|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1046 |
28.5.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1046
tas-26 ta’ Mejju 2025
li tirrikonoxxi li r-rapport ippreżentat mill-Iżvezja skont l-Artikolu 31(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tax-xgħir, tal-ful, tal-lift, tas-segala, tat-tritikal, tal-qamħ u tal-piżelli sofor f’dak l-Istat Membru
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva (UE) 2018/2001 teżiġi li l-bijokarburanti, il-bijolikwidi, u l-karburanti mill-bijomassa jiffrankaw emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra meta mqabbla mal-karburanti fossili biex ikunu jistgħu jingħaddu ħalli jintlaħqu l-miri stabbiliti f’dik id-Direttiva. Għal dak il-għan, l-Artikolu 29(10) ta’ dik id-Direttiva jistabbilixxi limiti speċifiċi tal-iffrankar tal-emissjonijiet għal dawk il-karburanti, u l-Artikolu 31 jirregola kif irid jiġi kkalkulat l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tagħhom. Meta jsiru dawk il-kalkoli, jistgħu jintużaw il-valuri prestabbiliti fl-Annessi V u VI tad-Direttiva (UE) 2018/2001. Minflok il-valuri prestabbiliti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-materja prima agrikola, jistgħu jintużaw il-valuri tipiċi f’ċerti kundizzjonijiet. Dawk il-valuri tipiċi, li jirrappreżentaw il-valur medju f’żona speċifika, jistgħu jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri jew mill-pajjiżi terzi. Il-valuri tipiċi jistgħu jintużaw biss jekk il-Kummissjoni tirrikonoxxihom bħala preċiżi. |
|
(2) |
Fit-23 ta’ Jannar 2025, l-Iżvezja ppreżentat ir-rapport finali lill-Kummissjoni bid-data għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tax-xgħir, tal-ful, tal-lift, tas-segala, tat-tritikal, tal-qamħ u tal-piżelli sofor tipikament prodotti f’żoni fit-territorju tagħha kklassifikati bħala livell 2 fin-nomenklatura tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Ir-Renju tal-Iżvezja talab li d-data tiġi rikonoxxuta bħala preċiża f’konformità mal-Artikolu 31(4) tad-Direttiva (UE) 2018/2001. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni vvalutat ir-rapport u sabet li fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tax-xgħir, tal-ful, tal-lift, tas-segala, tat-tritikal, tal-qamħ u tal-piżelli sofor tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fl-Iżvezja. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sostenibbiltà tal-Bijokarburanti, il-Bijolikwidi u l-Karburanti mill-Bijomassa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rapport ippreżentat mill-Iżvezja fit-23 ta’ Jannar 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni fih data preċiża għall-finijiet tal-kejl tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-kultivazzjoni tax-xgħir, tal-ful, tal-lift, tas-segala, tat-tritikal, tal-qamħ u tal-piżelli sofor tipikament prodotti fir-reġjuni NUTS 2 fl-Iżvezja. Is-sommarju tad-data tar-rapport hu stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Jekk id-data li hemm fir-rapport, kif ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2025 għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni, tinbidel b’mod li jaf jaffettwa l-akkuratezza tad-data u b’hekk il-bażi ta’ din id-Deċiżjoni, l-Iżvezja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni b’dawn il-bidliet minnufih. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-bidliet notifikati biex tiddetermina jekk ir-rapport għadux jipprovdi d-data preċiża li għaliha hu rikonoxxut.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandha tieqaf tapplika fis-17 ta’ Ġunju 2030.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/2001/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1059/oj).
ANNESS
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tax-xgħir fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ xgħir maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
164 |
20 |
84 |
17 |
0 (*1) |
50 |
14 |
349 |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
174 |
18 |
79 |
7 |
0 (*1) |
43 |
12 |
332 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
173 |
24 |
42 |
7 |
0 (*1) |
38 |
12 |
296 |
|
SE22 |
Sydsverige |
151 |
17 |
71 |
3 |
0 (*1) |
28 |
9 |
277 |
|
SE23 |
Västsverige |
175 |
22 |
73 |
11 |
0 (*1) |
34 |
10 |
325 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
201 |
31 |
60 |
12 |
0 (*1) |
47 |
15 |
367 |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
262 |
45 |
43 |
8 |
0 (*1) |
58 |
20 |
434 |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-ful fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ ful maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
99 |
6 |
1 |
9 |
0 (*2) |
49 |
21 |
184 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
158 |
21 |
11 |
4 |
0 (*2) |
35 |
18 |
247 |
|
SE22 |
Sydsverige |
91 |
8 |
7 |
4 |
0 (*2) |
32 |
17 |
160 |
|
SE23 |
Västsverige |
94 |
7 |
5 |
20 |
0 |
38 |
19 |
183 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
72 |
8 |
6 |
11 |
0 (*2) |
48 |
23 |
168 |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-lift fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ lift maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
290 |
33 |
171 |
36 |
0 (*3) |
58 |
1 |
588 |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
295 |
38 |
147 |
14 |
0 (*3) |
52 |
1 |
546 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
320 |
43 |
155 |
20 |
0 (*3) |
41 |
1 |
580 |
|
SE22 |
Sydsverige |
325 |
41 |
179 |
5 |
0 (*3) |
40 |
1 |
590 |
|
SE23 |
Västsverige |
335 |
42 |
192 |
39 |
0 (*3) |
43 |
1 |
652 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tas-segala fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ segala maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
111 |
19 |
18 |
2 |
0 (*4) |
38 |
8 |
197 |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
107 |
14 |
49 |
1 |
0 (*4) |
32 |
7 |
210 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
129 |
19 |
50 |
7 |
0 (*4) |
30 |
8 |
242 |
|
SE22 |
Sydsverige |
110 |
13 |
59 |
2 |
0 (*4) |
24 |
6 |
214 |
|
SE23 |
Västsverige |
132 |
18 |
67 |
15 |
0 (*4) |
29 |
7 |
267 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
157 |
20 |
89 |
19 |
0 (*4) |
34 |
8 |
328 |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tat-tritikal fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ tritikal maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
156 |
21 |
76 |
2 |
0 (*5) |
34 |
10 |
298 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
166 |
26 |
61 |
5 |
0 (*5) |
31 |
10 |
299 |
|
SE22 |
Sydsverige |
175 |
25 |
80 |
4 |
0 (*5) |
28 |
10 |
322 |
|
SE23 |
Västsverige |
150 |
22 |
63 |
10 |
0 (*5) |
26 |
9 |
280 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-qamħ fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ qamħ maħsud fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
169 |
21 |
112 |
24 |
0 (*6) |
33 |
10 |
368 |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
150 |
19 |
92 |
9 |
0 (*6) |
30 |
9 |
309 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
138 |
19 |
73 |
8 |
0 (*6) |
26 |
9 |
272 |
|
SE22 |
Sydsverige |
141 |
17 |
91 |
2 |
0 (*6) |
22 |
7 |
281 |
|
SE23 |
Västsverige |
166 |
22 |
105 |
22 |
0 (*6) |
26 |
8 |
348 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
159 |
22 |
90 |
19 |
0 (*6) |
31 |
10 |
330 |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
Emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-kultivazzjoni tal-piżelli sofor fl-Iżvezja għar-reġjuni NUTS-2 (kg CO2eq/t ta’ piżelli sofor maħsuda fuq il-bażi tal-materja niexfa)
|
Ir-reġjun NUTS 2 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 |
N2O fil-ħamrija |
Integrat |
Użu tal-fjuwil |
Żerriegħa |
Total |
||||
|
Dirett |
Indirett |
Fertilizzant |
Newtralizzazzjoni |
Pestiċida |
|
|
|
||
|
SE11 |
Stokkolma |
72 |
6 |
10 |
9 |
0 (*7) |
52 |
23 |
172 |
|
SE12 |
Östra Mellansverige |
101 |
7 |
3 |
8 |
0 (*7) |
46 |
20 |
185 |
|
SE21 |
Småland med öarna |
113 |
11 |
9 |
2 |
0 (*7) |
31 |
17 |
182 |
|
SE22 |
Sydsverige |
97 |
10 |
7 |
4 |
0 (*7) |
30 |
16 |
165 |
|
SE23 |
Västsverige |
102 |
9 |
6 |
20 |
0 (*7) |
38 |
20 |
194 |
|
SE31 |
Norra Mellansverige |
68 |
6 |
9 |
12 |
0 (*7) |
53 |
27 |
174 |
|
SE32 |
Mellersta Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
|
SE33 |
Övre Norrland |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
- |
(*1) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*2) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*3) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*4) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*5) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*6) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
(*7) L-emissjonijiet tal-pestiċidi huma integrati fl-emissjonijiet tal-fertilizzanti.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1046/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)