European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4849

27.8.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12139 – CVC / PAG / AUSTRALIAN VENUE CO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4849)

1.   

Fit-18 ta’ Awwissu 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey)

—

PAGAC IV-I Pte. Ltd. (“PAGAC”, Singapore), ikkontrollata minn PAG (il-Gżejjer Cayman),

—

Australian Venue Co Limited (“AVC”, l-Awstralja).

CVC plc u PAG se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ AVC.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

CVC plc hija kumpanija pubblika b’responsabbiltà limitata li l-ishma tagħha huma kkwotati u ammessi għall-kummerċ fil-Borża Euronext Amsterdam. CVC plc, u xi wħud mis-sussidjarji tagħha minn żmien għal żmien, jipprovdu pariri dwar l-investiment lil u/jew jiġġestixxu investimenti f’isem ċerti fondi u mezzi ta’ investiment li għandhom interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ industriji madwar id-dinja, inkluż fis-servizzi finanzjarji, fil-kimiċi, fl-utilitajiet, fil-manifattura, fil-bejgħ bl-imnut u fid-distribuzzjoni, fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fir-reġjun Asja-Paċifiku,

—

PAGAC hija kumpannija privata b’responsabbiltà limitata, li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn PAG. PAG hija ditta ta’ investiment Asjatika li timmaniġġja diversi klassijiet ta’ assi, inklużi l-ekwità privata, id-dejn privat, il-proprjetà immobbli u l-fondi spekulattivi.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ AVC huma li ġejjin: AVC huwa grupp ta’ ospitalità bil-kwartieri ġenerali f’Melbourne, l-Awstralja, li jopera aktar minn 240 pubs, bars, ristoranti, u postijiet tal-avvenimenti madwar l-Awstralja u New Zealand.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12139 — CVC / PAG / AUSTRALIAN VENUE CO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4849/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)