|
15.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 11/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-10 ta’ Diċembru 2007
dwar il-ħatra ta' membru Taljan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2008/42/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/524/KE, Euratom tal-11 ta’ Lulju 2006 li taħtar membri Ċeki, Ġermaniżi, Estoni, Spanjoli, Franċiżi, Taljani, Latvjani, Litwani, Lussemburgiżi, Ungeriżi, Maltin, Awstrijaċi, Sloveni u Slovakki fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Taljan,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,
Billi, konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Paolo BEDONI, sar vakanti post ta' membru Taljan fil-Kumitat,
IDDEĊIEDA:
Artikolu 1
Is-Sur Maurizio REALE huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sabiex jissostitwixxi lis-Sur Paolo BEDONI għall-bqija tal-perjodu tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta' Settembru 2010.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
L. AMADO