Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI I - TITOLU III - KOMPETENZI TA' L-UNJONI - Artikolu I-13
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0015 - 0016
Artikolu I-13 L-Oqsma ta' kompetenza esklużiva 1. L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fl-oqsma li ġejjin: a) l-unjoni doganali; b) l-istabbiliment tar-regoli tal-kompetizzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-suq intern; ċ) il-politika monetarja għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro; d) il-konservazzjoni ta' riżorsi bijoloġiċi tal-baħar skond il-politika komuni tas-sajd; e) il-politika kummerċjali komuni. 2. L-Unjoni għandha wkoll kompetenza esklużiva li tikkonkludi ftehim internazzjonali meta l-konklużjoni tiegħu tkun stipulata f'att leġislattiv ta' l-Unjoni, jew tkun meħtieġa sabiex l-Unjoni tkun tista' teżerċita l-kompetenza interna tagħha, jew safejn il-konklużjoni tiegħu tista' tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom. --------------------------------------------------