|
2.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 404/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1811
tal-1 ta’ Diċembru 2020
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 684/2009 fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-operaturi ekonomiċi fl-Irlanda ta’ Fuq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 131 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (1),
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 29(1),
Billi:
|
(1) |
Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020 abbażi tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”). |
|
(2) |
L-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi perjodu ta’ tranżizzjoni li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Sa dik id-data, il-liġi tal-Unjoni tapplika fl-intier tagħha għar-Renju Unit u fih. |
|
(3) |
Fit-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni, ir-regoli tal-Unjoni dwar id-dazji tas-sisa ma jibqgħux japplikaw aktar għar-Renju Unit. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li jifforma parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-regoli tal-Unjoni dwar id-dazji tas-sisa se jkomplu japplikaw fl-Irlanda ta’ Fuq (3) wara l-perjodu tat-tranżizzjoni fir-rigward tal-merkanzija, biex jiġi evitat li jkun hemm fruntiera fiżika bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 (4), kull Stat Membru għandu jżomm bażi tad-data elettronika li jkun fiha reġistru tal-operaturi ekonomiċi (magazzinieri awtorizzati, destinatarji rreġistrati, u spedituri rreġistrati) skont it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/118/KE. Fir-rigward tal-kodiċi tal-pajjiż b’żewġ ittri, l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 (5), jirregola l-istruttura tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-kummerċjanti li jindika li n-Numru tas-Sisa tal-Kummerċjant huwa magħmul minn żewġ oqsma. L-ewwel wieħed huwa l-kodiċi alfabetiku tal-pajjiż li huwa l-Identifikatur tal-Istat Membru fejn huwa rreġistrat l-operatur ekonomiku jew il-maħżen tat-taxxa. Dan il-kodiċi huwa meħud mil-lista tal-kodiċijiet 3 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 (6). Barra minn hekk, il-proċeduri huma bbażati fuq il-kompjuter u appoġġati minn sistemi tal-IT pan-Ewropej imsejħa is-Sistema tal-Movimenti u tal-Kontrolli ta’ Prodotti soġġetti għas-Sisa (EMCS) għall-kontroll tal-movimenti, u s-Sistema għall-Iskambju ta’ Data dwar is-Sisa (SEED) għar-reġistrazzjoni tal-operaturi ekonomiċi tas-sisa. |
|
(5) |
Il-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa bejn l-Unjoni u l-Irlanda ta’ Fuq se jiġi ttrattat bħala movimenti intra-Unjoni. Konsegwentement, għall-operaturi ekonomiċi stabbiliti fl-Irlanda ta’ Fuq li biħsiebhom iċaqilqu oġġetti soġġetti għas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju lejn u mill-Istati Membri, jeħtieġ li jkunu rreġistrati u awtorizzati fis-SEED kif ukoll li jużaw il-proċeduri tas-sisa tal-Unjoni u l-EMCS. Il-kodiċijiet tal-Istati Membri u l-Kodiċijiet tal-Pajjiżi huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 684/2009 b’referenza għall-kodiċi Alpha 2 tal-ISO (ISO 3166). Filwaqt li l-operaturi ekonomiċi tar-Renju Unit jużaw il-kodiċi “GB”, l-Irlanda ta’ Fuq ma għandha l-ebda kodiċi speċifiku taħt din is-sistema. Peress li l-ISO jipprevedi l-possibbiltà għall-użu tal-kodiċijiet X għat-territorji li ma għandhomx kodiċi speċifiku, u għal raġunijiet ta’ allinjament mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 (7), huwa xieraq li jintuża l-kodiċi “XI” biex issir distinzjoni tal-operaturi ekonomiċi fl-Irlanda ta’ Fuq li jwettqu l-moviment ta’ oġġetti soġġetti għas-sisa. |
|
(6) |
Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 684/2009 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar id-Dazji tas-Sisa, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 684/2009 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
fl-Anness I, it-Tabella 1, il-punt 17.2, il-Kaxxa tal-linja c, il-kolonna F, hija sostitwita b’dan li ġej: “Ipprovdi Kodiċijiet tal-Pajjiż differenti minn dak tal-Kodiċi tal-Pajjiżi tal-Istati Membri.” |
|
(b) |
l-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Soġġett li jingħata l-kunsens demokratiku msemmi fl-Artikolu 18 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, biex ikompli japplika l-Artikolu 8 tiegħu.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2073/2004 (ĠU L 121, 8.5.2012, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 612/2013 tal-25 ta’ Ġunju 2013 dwar l-operazzjoni tar-reġistru ta’ operaturi ekonomiċi u mħażen tat-taxxa, statistika relatata u rappurtar skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 389/2012 dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tad-dazji tas-sisa (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 9).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 684/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward tal-proċeduri kompjuterizzati għall-moviment ta’ prodotti tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 24).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1470 tat-12 ta’ Ottubru 2020 dwar in-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji għall-istatistika Ewropea dwar il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija u dwar it-tqassim ġeografiku għal statistika oħra tan-negozju (ĠU L 334, 13.10.2020, p. 2).