52013JC0021

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja /* JOIN/2013/021 final - 2013/0199 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011 Id-Deċiżjoni 2011/782/PESK tħassret u ġiet sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK.

(2) Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet.

(3) Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(4) Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni 2013/255/PESK,

(5) Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jipproponu li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 skont dan.

2013/0199 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 tat-18 ta’ Jannar 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja[1] daħħal fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK tal-1 ta' Diċembru 2011[2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK[3] tad-29 ta' Novembru 2012 ħassret u ssostitwit id-Deċiżjoni 2011/782/PESK.

(2)       Fl-1 ta' Ġunju 2013 id-Deċiżjoni 2012/739/PESK skadiet.

(3)       Fil-31 ta' Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK[4] dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja.

(4)       Id-Deċiżjoni 2013/255/PESK titlob għal miżuri li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b'mod partikolari bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-UE għall-implimentazzjoni tagħhom.

(5)       Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 36/2012 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 2 huwa mħassar.

(2) L-Artikolu 2 a huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2a

1.      Huwa pprojbit:

(a)     il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, diretta jew indiretta, ta’ tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta’ prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna, kif elenkat fl-Anness IA, kemm jekk joriġinaw mill-Unjoni kif ukoll jekk le, fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għall-użu fis-Sirja;

(b)     il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).

2.      B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, awtorizzazzjoni għal tranżazzjoni fir-rigward ta' tagħmir, prodotti jew teknoloġija kif elenkati fl-Anness IA, kemm-il darba t-tagħmir, il-prodotti jew it-teknoloġija jkunu għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn, jew għall-benefiċċju tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.”

(3) Fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2c, il-kliem “pprojbit bl-Artikoli 2 u 2a ta' dan ir-Regolament” se jiġu sostitwiti b'dan:

“pprojbit bl-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament”

(4) L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"1.     Huwa pprojbit:

(a) l-għoti, dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir, merkanzija jew teknoloġija li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna jew għall-manifattura u l-manutenzjoni ta’ prodotti li jistgħu jintużaw għal repressjoni interna kif elenkati fl-Anness IA, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(b) l-għoti, dirett jew indirett, il-finanzjament jew l-għajnuna finanzjarja relatata ma' merkanzija u teknoloġija elenkati fl-Anness IA, inklużi b’mod partikolari l-għotjiet, is-self u l-assigurazzjoni fuq il-kreditu ta’ esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ għajnuna teknika relatata ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Sirja jew għal użu fis-Sirja;

(c) il-parteċipazzjoni, konxja u b'intenzjoni, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

(b) Il-paragrafu 2 jitħassar.

(c) Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"3.     B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jagħtu, skont it-termini u l-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, awtorizzazzjoni għal għajnuna teknika "jew servizzi ta' senserija, jew finanzjament jew għajnuna finanzjara relatata ma' tagħmir, merkanzija jew teknoloġija, kif elenkati fl-Anness IA, kemm-il darba t-tagħmir, il-merkanzija jew it-teknoloġija jkunu għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet umanitarji oħrajn, jew għall-benefiċċju tal-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha.

         L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni, fi żmien erba’ ġimgħat, bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-ewwel subparagrafu".

(5) Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a

1.      B'deroga mill-Artikolu 6, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajt elenkat fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt tali termini u kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, l-importazzjoni, l-akkwist jew it-trasport ta' żejt mhux maħdum jew ta' prodotti petrolifiċi, jew l-għoti ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatati, inklużi derivattivi finanzjarji, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a) l-awtorità kompetenti kkonsultat minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp kompetenti tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Qawwiet ta' Oppożizzjoni u Revoluzzjonarji;

(b) l-awtorità kompetenti ddeterminat li:

(i)      l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fil-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika;

(ii)      l-attivitajiet ikkonċernati mhumiex direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14;

(iii)     l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament; u

(c) l-awtorità kompetenti talbet għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

2.      L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."

(6) Jiddaħħal l-Artikolu 9 a li ġej:

"Artikolu 9a

1.      B’deroga mill-Artikoli 8 u 9, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif indikat fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-tagħmir jew tat-teknoloġija ewlenija elenkati fl-Anness VI, jew l-għoti ta’ assistenza teknika jew servizzi ta' senserija relatati, finanzjament jew għajnuna finanzjarja, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a) l-awtorità kompetenti kkonsultat minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp kompetenti tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Qawwiet ta' Oppożizzjoni u Revoluzzjonarji;

(b) l-awtorità kompetenti ddeterminat li:

(i)      l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fl-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika;

(ii)      l-attivitajiet ikkonċernati mhumiex direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14;

(iii)     l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament; u

(c) l-awtorità kompetenti talbet għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward l-utent aħħari, id-data, l-itinerarju u d-destinazzjoni aħħarija tal-kunsinna.

2.      L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."

(7) Jiddaħħal l-Artikolu 13 a li ġej:

"Artikolu 13a

1.      B'deroga mill-Artikolu 13(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, l-għoti ta' kwalunkwe self jew kreditu finanzjarju għall-akkwist jew għall-estensjoni tal-parteċipazzjoni fi jew il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' kwalunkwe persuna, entità jew korp Sirjan imsemmi fl-Artikolu 13(2)(a), kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a) l-awtorità kompetenti kkonsultat minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp kompetenti tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Qawwiet ta' Oppożizzjoni u Revoluzzjonarji ;

(b) l-awtorità kompetenti ddeterminat li:

(i)      l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fil-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika;

(ii)      l-attivitajiet ikkonċernati mhumiex direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna jew entità jew korp imsemmija fl-Artikolu 14;

(iii)     l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament; u

(c) l-awtorità kompetenti talbet għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-fini ta' u l-kontropartijiet għat-tranżazzjoni.

2.      L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."

(8) Għandu jiddaħħal l-Artikolu 25 a li ġej:

"Artikolu 25 a

1.      B'deroga mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 25(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif definit fil-websajts elenkati fl-Anness III, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn it-termini u kundizzjonijiet kif iqisu bħala xieraq, il-ftuħ ta' kont bankarju ġdid jew uffiċċju rappreżentattiv ġdid, jew l-istabbiliment ta' fergħa jew sussidjarja ġdida, kemm-il darba l-kundizzjonijiet li ġejjin jintlaħqu:

(a) l-awtorità kompetenti kkonsultat minn qabel lill-persuna, l-entità jew il-korp kompetenti tal-Koalizzjoni Nazzjonali Sirjana għall-Qawwiet ta' Oppożizzjoni u Revoluzzjonarji;

(b) l-awtorità kompetenti ddeterminat li:

(i)      l-attivitajiet kkonċernati huma għall-fini li jipprovdu għajnuna lill-popolazzjoni ċivili Sirjana, b'mod partikolari biex jissodisfaw it-tħassib umanitarju, jgħinu fil-għoti ta' servizzi bażiċi, fil-bini mill-ġdid u fir-restawr tal-attività ekonomika;

(ii)      l-attivitajiet ikkonċernati mhumiex direttament jew indirettament għall-benefiċċju ta' persuna jew entità jew korp imsemmi fl-Artikolu 14;

(iii)     l-attivitajiet ikkonċernati ma jiksru l-ebda projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament; u

(c) l-awtorità kompetenti talbet għal salvagwardji xierqa kontra l-użu ħażin tal-awtorizzazzjoni mogħtija, inkluż informazzjoni rigward il-fini ta' jew il-kontropartijiet għall-attivitajiet ikkonċernati.

2.      L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma, fi żmien ġimagħtejn, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu."

(9) L-Anness I huwa mħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 16, 19.1.2012, p. 1.

[2]               ĠU L 319, 2.12.2011, p 56.

[3]               ĠU L 330, 30.11.2012, p. 21.

[4]               ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.