<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0800710901.case.xml"><NO.CASE>C-307/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0307</NO.CELEX><NO.SEQ>0009.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>7122</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7140</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20070913">13.9.2007</DATE> — KAWŻA C-307/05</LEFT><RIGHT>DEL CERRO ALONSO</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20070913">13 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża C-307/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mili-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de San Sebastián (Spanja), permezz ta' Deċiżjoni tas-<DATE ISO="20050706">6 ta' Lulju 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20050804">4 ta' Awwissu 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Yolanda Del Cerro Alonso</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Osakidetza-Servicio Vasco de Salud,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn C. W. A. Timmermans, President ta' l-Awla, R. Schintgen (Relatur), J. Klučka, J. Makarczyk u G. Arestis, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-7123"?><P>Avukat Ġenerali: M. Poiares Maduro,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20060921">21 ta' Settembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Y. Del Cerro Alonso, minn A. Angoitia López, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Osakidetza-Servicio Vasco de Salud, minn R. Navajas Cardenal, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez Cárcamo, bħala aģent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn D. J. O'Hagan, bħala aģent, assistit minn A. Collins, SC, A. Kerr, BL, F. O'Dubhghaill, BL, M. Heneghan, states solicitor, u J. Gormley, advisory counsel,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn I. M. Braguglia, bħala aģent, assistit minn M. Massella Ducci Teri, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="I-7124"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn T. Harris, bħala aģent, assistita minn T. Ward u K. Smith, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn M. van Beek u R. Vidal Puig, bħala agenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Generali, ippreżentati fis-seduta ta' l-<DATE ISO="20070110">10 ta' Jannar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) tal-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>ftehim qafas<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), li tinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-<DATE ISO="19990628">28 ta' Ġunju 1999</DATE> dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="175" DATE.PUB="1999" PAGE.FIRST="43">ĠU L 175, p. 43</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kontroversja bejn Y. Del Cerro Alonso u min jimpjegaha, l-Osakidetza-Servicio Vasco de Salud (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Osakidetza<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), rigward l-għoti ta' premji ta' rtirar.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7125"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond il-klawżola 1 tal-ftehim qafas, <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>l-iskop [tiegħu] hu:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li titjieb il-kwalità ta' xogħol għal terminu fiss billi tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jistabbilixxi qafas biex jipprevjeni l-abbuż ikkawżat mill-użu ta' kuntratti jew relazzjonijiet suċċessivi ta' l-impjieg għal terminu fiss<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-klawżola 2(1) tal-ftehim qafas jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Dan il-ftehim japplika għal ħaddiema għal terminu fiss li għandhom kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg kif définit fil-liġi, fil-ftehim kollettiv jew fil-prattika f kull Stat Membru.<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skond il-klawżola 3 tal-ftehim qafas, <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>[Gjhall-iskop ta' dan il-ftehim il-kliem:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>'ħaddiem ghal terminu fiss' ifisru persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta' l-impjieg dirett bejn min jimpjega u haddiem meta l-ahhar [t-tmiem] tal-kuntratt<?PAGE NO="I-7126"?> jew tar-relazzjoni ta' l-impjieg hu ddeterminat b'kondizzjonijiet oggettivi bħal li jilħaq data speċifika, ilesti xogħol speċifiku, jew it-twettiq ta' każ speċifiku.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>'ħaddiem kumparabbli permanenti' ifissru ħaddiem b'kuntratt jew relazzjoni ta impjieg għal żmien indefinit, fl-istess stabbiliment, ingaġġat fl-istess xogħol jew xogħol/impjieg simili, wara li tingħata attenzjoni xierqa lill-kwalifiki/kapaċita-jiet [...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Fejn għandhom x'jaqsmu l-kondizzjonijiet ta' l-impjieg, ħaddiema għal terminu fiss m'għandhomx jiġu trattati b'mod inqas favorevoli minn ħaddiem kumparabbli permanenti biss minħabba li għandhom kuntratt jew relazzjoni għal terminu fiss sakemm trattament differenti ma jkunx ġustifikat fuq bażi oggettiva.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni neċessarja applikabbli għall-persunal statutorju tas-sistema tas-saħħa Spanjola tinsab fil-liġi 55/2003 dwar statut qafas tal-persunal statutorju taddipartimenti tas-saħħa (Ley 55/2003 del Estatuto Marco del personal estatutario de los servicios de salud), tas-<DATE ISO="20031216">16 ta' Diċembru 2003</DATE> (BOE Nru 301, tas-<DATE ISO="20031217">17 ta' Diċembru 2003</DATE>, p. 44742).</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tal-liġi 55/2003, din ta' l-aħħar hija intiża tistabbilixxi rregoli bażiċi tas-sistema speċjali tas-servizz pubbliku li tirregola l-persunal statutorju tas-servizzi li jiffurmaw is-sistema nazzjonali tas-saħħa.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7127"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tal-liġi 55/2003 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Din il-liġi hija applikabbli ghall-persunal statutorju impjegat fiċ-ċentri jew istituzzjonijiet sanitarji tas-servizzi tas-saħħa tal-komunitajiet awtonomi, jew fiċċentri u servizzi tas-saħħa ta' l-amministrazzjoni generali ta' l-Istat<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-Artikoli 8 u 9 tagħha, il-liġi 55/2003 tagħmel distinzjoni bejn il-<QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> u l-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>persunal statutorju temporanju<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tal-ligi 55/2003 jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>is-sistema ta' remunerazzjoni tal-persunal statutorju hija komposta minn pagi bażiċi u minn benefiċċji<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>. Skond l-Artikolu 42(1) ta' l-istess liġi, il-pagi bażiċi jinkludu l-paga nnifisha, <HT TYPE="ITALIC">il-bonuses</HT> u l-premji trijennali, liema premji jingħataw għal kull perijodu ta' tliet snin xogħol</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 44 tal-liġi 55/2003 jgħid li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Il-persunal statutorju temporanju jirċievi l-paga bażika koliha u benefiċċji li, fisservizz tas-saħħa kkonċernata, huwa dovut lilu, bl-eċċezzjoni tal-premji trijennali.<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-Komunità Awtonoma tal-Pajjiż Bask, il-leġiżlazzjoni neċessarja applikabbli għall-persunal statutorju ġiet implementata permezz tad-Digriet 231/2000 dwar lapprovazzjoni tal-ftehim li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ta' l-Osakidetza-Servicio Vasco de Salud (Decreto 231/2000, de 21 de noviembre, por el<?PAGE NO="I-7128"?> que se aprueba el Acuerdo regulador de las condiciones de trabajo del personal de Osakidetza-Servicio Vasco de Salud) tal-<DATE ISO="20001121">21 ta' Novembru 2000</DATE> (BOPV Nru 234, tas-<DATE ISO="20001207">7 ta' Diċembru 2000</DATE>, p. 21912). L-Artikolu 74 tal-Ftehim li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal ta' l-Osakidetza, anness ma l-imsemmi digriet, jipprovdi li, biex jirċievi l-premji trijennali, huwa neċċessarju li wieħed jagħmel parti millkategorija ta' <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża principali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-inkartament mibgħut lill-Qorti tal-Gustizzja mill-qorti tar-rinviju Ii Y. Del Cerro Alonso ħadmet, bejn l-<DATE ISO="19900201">1 ta' Frar 1990</DATE> u t-<DATE ISO="20040630">30 ta' Ġunju 2004</DATE>, għal iktar minn tnax-il sena bħala uffiċjal amministrattiv f'diversi sptarijiet tas-sistema ta' saħħa pubblika tal-Pajjiż Bask u li matul dan il-perijodu kollu hija kienet tagħmel partí mill-<QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>persunal statutorju temporanju<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li għaddiet mill-eżamijiet ta' selezzjoni relatati, Y. Del Cerro Alonso okkupat, mill-<DATE ISO="20040101">1 ta' Jannar 2004</DATE>, impjieg ta' uffiċjal amministrattiv fi sptar tas-sistema tas-saħħa pubblika tal-Pajjiż Bask bħala membru tal-<QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040707">7 ta' Lulju 2004</DATE>, ir-rikorrenti talbet li jiġu rrikonoxxuti tnax-il sena servizz mogħtija preċedentement, li jirrappreżentaw l-ekwivalenti ta' erba trijennali. Min jimpjegaha, l-Osakidetza, aċċetta t-talba tagħha u stabbilixxa l-irtirar tagħha mis-<DATE ISO="19920417">17 ta' April 1992</DATE>. Il-paga ta' Y. Del Cerro Alonso ġiet għaldaqstant miżjuda b'erba premji trijennali mill-<DATE ISO="20040701">1 ta' Lulju 2004</DATE>, id-data ta' l-intitolament tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7129"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041112">12 ta' Novembru 2004</DATE>, Y. Del Cerro Alonso ressqet talba ġdida bil-ghan li tikseb il-hlas ta' premji trijennali li skadew fis-sena li ppreċediet l-intitolament tagħha, liema premji kienu jammontaw għal EUR 1167,94. F'dan ir-rigward, hija tibbaża ruħha fuq it-tielet dispożizzjoni addizzjonali tad-Digriet Irjali 1181/1989 li jadotta regoli għall-applikazzjoni tal-liġi 70/1978 tas-26 ta' Diċembru, ta' rikonoxximent tas-servizzi preċedenti li ngħataw fl-amministrazzjoni pubblika lill-persunal ta' l-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa (Real Decreto 1181/1989 por el que se dictan normas de aplicación de la Ley 70/1978, de 26 de diciembre, de Reconocimiento de servicios previos en la Administración Pública al personal estatutario del Instituto Nacional de la Salud) tad-<DATE ISO="19890929">29 ta' Settembru 1989</DATE> (BOE Nru 237, tat-<DATE ISO="19891003">3 ta' Ottubru 1989</DATE>, p. 30952), li jipprovdi li I-effetti ekonomiċi li jirriżultaw mir-rikonoxximent ta' l-irtirar fis-servizz jista' jiġi estiż b'mod retroattiv ghall-perijodu ta' sena li tippreċedi t-talba ta' rikonoxximent tas-servizzi preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Peress li din it-talba baqgħet mingħajr tweġiba, il-parti interessata mårret quddiem il-qorti tar-rinviju, fejn sostniet, essenzjalment, li r-rifjut li tgawdi retroattivament mill-effetti ekonomiċi li jirriżultaw mir-rikonoxximent tal-benefiċċji ta' rtirar fis-servizz tikkostitwixxi diskriminazzjoni tal-<QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>persunal statutorju temporanju<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> meta mqabbel mal-<QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Osakidetza tikkontesta din l-allegazzjoni minħabba li d-Digriet 231/2000 jipprovdi, bħala kundizzjoni indispensabbli għall-kisba tal-premji trijennali, li l-persuna in kwistjoni jkollha l-kwalita ta' <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>persuna statutorja permanenti<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>. Peress li Y. Del Cerro Alonso kisbet din il-kwalita biss fl-<DATE ISO="20040701">1 ta' Lulju 2004</DATE>, hija tista' tibbenefika mill-imsemmija premji minn din id-data 'l quddiem biss.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali hijiex initolata, abbażi tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni msemmi fil-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, li tibbenefika minn soluzzjoni iżjed favorevoli minn dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7130"?><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jinħtieġ madankollu li jiġi ddeterminat jekk il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>kundizzjonijiet ta' impjieg<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/>, taħt l-imsemmija klawżola, jinkludix il-paga li jirċievi ħaddiem.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji rigward jekk differenza ta' trattament bejn il-<QUOT.START ID="QS0019" REF.END="QE0019" CODE="201C"/>persunal statutorju temporanju<QUOT.END ID="QE0019" REF.START="QS0019" CODE="201D"/> u l-<QUOT.START ID="QS0020" REF.END="QE0020" CODE="201C"/>persunal statutorju permanenti<QUOT.END ID="QE0020" REF.START="QS0020" CODE="201D"/> prevista minn leġiżlazzjoni jew minn ftehim bejn sieħba soċjali tikkostitwixxix <QUOT.START ID="QS0021" REF.END="QE0021" CODE="201C"/>raġuni oggettiva<QUOT.END ID="QE0021" REF.START="QS0021" CODE="201D"/> skond din l-istess klawżola tal-ftehim qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 1 de San Sebastián iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Gustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0022" REF.END="QE0022" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Meta d-Direttiva 1999/70/KE tgħid li l-ħaddiema b'terminu fiss mhumiex ittrattati b'mod inqas favorevoli mill-ħaddiema b'terminu mhux fiss, din tirreferi wkoll għall-kundizzjonijiet ekonomiċi?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Jekk iva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-fatt li l-Artikolu 44 tal-liġi 55/2003 [...] jgħid li huwa impossibbli li jinġabar benefiċċju ekonomiku relatat ma' l-irtirar li huwa mogħti lil ħaddiema b'terminu mhux fiss jikkostitwixxi raġuni oggettiva suffiċjenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-ftehim iffirmat bejn ir-rappreżentanti sindakali tal-persunal u l-amministrazzjoni jikkostitwixxu raġunijiet oggettivi suffiċjenti biex ma jinghatax il-benefiċċju relatat ma' l-irtirar lill-persunal temporanju?<QUOT.END ID="QE0022" REF.START="QS0022" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7131"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli ghad-domandi mressqa mill-qorti tar-rinviju, għandu jiġi werifikat, qabel kollox, jekk ħaddiema bħal ma hija r-rikorrenti fil-kawża principali taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70 u taħt dak tal-ftehim qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li jirriżulta kemm millformulazzjoni tad-Direttiva 1999/70 u minn dik tal-ftehim qafas kemm millistruttura kif ukoll l-ghanijiet taghhom, li r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fihom għandhom jiġu applikati wkoll ghall-kuntratti u relazzjonijiet ta' xoghol b'terminu fiss konklużi ma' l-amministrazzjonijiet u entitajiet ohra tas-settur pubbliku (sentenzi ta' l-<DATE ISO="20060704">4 ta' Lulju 2006</DATE>, Adeneier <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6057">C-212/04, Ġabra p. I-6057, punti 54 sa 57</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<DATE ISO="20060907">7 ta' Settembru 2006</DATE>, Marrosu u Sardino, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-53/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7213">C-53/04, Ġabra p. I-7213, punti 40 sa 43</REF.DOC.ECR>, u Vassallo, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-180/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-7251">C-180/04, Ġabra p. I-7251, punti 32 sa 35</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ghandu jinghad ukoll li, kif jirriżulta mill-klawżola 1 tal-ftehim qafas, l-ghan ta' dan il-ftehim mhuwiex biss li jistabbilixxi qafas ghall-prevenzjoni ta' l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta' kuntratti jew ta' relazzjonijiet ta' xoghol b'terminu fiss suċċessivi, iżda wkoll biex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni f'dak li jikkonċerna x-xogħol b'terminu fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>B'hekk, fid-dawl ta' l-importanza tal-prinċipji ta' trattament ugwali u ta' non-diskriminazzjoni, li jagħmlu parti mill-prinċipji generali tad-dritt Komunitarju, lid-dispożizzjonijiet previsti mid-Direttiva 1999/70 u mill-ftehim qafas bil-ghan li jiggarantixxu lill-haddiema b'terminu fiss il-benefiċċju ta' l-istess vantaġġi li jgawdu<?PAGE NO="I-7132"?> minnhom il-haddiema b'terminu mhux fiss għal xogħol komparabbli, ħlief jekk trattament differenti jkun iġġustifikat b'raġunijiet oġġettivi, għandu jiġi rrikonoxxut portata generali ladarba dawn jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali Komunitarju ta' importanza partikolari li minnhom għandu jibbenefika kull haddiem, peress li huma dispożizzjonijiet minimi ta' protezzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-Direttiva 1999/70 u l-ftehim qafas japplikaw għall-ħaddiema koliha li jipprovdu servizzi remunerati fil-kuntest ta' relazzjoni ta' impjieg b'terminu fiss li jorbothom ma min jimpjegahom.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Is-sempliċi ċirkustanza li impjieg jiġi kkwalifikat bħala <QUOT.START ID="QS0023" REF.END="QE0023" CODE="201C"/>statutorju<QUOT.END ID="QE0023" REF.START="QS0023" CODE="201D"/> taħt id-dritt nazzjonali u jippreżenta ċerti aspetti li jikkaratterizzaw is-servizz pubbliku ta' l-Istat Membru kkonċernat hija nieqsa minn rilevanza f'dan ir-rigward, taħt piena li jiġi ppreġudikat b'mod serju l-effett utli tad-Direttiva 1999/70 u dak tal-ftehim qafas kif ukoll l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri, billi lil dawn ta' l-aħħar tingħata l-possibbiltà li jneħħu skond ix-xewqa tagħhom ċerti kategoriji ta' persuni mill-benefiċċju tal-protezzjoni meħtieġa minn dawn l-istrumenti legali Komunitarji (ara, b'analoġija, is-sentenzi tad-<DATE ISO="20030909">9 ta' Settembru 2003</DATE>, Jaeger, C-151/02, Gabra p. I-8389, punti 58 u 59, kif ukoll tal-<DATE ISO="20041005">5 ta' Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01—C-403/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-8835">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835, punt 99</REF.DOC.ECR>). Kif jirriżulta mhux biss mit-tielet paragrafu ta l-Artikolu 249 KE, iżda wkoll mill-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/70, interpretat fid-dawl tas-sbatax-il premessa ta' din id-direttiva, l-Istati Membru ghandhom fil-fatt jiggarantixxu r-riżultat impost mid-dritt Komunitarju (ara s-sentenza Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 68).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Ladarba ġie stabbilit li Y. Del Cerro Alonso hadmet ghal iktar minn tnax-il sena f'diversi sptarijiet tas-sistema tas-sahha pubblika tal-Pajjiż Bask bhala membru tal-persunal temporanju u li, barra minn hekk, il-kawża prinċipali tittratta x-xebh bejn membru tal-persunal statutorju temporanju u membru tal-persunal statutorju permanentí, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali taqa' taht il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 1999/70 u taht dak tal-ftehim qafas.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-7133"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta' l-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kuncett ta' <QUOT.START ID="QS0024" REF.END="QE0024" CODE="201C"/>kundizzjonijiet ta' impjieg<QUOT.END ID="QE0024" REF.START="QS0024" CODE="201D"/> imsemmija fil-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas għandux jiġi interpretat fis-sens li dan jista' jservi bħala bażi għal talba bħal dik fil-kawża prinċipali li tikkonċerna l-attribuzzjoni lil ħaddiem b'terminu fiss ta' premju ta' rtirar li d-dritt nazzjonali jirriżerva biss lill-ħaddiema b'terminu mhux fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Spanjol, l-Irlanda u l-Gvern tar-Renju Unit isostnu li għandha tingħata risposta negattiva lil din id-domanda minħabba l-formulazzjoni ta' l-Artikolu 137(5) KE kif interpretata mis-sentenza ta' l-<DATE ISO="20051201">1 ta' Diċembru 2005</DATE>, Dellas <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (C-14/04, Gabra p. I-10253, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandu jiġi l-ewwel nett ikkonstatat li l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, meta adotta d-Direttiva 1999/70 bl-intenzjoni li jimplementa l-ftehim qafas, ibbaża ruħu fuq l-Artikolu 139(2) KE, li jipprovdi li l-implementazzjoni tal-ftehim konkluża fil-livell Komunitarju għandha ssir skond il-materji koperti mill-Artikolu 137 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fost l-oqsma li fihom l-Artikolu 137(2) KE jippermetti lill-Kunsill jiddeċiedi, permezz ta' direttivi, fuq preskrizzjonijiet minimi bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 136 KE, fost liema jinsabu t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xoħgol tal-ħaddiema kif ukoll protezzjoni soċjali adegwata fil-konfronti tagħhom, l-istess Artikolu 137(1)(b) jelenka l-<QUOT.START ID="QS0025" REF.END="QE0025" CODE="201C"/>kundizzjonijiet tax-xogħol<QUOT.END ID="QE0025" REF.START="QS0025" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, skond il-paragrafu 5 tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 137 KE, <QUOT.START ID="QS0026" REF.END="QE0026" CODE="201C"/>m'għandhomx japplikaw għall-paga, għad-dritt ta' l-assoċjazzjoni, għad-dritt ta' l- <HT TYPE="ITALIC">istrike</HT> jew għad-dritt ta' l-impożizzjoni ta' <HT TYPE="ITALIC">lock-outs</HT><QUOT.END ID="QE0026" REF.START="QS0026" CODE="201D"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7134"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar, fl-ewwel lok, li, skond il-klawżola 1(a) tal-ftehim qafas, l-għan tiegħu huwa <QUOT.START ID="QS0027" REF.END="QE0027" CODE="201C"/>li titjieb il-kwalità ta' xogħol għal terminu fiss billi tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni<QUOT.END ID="QE0027" REF.START="QS0027" CODE="201D"/>. Bl-istess mod, ilpreambolu tal-ftehim qafas jenfasizza li dan <QUOT.START ID="QS0028" REF.END="QE0028" CODE="201C"/>juri d-dispożizzjoni ta' l-Imsieħba Soċjali li jistabbilixxu qafas generali biex jiżguraw trattament ugwali għal ħaddiema għal terminu fiss billi jipproteġuhom kontra d-diskriminazzjoni<QUOT.END ID="QE0028" REF.START="QS0028" CODE="201D"/>. L-erbatax-il premessa tad-Direttiva 1999/70 tenfasizza f'dan ir-rigward li l-għan tal-ftehim qafas jikkonsisti b'mod partikolari li titjieb il-kwalità tax-xogħol b'terminu fiss billi jiġu ffissati preskrizzjonijiet minimi li jiggarantixxu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Isegwi li l-ftehim qafas huwa intiż japplika l-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni għall-ħaddiema b'terminu fiss sabiex tiġi prekluża l-possibbiltà li relazzjoni ta' impjieg ta' dan it-tip tintuża minn min jimpjega biex iċaħħad lill-ħaddiema drittijiet li huma rrikonoxxuti lill-ħaddiema għal terminu mhux fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>B'hekk, dan il-prinċipju tad-dritt soċjali Komunitarju ma jistax jiġi interprétat b'mod restrittiv.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ladarba l-Artikolu 137(5) KE jipprovdi dispożizzjoni li tidderoga mill-paragrafi 1 sa 4 ta' l-istess Artikolu, il-materji rriżervati mill-imsemmi paragrafu għandhom jiġu suġġetti għal interpretazzjoni stretta b'mod li minn naha, ma tiġix effettwata indebitament il-portata ta' l-imsemmija paragrafi 1 sa 4 u, min-naħa l-oħra, ma jiġux ippreġudikati l-għanijiet segwiti mill-Artikolu 136 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna b'mod iżjed partikolari l-eċċezzjoni li tirrigwarda l-<QUOT.START ID="QS0029" REF.END="QE0029" CODE="201C"/>pagi<QUOT.END ID="QE0029" REF.START="QS0029" CODE="201D"/> msemmija fl-Artikolu 137(5) KE, din hija dovuta ghall-fatt li l-iffissar tal-livell tal-pagi jaqa' taht l-awtonomija kuntrattwali ta' l-imsieħba soċjali fuq skala nazzjonali<?PAGE NO="I-7135"?> kif ukoll taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri fil-qasam. F'dawn iċ-ċirkustanzi, ġie deċiż li huwa approprjat, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, li tiġi eskluża ddeterminazzjoni tal-livell tal-pagi minn armonizzazzjoni taħt l-Artikoli 136 KE <HT TYPE="ITALIC">et seq.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>L-imsemmija eċċezzjoni ma tistax għaldaqstant tiġi estiża għal kull kwistjoni li tippreżenta kwalunkwe konnessjoni mal-pagi, taħt piena li tiġi invalidata parti kbira mis-sustanza ta' ċerti oqsma msemmija fl-Artikolu 137(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li r-riżerva li jagħmel l-Artikolu 137(5) KE ma tistax iżżomm lil ħaddiem b'terminu fiss milli jitlob, abbażi tal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni, li jibbenefika minn kundizzjoni ta' impjieg intiża biss għall-ħaddiema b'terminu mhux fiss, meta l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju tagħti lok għall-ħlas ta' paga differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Bil-kontra ta' l-allegazzjonijiet tal-Gvern Spanjol, ta' l-Irlanda u tal-Gvern tar-Renju Unit, l-interpretazzjoni li tippreċedi mhux qed tiġi kkontestata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li ma jistgħux japplikaw għall-pagi l-preskrizzjonijiet minimi li l-Kunsill jista' jadotta b'direttiva abbażi ta' l-Artikolu 137 KE (ara s-sentenza Delias <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 39), minkejja li d-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE tat-<DATE ISO="19931123">23 ta' Novembru 1993</DATE> dwar xi aspetti ta' l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="307" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="18">GU L 307, p. 18</REF.DOC.OJ>) ma tapplikax għall-paga tal-ħaddiema (ara s-sentenza Dellas <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 38, u d-digriet tal-<DATE ISO="20070111">11 ta' Jannar 2007</DATE>, Vorel, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-437/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-331">C-437/05, Ġabra p. I-331, punt 32</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Jirriżulta fil-fatt mingħajr ambigwità mill-kuntest li fih jidħlu dawn il-motivi tassentenza Delias <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, kif ukoll mid-digriet Vorel, iċċitat iktar 'il fuq, li, fil-kawżi li taw lok għal dawn id-deċiżjonijiet, tqajmet il-kwistjoni ta' l-effett li<?PAGE NO="I-7136"?> interpretazzjoni tal-kunċetti ta' <QUOT.START ID="QS0030" REF.END="QE0030" CODE="201C"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END ID="QE0030" REF.START="QS0030" CODE="201D"/> u ta' <QUOT.START ID="QS0031" REF.END="QE0031" CODE="201C"/>hin tal-mistrieh<QUOT.END ID="QE0031" REF.START="QS0031" CODE="201D"/> skond id-Direttiva 93/104 jista' jkollha fuq il-<QUOT.START ID="QS0032" REF.END="QE0032" CODE="201C"/>livell<QUOT.END ID="QE0032" REF.START="QS0032" CODE="201D"/> tal-pagi li jirċievu l-ħaddiema li jipprovdu servizzi ta' sigurtà (ara s-sentenza Dellas <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punti 37 u 38, kif ukoll id-digriet Vorel, iċċitat iktar 'il fuq, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Hija għaldaqstant b'konfromità sħiħa ma' l-interpretazzjoni tar-riżerva ta' l-Artikolu 137(5) KE msemmija fil-punti 41 u 42 ta' din is-sentenza li l-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, f'dan ir-rigward, li l-metodi ta' remunerazzjoni tal-perijodi ta' xogħol ta' għassa ma jistgħux, fl-istat attwali ta' l-iżvilupp tad-dritt Komunitarju, ikunu suġġetti għal armonizzazzjoni. Il-qrati nazzjonali jibqgħu fil-fatt l-uniċi kompetenti li jipproċedu għall-iffissar ta' l-ammont ta' salarji u pagi dovuti f'dan ir-rigward lil kull ħaddiem, peress li d-Direttiva 93/104 ma tostakolax fil-prinċipju l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' leġiżlazzjoni li, fir-rigward tas-servizz ta' għassa mogħti mill-ħaddiem, tipprovdi paga differenti mill-perijodi li fihom servizzi ta' xogħol ikunu realment ingħataw u minn dawk li matulhom l-ebda xogħol effettiv ma jkun sar (ara d-digriet Vorel, iċċitat iktar 'il fuq, punti 35 u 36).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>B'hekk, għall-istess raġunijiet, id-determinazzjoni tal-livell ta' l-elementi differenti li jikkostitwixxu l-paga ta' ħaddiem bħal tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali tinsab inkontestabbilment fir-riżultat tal-qrati kompetenti fid-diversi Stati Membri. Dan mhuwiex madankollu s-suġġett tal-kontroversja li tinsab quddiem il-qorti tarrinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, kif ġie diġà enfasizzat fil-punti 44 u 45 ta' din is-sentenza, jirriżulta mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 137(1)(b) KE u, għaldaqstant, tad-Direttiva 1999/70 kif ukoll mill-ftehim qafas magħmul abbażi tiegħu, toħroġ il-kwistjoni dwar jekk, b'applikazzjoni tal-prinċipju ta' non-diskriminazjoni, imsemmija fil-klawżola 4 (1) tal-ftehim qafas, waħda mill-elementi tar-rimunerazzjoni għandhiex, in kwantu kundizzjoni ta' impjieg, tingħata lil ħaddiem b'terminu fiss bl-istess mod bħal ħaddiem b'terminu mhux fiss.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7137"?><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta għall-ewwel domanda hija li l-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0033" REF.END="QE0033" CODE="201C"/>kundizzjonijiet ta' impjieg<QUOT.END ID="QE0033" REF.START="QS0033" CODE="201D"/> imsemmi fil-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista jservi bħala bażi għal talba bħal dik fil-kawża prinċipali li tikkomporta l-attribuzzjoni lil ħaddiem b'terminu fiss ta' premju ta rtirar li d-dritt nazzjonali jirriżerva biss għall-ħaddiema b'terminu mhux fiss.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni u t-tielet domandi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Dawn id-domandi jikkonċernaw essenzjalment l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0034" REF.END="QE0034" CODE="201C"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END ID="QE0034" REF.START="QS0034" CODE="201D"/> li, skond il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas, jippermettu l-ġustifikazzjoni ta' trattament differenti tal-ħaddiema b'terminu fiss u tal-ħaddiema b'terminu mhux fiss.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi b'mod iktar partikolari jekk tistax tikkostitwixxi t-tali raġuni oġġettiva s-sempliċi ċirkustanza li t-trattament differenti eżistenti f'dan il-każ bejn il-ħaddiema b'terminu fiss u l-ħaddiema b'terminu mhux fiss ghal dak li jikkonċerna l-premju ta' rtirar ikun previst minn liġi jew minn ftehim sottoskritt bejn ir-rappreżentati sindikali tal-persunal u l-amministrazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi għandhom jiġu eżaminati flimkien it-tieni u t-tielet domandi.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar, f'dan ir-rigward, li l-Qorti tal-Gustizzja diġà kellha opportunità tagħti deċiżjoni fuq kwistjoni simili fir-rigward ta' l-istess kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0035" REF.END="QE0035" CODE="201C"/>raġunijiet oġġettivi<QUOT.END ID="QE0035" REF.START="QS0035" CODE="201D"/> li, skond il-klawżola 5(1) (a) tal-ftehim qafas, jiġġustifikaw it-tiġdid talkuntratti jew tar-relazzjonijiet suċċessivi tax-xogħol ghal terminu fiss.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7138"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-imsemmi kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0036" REF.END="QE0036" CODE="201C"/>raġunijiet oggettivi<QUOT.END ID="QE0036" REF.START="QS0036" CODE="201D"/> għandu jinftiehem bħala li jfisser ċirkustanzi preċiżi u konkreti li jikkaratterizzaw attività determinata u, ghaldaqstant, ta' natura li jiġġustifikaw f'dan il-kuntest partikolari l-użu ta' kuntratti ta' xogħol b'terminu fiss suċċessivi. Dawn iċ-ċirkustanzi jistgħu jirriżultaw b'mod partikolari min-natura partikolari tax-xogħlijiet li għat-twettiq tagħhom it-tali kuntratti kienu ġew konklużi u minn karatteristiċi inerenti tagħhom jew, jekk ikun il-każ, mit-tfittxija ta' għan leġittimu ta' politika soċjali ta' Stat Membru (ara s-sentenza Adeneier <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punti 69 u 70).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dispożizzjoni nazzjonali li tillimita ruħha li tawtorizza, b'mod generali u as tratt permezz ta' norma leġiżlattiva jew regolamentari, l-użu ta kuntratti ta' xogħol għal terminu fiss suċċessivi, ma tkunx konformi mar-rekwiżiti kif ippreċiżati fil-punt preċedenti (ara s-sentenza Adeneier <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 71).</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>B'mod aktar partikolari, ir-rikors għal kuntratti ta' xogħol għal terminu fiss fuq luniku bazi ta' dispożizzjoni legali jew regolamentari generali, mingħajr relazzjoni mal-kontenut konkret ta' l-attività in kwistjoni, ma jippermettix li jsiru kriterji oggettivi u trasparenti għall-finijiet ta' verifika dwar jekk it-tiġdid ta' tali kuntratti jissoddisfax effettivament il-bżonn veru, jistax jilħaq l-għan imfittex u huwiex neċessarju f'dan ir-rigward (ara s-sentenza Adeneler <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ' il fuq, punt 74).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>B'hekk, l-istess interpretazzjoni hija neċessarja, b'analoġija, għal dak li jikkonċerna l-kunċett identiku ta' <QUOT.START ID="QS0037" REF.END="QE0037" CODE="201C"/>raġunijiet oggettivi<QUOT.END ID="QE0037" REF.START="QS0037" CODE="201D"/> skond il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, dan il-kunċett għandu jinftiehem fis-sens li ma jawtorizzax ġustifikazzjoni ta' trattament differenti bejn il-ħaddiema b'terminu fiss u l-ħaddiema b'terminu mhux fiss minhabba l-fatt li dan l-aħħar huwa previst minn regola nazzjonali generali u astratta, bhal ma hija ligi jew konvenzjoni kollettiva.</TXT></NP><?PAGE NO="I-7139"?><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Bil-kontra, l-imsemmi kunċett jeħtieġ li n-nuqqas ta' trattament ugwali in kwistjoni jkun iġġustifikat bl-eżistenza ta' elementi preċiżi u konkreti, li jikkaratterizzaw ilkundizzjoni ta' impjieg in kwistjoni, fil-kuntest partikolari li fih huwa jidħol u abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti, sabiex jiġi werifikat jekk din l-inugwaljanza tissoddisfax il-ħtieġa vera, huwiex abilitat biex jikseb l-għan imfittex u huwiex neċessarju f dan ir-rigward.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta għat-tieni u t-tielet domanda hija li l-klawżola 4(1) talftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-introduzzjoni ta' trattament differenti bejn il-ħaddiema b'terminu fiss u l-ħaddiema b'terminu mhux fiss li tkun iġġustifikata biss biċ-ċirkustanza li hija prevista minn dispożizzjoni legali jew regolamentari ta' Stat Membru jew minn konvenzjoni kollettiva konkluża bejn ir-rappreżentanti sindakali tal-persunal u l-persuna kkonċernata li timpjega.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Il-kuncett ta' <QUOT.START ID="QS0038" REF.END="QE0038" CODE="201C"/>kundizzjonijiet ta' impjieg<QUOT.END ID="QE0038" REF.START="QS0038" CODE="201D"/> imsemmi fil-klawżola 4(1) talftehim qafas fuq ix-xogħol għal terminu fiss, konkluż fit-<DATE ISO="19990318">18 ta' Marzu 1999</DATE>,<?PAGE NO="I-7140"?> li jinsab anness fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-<DATE ISO="19990628">28 ta' Ġunju 1999</DATE>, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista' jservi bħala bażi għal talba bħal dik fil-kawża prinċipali li tikkomporta lattribuzzjoni lil ħaddiem b'terminu fiss ta' premju ta' rtirar li d-dritt nazzjonali jirriżerva biss għall-ħaddiema b'terminu mhux fiss.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Il-klawżola 4(1) tal-ftehim qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi l-introduzzjoni ta' trattament differenti bejn il-ħaddiema b'terminu fiss u l-ħaddiema b'terminu mhux fiss li tkun iġġustifikata biss bić-ćirkustanza li hija prevista minn dispożizzjoni legali jew regolamentari ta' Stat Membru jew minn konvenzjoni kollettiva konkluża bejn ir-rappreżentanti sindakali tal-persunal u l-persuna kkonćernata li timpjega.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>