European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2244

5.11.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2025/2244

tal-4 ta’ Novembru 2025

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1173 (EUNAFVOR ATALANTA/3/2025)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, li tipprevedi operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA).

(2)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għal EUNAVFOR ATALANTA (il-“Kmandant tal-Forza tal-UE”).

(3)

Fl-10 ta’ Ġunju 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1173 (2) li taħtar lill-Kontrammirall Francisco Javier Vázquez Sanz bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(4)

Fl-14 ta’ Ottubru 2025, l-awtoritajiet militari Portugiżi pproponew il-ħatra tal-Komodor João Pedro MONTEIRO DA SILVA biex jieħu post il-Kontrammirall Francisco Javier Vázquez Sanz bħala Kmandant tal-Forza tal-UE mis-7 ta’ Novembru 2025 (il-“ħatra proposta”).

(5)

Fis-16 ta’ Ottubru 2025, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE ta’ EUNAVFOR ATALANTA appoġġa l-ħatra proposta.

(6)

Fl-20 ta’ Ottubru 2025, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa l-ħatra proposta u qabel li l-Komodor João Pedro MONTEIRO DA SILVA jinħatar bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(7)

Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tal-Komodor João Pedro MONTEIRO DA SILVA bħala Kmandant tal-Forza tal-UE.

(8)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2025/1173 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komodor João Pedro MONTEIRO DA SILVA huwa maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) mis-7 ta’ Novembru 2025.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2025/1173 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Novembru 2025.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2025.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/851/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/1173 tal-10 ta’ Ġunju 2025 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA), u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2025/365 (EUNAVFOR ATALANTA/2/2025) (ĠU L, 2025/1173, 11.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1173/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2244/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)