|
27.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 117/12 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 386/2013
tat-22 ta’ April 2013
dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet tal-Unjoni speċifiċi, bl-għan li jkun hemm l-applikazzjoni ta’ tariffi u ta’ miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ din it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni li torbot dwar it-tariffa u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2). |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ din it-tabella.
Artikolu 2
Tagħrif tariffarju vinkolanti maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’ jkompli jkun invokat għal perjodu ta’ tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ April 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 02 p. 382).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 02 Volum 04 p. 307).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-oġġetti |
Klassifikazzjni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Il-prodott jikkonsisti minn 20 μg sa 5 mg ta’ glikoproteina umana rikombinanti (laminina) f’taħlita ta’ soluzzjoni mewwieta ta’ ilma. Il-prodott huwa maħsub biex jintuża għall-kisi ta’ reċipjenti għall-koltura taċ-ċelloli. Huwa jservi ta’ matriċi għat-tkabbir ta’ ċelloli staminali billi jtejjeb il-wiċċ ta’ dawn ir-reċipjenti li ċ-ċelloli jistgħu jeħlu magħhom. Il-prodott ma jipprovdix nutrijenti għaċ-ċelloli staminali u għandu jintuża flimkien ma’ mezz ta’ koltura taċ-ċelloli sabiex jinżammu jew jitkabbru ċelloli staminali. |
3504 00 90 |
Il-klassifikazzjoni hija stabbilita mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 3504 00 u 3504 00 90 . Billi l-prodott iservi biss bħala matriċi għat-tkabbir ta’ ċelloli staminali u għandu jintuża flimkien ma’ mezz ta’ koltura taċ-ċelloli, dan ma jistax jiġi kklassifikat bħala mezz imħejji ta’ koltura tal-intestatura 3821 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata [HSEN] għall-intestatura 3821 , esklużjonijiet). Il-klassifikazzjoni tal-prodott taħt l-intestatura 3822 hija eskluża għaliex dan ma jkunx użat fl-evalwazzjoni ta’ proċessi fiżiċi, bijofiżiċi jew bijokimiċi jew f’reazzjonijiet analitiċi (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 3822 , l-ewwel paragrafu). Il-laminin huma sustanzi oħrajn ta’ proteini tal-intestatura 3504 , li mhumiex koperti minn intestatura aktar speċifika (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 3504 , l-ittra (B)). Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat bħala sustanza oħra ta’ proteini tal-intestatura 3504 . |