Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0817 - 0818
A. IL-KWALITÀ TA' L-ARJA 31994 L 0063: Id-Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta' l-emissjonijiet ta' komposti organiċi li jisvintaw (VOC) li joħorġu mill-ħażniet tal-petrol u fid-distribuzzjoni tiegħu minn terminali għal stazzjonijiet ta' servizz (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24). 1. B'deroga mill-Artikolu 3 u mill-Anness I tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għall-istallazzjonijet ta' ħażna eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fl-Estonja: - sal- 31 ta' Diċembru 2005 għall-installazzjonijiet ta' ħażna OÜ Tarkoil, Rakvere u OÜ Tarkoil, Haapsalu; - sal- 31 ta' Diċembru 2006 għall-installazzjoni ta' ħażna AS Tartu Terminaal, Kärkna, Tartu maakond. 2. B'deroga mill-Artikolu 4 u mill-Anness II tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija u l-ħatt ta' containers mobbli eżistenti f'terminali ma għandhomx japplikaw fl-Estonja: - sal- 31 ta' Diċembru 2005 għat-terminali OÜ Tarkoil f' Rakvere u OÜ Tarkoil f' Haapsalu; - sal- 31 ta' Diċembru 2006 għal AS Tartu Terminaal, Kärkna, Tartu maakond. 3. B'deroga mill-Artikolu 6 u mill-Anness III tad-Direttiva 94/63/KE, il-ħtiġiet għat-tagħbija fi stallazzjonijiet ta' ħażna eżistenti fi stazzjonijiet ta' servizz b'volum ta' anqas minn 1000m3 fis-sena ma għandhomx japplikaw fl-Estonja sal- 31 ta' Diċembru 2006. --------------------------------------------------