12006E301

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Is-Sitt parti - Disposizzjonijiet ġenerali u finali - Artikolu 301

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0177 - 0177
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0152 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0299 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0078 - Consolidated version


Artikolu 301

Meta jkun hemm, f’posizzjoni komuni jew azzjoni konġunta adottata skond il-provvedimenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-politika komuni barranija u ta’ sigurtà, provvedimenti għal xi azzjoni mill-Komunità biex tinterrompi jew tnaqqas, parzjalment jew kompletament, ir-relazzjonijiet ekonomiċi ma' xi pajjiż terz wieħed jew iktar, il-Kunsill għandu jieħu l-miżuri urġenti neċessarji. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

--------------------------------------------------