>, kif emendata bil-Liġi Nru 94-678, tat-<DATE ISO="19940808">8 ta’ Awwissu 1994</DATE> (JORF Nru 184 tal-<DATE ISO="19940810">10 ta’ Awwissu 1994</DATE>), l-attivitajiet ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jiġu implementati biss mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka rregolati mill-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jew il-Kodiċi Rurali, u l-kumpanniji ta’ assigurazzjoni reċiproka.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu L 931-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jispeċifika li l-istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka huma korpi privati mingħajr skop ta’ profitt, amministrati konġuntament minn membri aderenti u minn membri parteċipanti ddefiniti fl-Artikolu L 931-3 ta’ dan il-kodiċi. Huma għandhom, b’mod partikolari, l-għan li jkopru r-riskji ta’ danni fiżiċi marbuta mal-inċidenti u l-mard.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu L 932-9 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, l-istituzzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka fdata bl-amministrazzjoni ta’ skema ta’ assigurazzjoni reċiproka ma għandhiex il-possibbiltà li tissospendi l-garanziji jew li twaqqaf l-adeżjoni ta’ impriża għal din l-iskema minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet dovuti lil din l-istituzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu L 132-23 tal-Kodiċi tax-Xogħol, fil-każ fejn il-ftehim ta’ settur jew il-ftehim professjonali jew interprofessjonali jiġu applikati fl-impriża wara l-konklużjoni tal-ftehim innegozjati fis-seħħ, id-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehim għandhom konsegwentement jiġu adattati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1008"?><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu L 133-8 tal-Kodiċi tax-Xogħol jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Fuq talba ta’ waħda mill-organizzazzjonijiet previsti fl-Artikolu L. 133-1 jew fuq l-inizjattiva tal-Ministru responsabbli mix-xogħol, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehim ta’ settur jew ta’ akkordju professjonali jew interprofessjonali, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet partikolari stabbiliti mit-taqsima preċedenti, jistgħu jiġu reżi obbligatorji għall-impjegati u l-persuni li jimpjegaw kollha li jinsabu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi ftehim jew tal-imsemmi akkordju, permezz ta’ ordni tal-Ministru responsabbli mix-xogħol, wara opinjoni mmotivata tal-Kummissjoni nazzjonali tan-negozjati kollettivi previsti fl-Artikolu L. 136-1.</P><P>Kif jirċievi t-talba msemmija fil-paragrafu preċedenti, il-Ministru responsabbli mix-xogħol għandu, b’mod obbligatorju u mingħajr dewmien, jagħti bidu għall-proċedura tal-estensjoni.</P><P>L-estensjoni tal-effetti u tas-sanzjonijiet tal-ftehim jew tal-akkordju ssir għaż-żmien u taħt il-kundizzjonijiet previsti mill-imsemmi ftehim jew l-imsemmi akkordju.</P><P>Madankollu, il-Ministru responsabbli mix-xogħol jista’ jeskludi mill-estensjoni, wara opinjoni mmotivata tal-Kummissjoni nazzjonali tan-negozjati kollettivi, il-klawżoli li jmorru kontra t-testi leġiżlattivi jew regolamentari fis-seħħ u dawk li, filwaqt li jistgħu jitneħħew mill-ftehim jew mill-akkordju mingħajr tibdil strutturali, ma jirriflettux is-sitwazzjoni tas-settur jew tas-setturi fil-kamp ta’ applikazzjoni kkunsidrat. Taħt l-istess kundizzjonijiet, jistgħu jiġu estiżi, mingħajr ħsara għall-applikazzjoni tat-testi leġiżlattivi u regolamentari fis-seħħ, il-klawżoli li jkunu inkompleti fid-dawl ta’ dawn it-testi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-1009"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tal-addendum tal-<DATE ISO="20060424">24 ta’ April 2006</DATE> għall-Ftehim Kollettiv Nazzjonali tad-<DATE ISO="19780319">19 ta’ Marzu 1978</DATE>, dwar l-istabbiliment ta’ skema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-settur tal-furnara artiġjanali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>addendum Nru 83<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), is-sindakat tal-furnara li jimpjegaw u d-diversi sindakati tal-impjegati ta’ dan is-settur qablu dwar dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 1</HT></TI.ART><STI.ART>Kamp ta’ applikazzjoni</STI.ART><ALINEA>Dan l-addendum huwa applikabbli għall-impriżi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Kollettiv tal-impriżi artiġjanali tal-Furnara u tal-Furnara-Dolċiera.</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 2</HT></TI.ART><STI.ART>Adeżjoni – Affiljazzjoni</STI.ART><ALINEA><P>B’effett mid-data ta’ meta dan l-addendum jidħol fis-seħħ, l-impriżi għandhom jaffiljaw l-impjegati tagħhom f’organizzazzjoni tal-assigurazzjoni bl-iffirmar ta’ dokument ta’ affiljazzjoni speċifiku.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="I-1010"?><ARTICLE IDENTIFIER="003"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 3</HT></TI.ART><STI.ART>Benefiċjarji</STI.ART><ALINEA><P>Dan l-addendum jistabbilixxi skema <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura [tas-]saħħa<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> obbligatorja għall-benefiċċju tal-impjegati kollha li jaqgħu taħt l-impriżi previsti fl-Artikolu 1 ta’ dan l-addendum, li jkollhom anzjanità ta’ xahar fl-istess impriża.</P><P>Meta l-impjegat jilħaq l-anzjanità meħtieġa, huwa jkun jista’ jibbenefika mill-iskema b’mod retroattiv b’effett mid-data tad-dħul tiegħu fl-impriża.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><STI.ART>Garanziji</STI.ART><ALINEA><P>Il-garanziji ta’ din l-iskema huma stabbiliti fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tal-assigurazzjoni għall-mard fis-seħħ fiż-żmien tal-konklużjoni tagħha. Dawn jiġi riveduti, fejn applikabbli, mingħajr dewmien fil-każ ta’ bdil ta’ dawn it-testi.</P><?PAGE NO="I-1011"?><P>Huma koperti, l-atti u l-ispejjeż kollha illi jsiru waqt il-perijodu tal-garanzija li jkunu ġew suġġetti għal rimbors u skont individwalizzat taħt l-iskema bażika tas-Sigurtà Soċjali fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni dwar <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>mard<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>inċidenti waqt ix-xogħol/mard relatat max-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> u <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>maternità<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> kif ukoll l-atti u l-ispejjeż illi ma jaqgħux taħt din tal-aħħar, indikati espressament fit-tabella ta’ garanziji li tinsab fl-anness.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><STI.ART>Kontribuzzjoni u tqassim</STI.ART><ALINEA><P>Il-kontribuzzjoni tal-iskema <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> hija espressa permezz ta’ perċentwali tal-Massimu ta’ kull Xahar tas-Sigurtà Soċjali (MXSS).</P><P>Għas-sena 2007, il-perċentwali miżmuma mill-MXSS kien jammonta għal kontribuzzjoni ta’ EUR 40 għal kull impjegat u għal kull xahar għall-iskema ġenerali u ta’ EUR 32 għall-iskema Alsace-Moselle.</P><P>Din il-perċentwali ser tinżamm għas-sena 2008.</P><P>Wara t-tieni sena ta’ applikazzjoni tal-iskema, il-kontribuzzjoni għandha tiġi eżaminata mill-ġdid mill-partijiet firmatarji, fid-dawl tar-riżultati tal-iskema u tal-iżvilupp fl-ispejjeż tas-saħħa u fil-leġiżlazzjonijiet u r-regolamenti fiskali, soċjali, u fl-Assigurazzjoni għall-mard.</P><P>[...]</P><?PAGE NO="I-1012"?><P>Il-kontribuzzjoni għandha tinqasam fuq il-bażi ta’ 50 % għall-persuna li timpjega u 50 % għall-impjegat.</P><P>[...]</P><P>Il-kummissjoni konġunta għandha tiltaqa’ tal-inqas darba fis-sena sabiex teżamina r-riżultati tal-iskema kif ukoll kull statistika jew element dwar din l-iskema li hija tkun teħtieġ.</P></ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="013"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 13</HT></TI.ART><STI.ART>Ħatra tal-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni</STI.ART><ALINEA><P>AG2R Prévoyance […] hija maħtura bħala l-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni ta’ din l-iskema […]</P><P>Il-modalitajiet tal-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka tal-iskema għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid mill-Kummissjoni Nazzjonali Konġunta tas-settur […] fi żmien ħames snin dekorribbli mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-addendum.</P><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="I-1013"?><ARTICLE IDENTIFIER="014"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 14</HT></TI.ART><STI.ART>Klawżola ta’ migrazzjoni</STI.ART><ALINEA><P>L-adeżjoni tal-impriżi kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Kollettiv Nazzjonali tal-impriżi artiġjanali tal-Furnara u tal-Furnara-Dolċiera għall-iskema <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u l-affiljazzjoni tal-impjegati ta’ dawn l-impriżi fl-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni maħtura huma ta’ natura obbligatorja b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ speċifikata fl-Artikolu 16 ta’ dan l-addendum.</P><P>Għal dan il-għan, l-impriżi kkonċernati għandhom jirċievu kuntratt ta’ adeżjoni u dokumenti ta’ affiljazzjoni.</P><P>Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għall-impriżi li jkollhom kuntratt ta’ [kopertura] supplimentari [tal-ispejjeż tal-kura] tas-saħħa ma’ organizzazzjoni tal-assigurazzjoni oħra b’garanziji identiċi jew aħjar għal dawk iddefiniti f’dan l-addendum.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikolu 16 tiegħu, l-addendum Nru 83 daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1014"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-addendum Nru 1, tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, għall-addendum Nru 83 jipprevedi fl-Artikolu 1 tiegħu, b’mod partikolari, li l-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni għandha żżomm kopertura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa matul perijodu minimu ta’ tnax-il xahar għall-benefiċċju tal-persuni ggarantiti taħt il-polza ta’ assigurat li jmut, dekorribbli mid-data tal-mewt tiegħu, mingħajr il-korrispettiv tal-kontribuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-addendum Nru 5, tal-<DATE ISO="20090721">21 ta’ Lulju 2009</DATE>, għall-addendum Nru 83 jintroduċi l-Artikolu 4a intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Trasferibbiltà tad-drittijiet tal-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Dan l-Artikolu 4a huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Fil-każ ta’ waqfien jew tmiem tal-aħħar kuntratt tax-xogħol li ma jkunx ikkawżat minn nuqqas serju u li jagħti dritt ta’ kumpens mill-iskema obbligatorja tal-assigurazzjoni għan-nuqqas ta’ xogħol, l-impjegat għandu jibbenefika miż-żamma tal-garanziji tal-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa prevista mill-addendum Nru 83 […]</P><P>[…]</P><P>Iż-żamma tal-garanziji jkollha effett mill-għada tad-data tat-tmiem tal-kuntratt tax-xogħol bil-kundizzjoni li l-impriża tkun iddikjarat dan b’mod regolari lill-organizzazzjoni tal-assigurazzjoni maħtura.</P><P>Iż-żamma tal-garanziji għandha tapplika għal perijodu massimu ugwali għat-tul tal-aħħar kuntratt tax-xogħol tal-impjegat fl-impriża, evalwat f’xhur sħaħ, fil-limitu ta’ 9 xhur.</P><P>[…]</P><?PAGE NO="I-1015"?><P>Iż-żamma tal-garanziji fuq il-bażi tat-trasferibbiltà hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet tal-impriżi u tal-impjegati attivi […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-ordni tas-<DATE ISO="20061016">16 ta’ Ottubru 2006</DATE> li jestendi addendum għall-Ftehim Kollettiv Nazzjonali tal-impriżi artiġjanali tal-Furnara u l-Furnara-Dolċiera:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Huma obbligatorji, għal kull persuna li timpjega u għal kull impjegat li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim Kollettiv Nazzjonali tal-Furnara-Dolċiera (impriżi artiġjanali) tad-<DATE ISO="19760319">19 ta’ Marzu 1976</DATE>, id-dispożizzjonijiet tal-addendum Nru 83 […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-assigurazzjoni supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa, Beaudout hija affiljata, sa mill-<DATE ISO="20061010">10 ta’ Ottubru 2006</DATE>, ma’ kumpannija tal-assigurazzjoni li ma hijiex AG2R.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li rrifjutat li taderixxi għall-iskema amministrata minn din tal-aħħar, AG2R ressqet lill-Beaudout quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex din tal-aħħar tiġi ordnata tirregolarizza l-adeżjoni tagħha u tħallas il-kontribuzzjonijiet b’lura.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>B’mod inċidentali, il-konvenuta fil-kawża prinċipali kkontestat il-legalità tal-addendum Nru 83.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1016"?><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Wara li ċaħdet l-argumenti tagħha fir-rigward tal-kompatibbiltà ta’ dan l-addendum mad-dritt domestiku, il-qorti tar-rinviju ġiet kostretta tqabbel il-kwistjoni li kellha quddiemha mal-kawża li wasslet għas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Albany (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-67/96" PAGE.ECR="I-5751" YEAR="1999">C-67/96, Ġabra p. I-5751</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Għalhekk, din il-qorti kkonstatat li, b’mod kuntrarju għall-fond ta’ pensjoni inkwistjoni f’dik il-kawża, li fih l-affiljazzjoni kienet obbligatorja mingħajr ħsara għal eżenzjonijiet, l-iskema tal-assigurazzjoni supplimentari tal-kura tas-saħħa inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tipprovdi għal ebda eżenzjoni mill-affiljazzjoni, la fl-addendum Nru 83 u lanqas fl-Artikolu L 912-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, qies li s-soluzzjoni tal-kwistjoni li kellu quddiemu kienet teħtieġ l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, it-Tribunal de grande instance de Périgueux iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[L]-organizzazzjoni ta’ klawżola ta’ affiljazzjoni obbligatorja fi ħdan skema supplimentari tas-saħħa hekk kif prevista mill-Artikolu L 912-1 tal-Kodiċi tas-sigurtà soċjali, u l-klawżola magħmula obbligatorja mill-awtoritajiet pubbliċi, fuq talba tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema ta’ settur partikolari, li jipprovdu għall-affiljazzjoni fi ħdan organizzazzjoni waħda, magħżula sabiex tamministra skema supplimentari ta’ kura tas-saħħa, mingħajr ebda possibbiltà għall-impriżi tas-settur ikkonċernat li jiġu eżentati mill-affiljazzjoni, huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 81 KE u 82 KE jew huma ta’ natura li jagħtu lill-organizzazzjoni magħżula pożizzjoni dominanti li tammonta għal abbuż?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1017"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi enfasizzat li, minkejja li d-domanda tal-qorti tar-rinviju hija llimitata għal talba lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex din tinterpreta fid-dawl ta’ ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali l-Artikoli 81 KE u 82 KE, li llum huma l-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, li jikkonċernaw l-imġiba tal-impriżi, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-qorti qed tistaqsi, essenzjalment, jekk id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jrendu obbligatorju, fuq it-talba tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni li jimpjegaw u lill-impjegati ta’ settur ta’ attività partikolari, ftehim milħuq wara negozjati kollettivi li jipprevedi l-affiljazzjoni obbligatorja għal skema ta’ rimbors supplementari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa amministrata minn organizzazzjoni maħtura, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, huwiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi mfakkar li l-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li ma jintroduċux jew ma jżommux fis-seħħ miżuri, ta’ natura leġiżlattiva jew regolamentari, li jistgħu jeliminaw l-effett utli tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi (ara b’mod partikolari s-sentenzi Albany, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65; tal-<DATE ISO="19990921">21 ta’ Settembru 1999</DATE>, Brentjens’, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-115/97+C-116/97+C-117/97" PAGE.ECR="I-6025" YEAR="1999">C-115/97 sa C-117/97, Ġabra p. I-6025</REF.DOC.ECR>, punt 65, u Drijvende Bokken, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-219/97" PAGE.ECR="I-6121" YEAR="1999">C-219/97, Ġabra p. I-6121</REF.DOC.ECR>, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 106(1) TFUE, li qabel kien l-Artikolu 86(1) KE, l-Istati Membri, fir-rigward tal-impriżi pubbliċi u l-impriżi mogħtija drittijiet speċjali jew esklużivi, la għandhom jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli fit-trattati, b’mod partikolari għal dawk li hemm fl-Artikoli 18 TFUE u 101 TFUE sa 109 TFUE inklużi, mingħajr ħsara għall-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1018"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha l-funzjoni li tinterpreta d-dispożizzjonijiet kollha tad-dritt tal-Unjoni li l-qrati nazzjonali għandhom bżonn sabiex jiddeċiedu dwar il-kawża li jkollhom quddiemhom, anki jekk dawn id-dispożizzjonijiet ma jkunux espressament imsemmija fid-domandi li jsirulha minn dawn il-qrati (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20070308">8 ta’ Marzu 2007</DATE>, Campina, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-45/06" PAGE.ECR="I-2089" YEAR="2007">C-45/06, Ġabra p. I-2089</REF.DOC.ECR>, punt 31, kif ukoll tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, Kattner Stahlbau, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-350/07" PAGE.ECR="I-1513" YEAR="2009">C-350/07, Ġabra p. I-1513</REF.DOC.ECR>, punti 25 u 26).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex tingħata risposta utli għall-qorti tar-rinviju, għandu jiġi kkunsidrat li d-domanda mressqa minnha tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikoli 4(3) TUE u 106 TFUE, rispettivament.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din il-parti tad-domanda preliminari kif ifformulata mill-ġdid, għandu qabelxejn jiġi eżaminat jekk id-deċiżjoni tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-persuni li jimpjegaw u lill-impjegati ta’ settur professjonali li jaħtru organizzazzjoni responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa u li jitolbu lill-awtoritajiet pubbliċi li jrendu obbligatorja l-affiljazzjoni f’din l-iskema tal-impjegati kollha ta’ dan is-settur tistax taqa’ taħt il-kunċett ta’ ftehim bejn impriżi, ta’ deċiżjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew ta’ prattiki miftiehma li huma pprojbiti mill-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu, fl-ewwel lok, jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ftehim konklużi fil-kuntest ta’ negozjati kollettivi bejn l-imsieħba soċjali bl-iskop li l-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol jitjiebu għandhom jiġu kkunsidrati, minħabba n-natura u l-għan tagħhom, li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101(1) TFUE<?PAGE NO="I-1019"?> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 60; Brentjens’, punt 57; Drijvende Bokken, punt 47, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20000912">12 ta’ Settembru 2000</DATE>, Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/98+C-181/98+C-182/98+C-183/98+C-184/98" PAGE.ECR="I-6451" YEAR="2000">C-180/98 sa C-184/98, Ġabra p. I-6451</REF.DOC.ECR>, punt 67, kif ukoll tal-<DATE ISO="20000921">21 ta’ Settembru 2000</DATE>, van der Woude, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/98" PAGE.ECR="I-7111" YEAR="2000">C-222/98, Ġabra p. I-7111</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi eżaminat jekk in-natura u l-għan ta’ ftehim bħalma huwa dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġġustifikawx li dan jitneħħa mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta, minn naħa, li l-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġie konkluż fl-għamla ta’ addendum għal ftehim kollettiv u konsegwentement huwa riżultat ta’ negozjati kollettivi bejn l-organizzazzjoni li tirrappreżenta lill-persuni li jimpjegaw u dawk li jirrappreżentaw lill-impjegati tas-settur tal-furnara artiġjanali Franċiżi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tiegħu, min-naħa l-oħra, dan il-ftehim jistabbilixxi, f’settur partikolari, skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li tikkontribwixxi sabiex ikun hemm titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati mhux biss billi dawn jiġu ggarantiti l-mezzi neċessarji sabiex jiffaċċjaw l-ispejjeż marbuta ma’ marda, ma’ inċident tax-xogħol, ma’ marda professjonali jew ukoll mal-maternità, iżda wkoll billi jitnaqqsu l-ispejjeż li, fin-nuqqas ta’ ftehim kollettiv, kien ikollhom jiġu sostnuti mill-impjegati.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex kkonfutata mill-fatt li l-affiljazzjoni għal tali ftehim hija obbligatorja għall-impriżi kollha tas-settur ta’ attività partikolari ta’ Stat Membru, mingħajr il-possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-affiljazzjoni, b’mod kuntrarju għall-ftehim inkwistjoni fil-kawża prinċipali li wasslet għas-sentenza Albany, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1020"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħadetx inkunsiderazzjoni possibbiltajiet ta’ eżenzjoni mill-affiljazzjoni għall-imsemmi fond ta’ pensjoni inkwistjoni f’dik il-kawża fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 85(1) li llum huwa l-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-punti 26 u 27 tas-sentenza van der Woude, iċċitata iktar ’il fuq, jirriżulta li huwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE ftehim kollettiv dwar skema tal-assigurazzjoni għall-mard li jaħtar organizzazzjoni waħda għall-affiljazzjoni f’din l-iskema, bl-esklużjoni għalhekk ta’ kull possibbiltà ta’ affiljazzjoni ma’ organizzazzjonijiet kompetituri.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li ftehim bħalma huwa l-addendum Nru 83 ma jaqax, minħabba n-natura u l-għan tiegħu, taħt l-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li għalkemm huwa minnu li, fih innifsu, l-Artikolu 101 TFUE jikkonċerna biss l-imġiba tal-impriżi u ma jirrigwardax miżuri leġiżlattivi jew regolamentari tal-Istati Membri, xorta jibqa’ l-fatt li dan l-artikolu, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE, jimponi fuq l-Istati Membri li ma jiħdux jew li ma jżommux fis-seħħ miżuri, ta’ natura leġiżlattiva jew regolamentari, li jkunu jistgħu jeliminaw l-effett utli tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi. Dan ikun il-każ meta Stat Membru jimponi jew jiffavorixxi l-konklużjoni ta’ ftehim li jmorru kontra l-Artikolu 101 TFUE jew isaħħaħ l-effetti ta’ tali ftehim, kif ukoll meta jneħħi n-natura pubblika mir-regolamentazzjoni tiegħu billi jiddelega lill-operaturi privati r-responsabbiltà li jieħdu deċiżjonijiet ta’ intervent fil-qasam ekonomiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/96" PAGE.ECR="I-3851" YEAR="1998">C-35/96, Ġabra p. I-3851</REF.DOC.ECR>, punti 53 u 54; Corsica Ferries France, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/96" PAGE.ECR="I-3949" YEAR="1998">C-266/96, Ġabra p. I-3949</REF.DOC.ECR>, punti 35, 36 u 49, kif ukoll Albany, iċċitata iktar ’il fuq, punt 65).</TXT></NP><?PAGE NO="I-1021"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, sa fejn mill-punt 36 ta’ din is-sentenza jirriżulta li ftehim bħalma huwa l-addendum Nru 83 ma jaqax taħt l-Artikolu 101(1) TFUE, l-awtoritajiet pubbliċi huma liberi li jirrenduh obbligatorju għal persuni li ma humiex formalment marbuta bih (ara, bħala analoġija, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 66; Brentjens’, punt 66, u Drijvende Bokken, punt 56).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, għall-ewwel parti tad-domanda kif ifformulata mill-ġdid għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 101 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jrendu obbligatorju, fuq talba tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-persuni li jimpjegaw u lill-impjegati ta’ settur ta’ attività partikolari, ftehim milħuq wara negozjati kollettivi li jipprevedi l-affiljazzjoni obbligatorja fi skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-impriżi kollha fis-suq ikkonċernat, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 106 TFUE</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, għandu jiġi ddeterminat jekk istituzzjoni bħalma hija AG2R hijiex impriża fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1022"?><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li, fil-kuntest tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, il-kunċett ta’ impriża jinkludi kull entità li teżerċita attività ekonomika indipendentement mill-istatus legali ta’ din l-entità u l-mod ta’ finanzjament tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19910423">23 ta’ April 1991</DATE>, Höfner u Elser, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-41/90" PAGE.ECR="I-1979" YEAR="1991">C-41/90, Ġabra p. I-1979</REF.DOC.ECR>, punt 21, kif ukoll tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, ETI <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-280/06" PAGE.ECR="I-10893" YEAR="2007">C-280/06, Ġabra p. I-10893</REF.DOC.ECR>, punt 38.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li kull attività li tikkonsisti fil-provvista ta’ oġġetti jew servizzi f’suq partikolari tikkostitwixxi attività ekonomika (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<DATE ISO="20020122">22 ta’ Jannar 2002</DATE>, Cisal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-218/00" PAGE.ECR="I-691" YEAR="2002">C-218/00, Ġabra p. I-691</REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mill-Artikolu L 931-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jirriżulta li AG2R, bħala istituzzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka li taqa’ taħt dan il-kodiċi, hija korp privat li ma għandux l-għan li jagħmel profitti u li l-iskop tiegħu huwa dak li jkopri l-ħsarat fiżiċi marbuta mal-inċidenti u l-mard. B’dan il-mod, minn naħa, skont l-Artikolu L 932-9 ta’ dan l-istess kodiċi, tali istituzzjoni la tista’ tissospendi l-garanziji u lanqas ma tista’ twaqqaf l-adeżjoni ta’ impriża minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet minn impriża. Min-naħa l-oħra, jekk l-impriżi li jaqgħu taħt il-Ftehim Kollettiv Nazzjonali tal-impriżi artiġjanali tal-Furnara u tal-Furnara-Dolċiera huma obbligati jaderixxu għal skema amministrata minn AG2R, minn dan jirriżulta, b’mod korrelattiv, li AG2R hija obbligata, min-naħa tagħha, skont l-addendum Nru 83, tassigura lill-impjegati kollha ta’ dawn l-impriżi, indipendentement mir-riskju li għandu jiġi kopert, u dan inkambju għal rata waħda ta’ kontribuzzjoni, sostnuta b’mod ugwali mill-persuna li timpjega u l-impjegat, indipendentement mid-daqs tal-impriża jew mir-remunerazzjoni tal-impjegat assigurat.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, inkwantu tipprevedi protezzjoni soċjali supplimentari obbligatorja għall-impjegati kollha ta’ settur ekonomiku, skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha għan soċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1023"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, l-għan soċjali ta’ skema ta’ assigurazzjoni ma huwiex fih innifsu suffiċjenti sabiex jeskludi li l-attività kkonċernata tkun ikklassifikata bħala attività ekonomika (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 86; Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 118; Cisal, punt 37, u Kattner Stahlbau, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi eżaminat ukoll, minn naħa, jekk din l-iskema tistax tiġi kkunsidrata bħala li timplementa l-prinċipju ta’ solidarjetà u, min-naħa l-oħra, jekk din hijiex suġġetta għall-kontroll tal-Istat li stabbilixxiha, peress li dawn l-elementi huma tali li jeskludu n-natura ekonomika ta’ attività partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Kattner Stahlbau, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà, minn evalwazzjoni globali tal-iskema inkwistjoni fil-kawża prinċipali jirriżulta, fl-ewwel lok, li din hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet ta’ ammont fiss u li, għaldaqstant, ir-rata tagħhom ma hijiex proporzjonali għar-riskju assigurat.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tal-addendum Nru 83, il-kontribuzzjoni hija stabbilita fl-ammont uniformi ta’ EUR 40, sostnuta parzjalment mill-persuna li timpjega u parzjalment mill-impjegat.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għalhekk, din l-iskema ma tiħux inkunsiderazzjoni elementi bħalma huma l-età, l-istat ta’ saħħa jew ukoll ir-riskji partikolari inerenti għall-post tax-xogħol okkupat mill-impjegat assigurat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1024"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, in-natura tas-servizzi pprovduti minn AG2R kif ukoll il-portata tal-kopertura mogħtija ma humiex proporzjonali għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, is-servizzi huma, f’ċerti każijiet, mogħtija indipendentement mill-ħlas tal-kontribuzzjonijiet dovuti. Dan jirriżulta, qabelxejn, mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-addendum Nru 83 li jipprovdi li l-benefiċċju tal-iskema huwa rrikonoxxut b’mod retroattiv meta l-impjegat ikun laħaq l-anzjanità minima ta’ xahar meħtieġa għall-adeżjoni f’din l-iskema. Barra minn hekk, b’applikazzjoni tal-Artikolu 4a ta’ dan l-addendum, il-kopertura tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa hija, bħala regola ġenerali, miżmuma għal ċertu perijodu wara t-twaqqif tal-kuntratt tax-xogħol tal-assigurat. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 1 tal-addendum Nru 1, tas-<DATE ISO="20060906">6 ta’ Settembru 2006</DATE>, għall-addendum Nru 83 jipprevedi ż-żamma tal-imsemmija kopertura għall-benefiċċju ta’ persuni li jibbenefikaw mill-polza ta’ assigurat li jmut għal perijodu li jieħu sa mill-inqas tnax-il xahar mill-mewt tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi kollha, jidher li l-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali hija kkaratterizzata minn grad għoli ta’ solidarjetà.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq il-kontroll tal-Istat</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-klassifikazzjoni ta’ impriża li teżerċita attività ekonomika tapplikax għal organizzazzjoni bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandha tiġi analizzata l-portata tal-kontroll tal-modalitajiet ta’ funzjonament ta’ din l-iskema eżerċitata mill-Istat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1025"?><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, fl-ewwel lok, skont l-Artikolu L 911-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali, l-imsieħba soċjali għandhom il-fakultà li jiddeterminaw huma stess, permezz ta’ akkordji jew ftehim kollettivi, il-garanziji kollettivi li minnhom jibbenefikaw l-impjegati, l-ex impjegati u l-aventi kawża b’żieda ma’ dawk li jirriżultaw mill-organizzazzjoni tas-sigurtà soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikolu L 912-1 ta’ dan l-istess kodiċi jindika li dawn il-ftehim jinkludu klawżola li tistabbilixxi taħt liema kundizzjonijiet u kull meta l-modalitajiet ta’ organizzazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka tar-riskji jistgħu jiġu eżaminati mill-ġdid mill-imsieħba soċjali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, skont l-Artikolu L 133-8 tal-Kodiċi tax-Xogħol, huwa neċessarju li jkun hemm digriet ministerjali sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim isiru obbligatorji għall-impjegati u l-persuni li jimpjegaw li għalihom huma applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest regolatorju li l-funzjoni ta’ kontroll tal-modalitajiet ta’ funzjonament tal-iskema inkwistjoni fil-kawża prinċipali waqgħet fuq, taħt ċerti riżervi, ir-rappreżentanti tal-persuni li jimpjegaw u tal-impjegati tas-settur tal-furnara artiġjanali.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-addendum Nru 83 kien jirrikonoxxi rwol prinċipali lil dawn ir-rappreżentanti, inkwantu, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tiegħu, kummissjoni konġunta komposta b’mod ugwali mir-rappreżentanti tal-persuni li jimpjegaw u dawk tal-impjegati għandha l-kompitu li teżamina mill-ġdid, fi żmien ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan l-addendum, il-modalitajiet ta’ organizzazzjoni tal-assigurazzjoni reċiproka tal-iskema kkonċernata. Barra minn hekk, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 5 tal-imsemmi addendum jipprevedi li l-ammont ta’ kontribuzzjoni stabbilit minnu għandu jiġi eżaminat mill-ġdid mill-partijiet firmatarji wara t-tieni sena ta’ applikazzjoni tal-iskema. Dan l-istess artikolu jispeċifika li l-kummissjoni konġunta għandha, darba fis-sena, teżamina r-riżultati tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1026"?><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Madankollu, karatteristiċi oħra marbuta mal-ħatra ta’ AG2R bħala amministratur tal-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa jistgħu jwasslu sabiex jitqies li din l-organizzazzjoni għandha ċerta awtonomija.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, l-Artikolu L 911-1 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali jipprevedi li l-garanziji kollettivi supplimentari li minnhom jibbenefikaw l-impjegati jistgħu jiġu stabbiliti b’diversi modi. Il-mod tal-ftehim kollettiv huwa, f’dan il-kuntest, għażla tal-imsieħba soċjali, bl-għarfien li din id-dispożizzjoni tippermetti wkoll l-organizzazzjoni ta’ tali kopertura fil-livell ta’ impriża, u mhux f’settur professjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont l-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 89-1009, kif emendata bil-Liġi Nru 94-678, l-attivitajiet ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jiġu fdati mhux biss lil istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka iżda wkoll lil impriżi tal-assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dawn l-elementi jirriżulta li la hemm obbligu legali fuq l-imsieħba soċjali sabiex jaħtru lil AG2R sabiex tiżgura l-amministrazzjoni ta’ skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali u lanqas ma hemm obbligu legali fuq AG2R li tassumi fil-fatt l-amministrazzjoni ta’ tali skema.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, Beaudout issostni fl-osservazzjonijiet tagħha li hemm istituzzjonijiet ta’ assigurazzjoni reċiproka u kumpanniji tal-assigurazzjoni oħra li, qabel il-ħatra ta’ AG2R permezz tal-addendum Nru 83, kienu joffru servizzi essenzjalment identiċi għal dawk ipprovduti minn din l-organizzazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1027"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar, minn naħa, iċ-ċirkustanzi li fihom AG2R inħatret permezz tal-addendum Nru 83 u, min-naħa l-oħra, il-marġni ta’ negozjar li din l-organizzazzjoni seta’ jkollha fir-rigward tal-modalitajiet tal-impenn tagħha, u r-riperkussjoni ta’ dawn il-fatturi fuq il-mod ta’ funzjonament tal-iskema kkonċernata fl-intier tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi u ta’ dan il-marġni ta’ negozjar, li fil-każ ineżami hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, jista’ jiġi konkluż li, minkejja li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitti u taġixxi fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ solidarjetà, AG2R hija impriża li teżerċita attività ekonomika magħżula mill-imsieħba soċjali, fuq il-bażi ta’ kunsiderazzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi, minn fost impriżi oħra li magħhom hija tikkompeti fis-suq tas-servizzi ta’ assigurazzjoni reċiproka li hija toffri.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fir-rigward tal-applikabbiltà tal-Artikolu 106(2) TFUE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Sa fejn AG2R għandha tiġi kkunsidrata bħala impriża li teżerċita attività ekonomika, fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE, id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jrendu l-affiljazzjoni fi skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa obbligatorja għas-settur kollu tal-furnara artiġjanali Franċiżi, mingħajr ebda possibbiltà ta’ eżenzjoni, timplika neċessarjament l-għoti lil din l-organizzazzjoni tad-dritt esklużiv li tirċievi u tamministra l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni li jimpjegaw u mill-impjegati ta’ dan is-settur fil-kuntest ta’ din l-iskema. Għaldaqstant, tali organizzazzjoni tista’ tiġi kkunsidrat bħala impriża li għandha drittijiet esklużivi fis-sens tal-Artikolu 106(1) TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 90; Brentjens’, punt 90, u Drijvende Bokken, punt 80).</TXT></NP><?PAGE NO="I-1028"?><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li, minħabba dawn id-drittijiet esklużivi, l-impriżi tas-settur tal-furnara artiġjanali Franċiżi ma għandhomx il-possibbiltà li jissottoskrivu għal skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa amministrata minn organizzazzjoni oħra, AG2R għandha monopolju legali fuq parti sostanzjali mis-suq komuni u tista’ tiġi kkunsidrata li tokkupa pożizzjoni dominanti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE (ara, bħala analoġija, is-sentenza Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 126).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Madankollu, hija ġurisprudenza stabbilita li s-sempliċi fatt li tinħoloq pożizzjoni dominanti permezz tal-għoti ta’ drittijiet esklużivi skont it-tifsira tal-Artikolu 106(1) TFUE ma huwiex, fih innifsu, inkompatibbli mal-Artikolu 102 TFUE. Stat Membru jikser il-projbizzjonijiet ipprovduti minn dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet biss meta l-impriża inkwistjoni tiġi mwassla, bis-sempliċi eżerċizzju tad-drittijiet esklużivi li tkun ingħatat, tuża l-pożizzjoni dominanti tagħha b’mod abbużiv jew meta dawn id-drittijiet jistgħu joħolqu sitwazzjoni li fiha din l-impriża tiġi mwassla twettaq tali abbuż (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Höfner u Elser, punt 29; Albany, punt 93; Brentjens’, punt 93, kif ukoll Drijvende Bokken, punt 83).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ikun hemm prattika abbużiva kuntrarja għall-Artikolu 106(1) TFUE meta Stat Membru jagħti lil impriża dritt esklużiv li teżerċita ċerti attivitajiet u joħloq sitwazzjoni li fiha din l-impriża ma tkunx manifestament f’pożizzjoni li tissodisfa d-domanda li s-suq għal dan it-tip ta’ attività jippreżenta (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Höfner u Elser, punti 31, kif ukoll Pavlov <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 127).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rifjut ta’ Beaudout li taderixxi għall-iskema amministrata minn AG2R huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li impriżi tal-assigurazzjoni joffru garanziji superjuri għas-servizzi pprovduti minn AG2R.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1029"?><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi enfasizzat, minn naħa, li l-impossibbiltà għall-impriżi tas-settur tal-furnara artiġjanali Franċiżi li jirrikorru għand organizzazzjonijiet oħra sabiex jiksbu kopertura fil-qasam tar-rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa għall-benefiċċju tal-impjegati tagħhom kif ukoll ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta huma konsegwenza diretta tad-dritt esklużiv mogħti lil AG2R (ara, bħala analoġija, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 97; Brentjens’, punt 97, u Drijvende Bokken, punt 87).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 98 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jirriżultax la mill-proċess mibgħut mill-qorti tar-rinviju u lanqas mill-osservazzjonijiet mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li s-servizzi pprovduti minn AG2R ma jikkorrispondux għall-ħtiġijiet tal-impriżi kkonċernati.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi vverifikat ukoll jekk AG2R hijiex responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-punti 47 sa 52 ta’ din is-sentenza, skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik amministrata minn AG2R hija kkaratterizzata minn livell għoli ta’ solidarjetà. Fl-aħħar nett, l-addendum Nru 83 jimponi fuq AG2R restrizzjonijiet partikolari, b’mod partikolari finanzjarji, sabiex tiżgura l-perennità tal-kopertura mogħtija lill-assigurati.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Madankollu Beaudout issostni li l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu li jawtorizza eżenzjonijiet mill-affiljazzjoni ma jqegħidx f’periklu l-bilanċ finanzjarju tal-organizzazzjoni li tamministra l-iskema inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1030"?><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li mill-ġurisprudenza jirriżulta li ma huwiex neċessarju, sabiex il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE jkunu sodisfatti, li l-bilanċ finanzjarju jew il-vijabbiltà ekonomika tal-impriża responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali tkun mhedda. Huwa suffiċjenti li, fin-nuqqas tad-drittijiet esklużivi inkwistjoni, ikun hemm ostaklu għat-twettiq tal-funzjonijiet partikolari mogħtija lil din l-impriża, kif speċifikati mill-obbligi u r-restrizzjonijiet li jaqgħu fuqha, jew li ż-żamma ta’ dawn id-drittijiet tkun neċessarja sabiex id-detentur tagħhom ikun jista’ jwettaq il-funzjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali mogħtija lilu taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Albany, punt 107; Brentjens’, punt 107, u Drijvende Bokken, punt 97).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, fil-każ li titneħħa l-klawżola ta’ migrazzjoni u, bl-istess mod, id-dritt esklużiv ta’ AG2R li tamministra l-iskema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa għall-impriżi kollha tas-settur tal-furnara artiġjanali Franċiżi, din l-organizzazzjoni, filwaqt li hija obbligata, skont l-addendum Nru 83, li toffri kopertura lill-impjegati ta’ dawn l-impriżi taħt il-kundizzjonijiet iddefiniti mill-imsemmi addendum, tirriskja li tiġi kkonfrontata minn telf ta’ assigurati li jkollhom riskji limitati, billi dawn jirrikorru għand impriżi li joffru, fir-rigward tagħhom, garanziji komparabbli, jew aħjar, għal kontribuzzjonijiet inqas għolja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-parti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>riskji ħżiena<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> li dejjem tikber u li hija l-kompitu ta’ AG2R li tkopri, twassal għal żieda fl-ispiża tal-garanziji, b’tali mod li din l-organizzazzjoni ma tkunx tista’ tibqa’ tipproponi kopertura tal-istess kwalità bi prezz aċċettabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Dan ikun iktar il-każ meta jkun hemm skema li, bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tkun ikkaratterizzata minn livell għoli ta’ solidarjetà minħabba, b’mod partikolari, in-natura fissa tal-kontribuzzjonijiet u l-obbligu li taċċetta r-riskji kollha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-1031"?><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali restrizzjonijiet, li jrendu s-servizz mogħti mill-organizzazzjoni kkonċernata inqas kompetittiv minn servizz komparabbli pprovdut minn kumpanniji tal-assigurazzjoni li ma humiex suġġetti għal dawn ir-restrizzjonijiet, jikkontribwixxu għall-ġustifikazzjoni tad-dritt esklużiv ta’ din l-organizzazzjoni li tamministra tali skema, mingħajr il-possibbiltà ta’ eżenzjoni mill-affiljazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tneħħija ta’ klawżola ta’ migrazzjoni bħalma hija dik prevista mill-addendum Nru 83 tista’ twassal għal impossibbilità għall-organizzazzjoni kkonċernata milli twettaq il-funzjonijiet ta’ interess ekonomiku ġenerali mogħtija lilha taħt kundizzjonijiet ekonomikament aċċettabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Għalhekk, għat-tieni parti tad-domanda kif ifformulata mill-ġdid, għandha tingħata r-risposta li sa fejn l-attività li tikkonsisti fl-amministrazzjoni ta’ skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kklassifikata bħala ekonomika, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, l-Artikoli 102 TFUE u 106 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu lil organizzazzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka d-dritt esklużiv li tamministra din l-iskema, mingħajr ebda possibbilità għall-impriżi tas-settur ta’ attività kkonċernat li jiġu eżentati milli jaffiljaw f’din l-iskema.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-1032"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix id-deċiżjoni tal-awtoritajiet pubbliċi li jrendu obbligatorju, fuq talba tal-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-persuni li jimpjegaw u lill-impjegati ta’ settur ta’ attività partikolari, ftehim milħuq wara negozjati kollettivi li jipprevedi l-affiljazzjoni obbligatorja fi skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tal-impriżi kollha fis-suq ikkonċernat, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sa fejn l-attività li tikkonsisti fl-amministrazzjoni ta’ skema ta’ rimbors supplimentari tal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha tiġi kklassifikata bħala ekonomika, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika, l-Artikoli 102 TFUE u 106 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, fiċ-ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali, lill-awtoritajiet pubbliċi milli jagħtu lil organizzazzjoni ta’ assigurazzjoni reċiproka d-dritt esklużiv li tamministra din l-iskema, mingħajr ebda possibbiltà għall-impriżi tas-settur ta’ attività kkonċernat li jiġu eżentati milli jaffiljaw f’din l-iskema.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>