2.7.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8883 — PPF Group/Telenor Target Companies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 230/07)

1.   

Fit-22 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PPF Group N.V. (“PPF”, in-Netherlands);

—

Telenor Bulgaria EAD (il-Bulgarija),

—

Telenor Magyarország Zrt (l-Ungerija),

—

Telenor Real Estate Hungary Zrt (l-Ungerija),

—

Telenor Common Operation Zrt (l-Ungerija),

—

Telenor d.o.o. Podgorica (il-Montenegro),

—

Telenor d.o.o. Beograd (is-Serbja), flimkien “il-Kumpaniji fil-Mira”.

PPF takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Kumpaniji fil-Mira kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PPF huwa grupp multinazzjonali kbira b’rabta mal-finanzi u l-investiment li jiffoka fuq is-servizzi finanzjarji, il-finanzi tal-konsumatur, it-telekomunikazzjonijiet, il-bijoteknoloġija, is-servizzi bl-imnut, il-proprjetà immobbli u l-agrikoltura.

—

Il-Kumpaniji fil-Mira huma prinċipalment attivi fit-telekomunikazzjonijiet, jaġixxu bħala operaturi tal-mobile fil-pajjiżi rispettivi tal-inkorporazzjoni tagħhom li għaliha huma għandhom il-liċenzji meħtieġa tat-telekomunikazzjonijiet.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8883 — PPF Group/Telenor Target Companies

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).