European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7432

13.12.2024

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda normali fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ isem fis-settur vitivinikulturali, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(C/2024/7432)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

NOTIFIKA TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Rías Baixas”

PDO-ES-A1119-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 30.9.2024

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   BIDLIET FIR-REKWIŻITI GĦAT-TAĦLIT TAL-VARJETAJIET.

Deskrizzjoni:

Se ssir emenda tar-rekwiżiti fejn it-taħlita tal-varjetajiet (il-“coupage”) għandu jkollha t-tipoloġiji tal-inbid Rías Baixas Rosal, Rías Baixas Salnés u Rías Baixas Ribeira do Ulla. Huwa speċifikat li l-minimu ta’ 70 % tal-varjetajiet elenkati għandu jkun ta’ “mill-inqas wieħed” minnhom. U l-varjetà Caíño blanco hija miżjuda għas-subżona O Rosal.

Il-punt 3.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa emendat u ma jaffettwax id-dokument uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Raġuni:

Il-ħsieb huwa li jiġi ċċarat li l-perċentwal minimu (70 %) tas-sett tal-varjetajiet ta’ għeneb imsemmija jirreferi għall-imsemmi sett ta’ varjetajiet, b’mod li l-kundizzjoni tiġi ssodisfata jekk jintlaħaq is-70 % ta’ varjetà waħda. Madankollu, għal Rías Baixas Condado il-kliem jinżamm, għaliex huwa mifhum li għan dan it-tip ta’ inbid, għandu jkun hemm minimu minn kull wieħed mill-varjetajiet li flimkien jilħqu minimu ta’ 70 %.

2.   INKLUŻJONI TA’ VARJETÀ ĠDIDA.

Deskrizzjoni:

Ġiet inkluża varjetà ġdida fil-lista ta’ dawk permessi għall-produzzjoni tal-inbejjed Rías Baixas, speċifikament il-varjetà bajda Ratiño gallega.

Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku huma emendati

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti fl-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Raġuni:

L-istudji mwettqa kkonfermaw li din hija varjetà awtoktona u mhux klonu ta’ varjetà oħra, u għalhekk ġiet rikonoxxuta b’mod amministrattiv bħala varjetà ġdida ta’ Vitis vinifera permezz tal-Ordni APA/1097/2021, tas-7 ta’ Ottubru 2021, li tipprevedi l-inklużjoni ta’ diversi varjetajiet ta’ speċijiet differenti fir-Reġistru tal-Varjetajiet Kummerċjali (BOE tal-11.10.2021).

3.   TITNEĦĦA L-VARJAZZJONI FIL-LIMITI ANALITIĊI.

Deskrizzjoni:

Tneħħew il-varjazzjonijiet stabbiliti għall-valuri tal-parametri analitiċi differenti tal-inbejjed.

Il-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huwa emendat u ma jaffettwax id-dokument uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Raġuni:

Il-varjazzjonijiet għandhom ikunu dawk indikati mil-laboratorji akkreditati f’sejbiethom, skont il-grad ta’ inċertezza tal-metodu analitiku użat.

4.   AĠĠORNAMENT TA’ XI REFERENZI.

Deskrizzjoni:

L-emenda tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tintuża wkoll biex jiġu aġġornati diversi appuntamenti legali li, minħabba l-mogħdija taż-żmien, kienu diġà skaduti, kif ukoll biex jimmodifikaw xi referenzi bid-data tal-produzzjoni, biex jipprovdu valuri aġġornati, u biex jimmodifikaw xi dettalji ta’ kuntatt tal-Bord Regolatorju.

Il-punti 2, 3, 7, 8 u 9 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott huma emendati u ma jaffettwax id-dokument uniku.

Din hija emenda standard peress li ma tinvolvi l-ebda waħda mill-bidliet previsti-Artikolu 24(3) tar-REGOLAMENT (UE) 2024/1143 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

Raġuni:

Din l-opportunità ttieħdet sabiex jiġu aġġornati xi referenzi skaduti fit-test tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Rías Baixas

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

5.

Inbid spumanti ta’ kwalità

3.1.   Kodiċi tan-nomenklatura magħquda

—

22 – XORB, SPIRTI U ĦALL

2204 – Inbid ta’ għeneb frisk, inkluż inbid imqawwi; most tal-għeneb, ħlief dawk tal-intestatura 2009

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/ inbejjed

1.   Rías Baixas Albariño

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Kulur isfar lewn it-tiben b’toni dehbin jew ħodor. Ċar u jleqq. Riħa: Intensità medja-għolja. Inbid ta’ kumplessità aromatika kbira, jiddominaw l-aromi primarji taċ-ċitru, tal-fjuri u tal-frott u tispikka l-aroma tat-tuffieħ. Togħma: Bilanċ fuq il-palat, kemxejn aċiduż. Struttura tajba, bi kwalità żejtnija medja u b’togħma li ddum fil-ħalq. Togħma li tibqa’ fil-ħalq tal-fjuri u tal-frott.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11,3

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

2.   Inbejjed bojod oħra Rías Baixas

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Kulur isfar lewn it-tiben b’toni dehbin jew ħodor. Ċar u jleqq. Riħa: Ta’ intensità medja u bi preżenza qawwija ta’ aromi primarji (fjuri u/jew frott). Togħma: Kemxejn aċiduża, friska u bilanċjata. Togħma tal-frott li tibqa’ fil-ħalq .

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

3.   Rías Baixas Barrica

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Kulur isfar dehbi. Ċar u jleqq. Riħa: Intensità medja. Aromi primarji u terzjarji integrati sew. Jinżammu l-aromi primarji tal-fjuri u tal-frott flimkien mal-aromi terzjarji tal-injam, li jenfasizzaw l-aromi tax-xiwi, tal-affumikazzjoni, tal-vanilla u tal-frott niexef. Togħma: Struttura tajba, gliċerina u b’togħma li tibqa’ fil-ħalq tal-frott bi ħjiel ta’ vanilla

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 11,5

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 200

4.   Rías Baixas Tinto

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Kulur aħmar lewn iċ-ċirasa b’toni vjola. Intensità tal-kulur medja. Ċar u jleqq. Riħa: Inbejjed b’intensità medja. Dominanza ta’ aromi primarji tal-frott aħmar (frawli, ċawsli, eċċ.) u ta’ aromi veġetali. Togħma: Ħafif fuq il-palat, moderatament tanniku. Iddum għal żmien medju bi ħjiel ta’ frott.

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 20

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 150

5.   Inbid spumanti ta’ kwalità Rías Baixas

DESKRIZZJONI QASIRA

Dehra viżiva: Il-bojod għandhom kulur isfar ċar bi sfumaturi dehbin u l-ħomor għandhom toni vjola. Ċari u jleqqu. Bi bżieżaq fini u li jdumu. Riħa: Dominanza ta’ aromi primarji (fjuri u frott) u aromi sekondarji (tal-ħobż u ta’ xiwi) Togħma: ibbilanċjata fil-ħalq. Frisk u kemxejn aċiduż, b’diossidu tal-karbonju (bżieżaq) integrat sew u togħma tal-frott li tibqa’ fil-ħalq

Karatteristiċi analitiċi

—

Qawwa alkoħolika massima totali (f’% tal-volum): –

—

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum): 10

—

Aċidità totali minima: 3,5 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

—

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 18

—

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 185

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1)   Prattika ta’ kultivazzjoni

L-għeneb se jinqata’ f’ċestuni tal-ħsad jew f’kontenituri oħra awtorizzati mill-Bord Regolatorju.

2)   Prattika enoloġika speċifika

Il-kontenut minimu tal-alkoħol tal-most għandu jkun ta’ 11 % volum għall-varjetà Albariño; 10 għall-bqija tal-inbejjed bojod; 9,5 għall-inbejjed ħomor; u 10 għal dawk maħsuba għall-inbejjed spumanti.

L-inbejjed bojod mhux imqaddma għandhom ismijiet differenti ddeterminati mill-perċentwal tal-varjetajiet użati u miż-żona tal-produzzjoni u tal-ipproċessar tal-għeneb.

Il-kapaċità tal-bittiji għat-tqaddim tal-inbid Rías Baixas Barrica ma taqbiżx is-600 l. It-tul tal-proċess għandu jiġi indikat fuq it-tikketta tiegħu.

L-inbejjed spumanti għandhom jiġu prodotti esklussivament bit-tieni fermentazzjoni fil-flixkun.

5.2.   Rendimenti massimi

12 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

90 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

It-territorju huwa maqsum f’ħames sottożoni, li jinsabu fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia. Dawn huma s-subżoni u l-muniċipalitajiet li jkopru:

—

Val do Salnés: Cambados, Meaño, Sanxenxo, Ribadumia, Meis, Vilanova de Arousa, Portas, Caldas de Reis, Vilagarcía de Arousa, Barro, O Grove u A Illa de Arousa

—

Condado do Tea: Salvaterra de Miño, As Neves, Arbo, Crecente, Salceda de Caselas, Ponteareas, A Cañiza*, Tui* u Mos*.

—

O Rosal: O Rosal, Tomiño, A Garda, Gondomar* u Tui*.

—

Soutomaior: Soutomaior.

—

Ribeira do Ulla: Vedra, Padrón*, Teo*, Boqueixón*, Touro*, A Estrada*, Silleda* u Vila de Cruces*.

Il-muniċipalitajiet immarkati b’(*) mhumiex inklużi fl-intier tagħhom.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

ALBARIÑO

BRANCELLAO

CASTAÑAL

CAÍÑO BLANCO

CAÍÑO TINTO

ESPADEIRO – TORNEIRO

GODELLO

LOUREIRA – LOUREIRO BLANCO

LOUREIRO TINTO

MENCÍA

PEDRAL – DOZAL

RATIÑO GALLEGA

SOUSÓN

TORRONTÉS

TREIXADURA

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Il-klima Atlantika, il-prossimità tal-baħar, il-kultivazzjoni f’artijiet ta’ altitudni ta’ inqas minn 300 m, il-karatteristiċi tal-ħamrija (pH baxx, nuqqas ta’ minerali u ta’ nutrijenti u livell baxx ta’ ħamrija), is-sistema ta’ tħarriġ fuq kannizzata (adattament għall-kundizzjonijiet ta’ umdità għolja) u l-użu tal-varjetajiet awtoktoni, jiddeterminaw il-maturazzjonijiet li jiffavorixxu l-produzzjoni taz-zokkor, li jwasslu għal inbejjed tassew distinti minħabba l-aspett aċiduż tagħhom u l-komponent aromatiku u t-togħma tagħhom.

L-aħjar varjetà, preżenti fil-biċċa l-kbira ta’ dawn l-inbejjed, hija l-Albariño, li tikkaratterizza dawn l-inbejjed. Huwa komuni li d-DOP kollha tieħu isem din il-varjetà.

9.   Kundizzjonijiet oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Ippakkjat fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-ibbottiljar se jsir esklussivament fil-fabbriki tal-inbid li jinsabu fiż-żona ġeografika demarkata u rreġistrati fir-reġistri korrispondenti tal-Bord Regolatorju.

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Fil-każ tal-prodotti fil-kategorija tal-“inbid”, is-sena tal-qtugħ tagħhom hi obbligatorja. L-imballaġġi kollha użati għall-prodotti kollha maħsuba għall-konsum se jingħatalhom siġill innumerat jew tikketta sekondarja li se tiġi pprovduta mill-Bord Regolatorju. Din it-tikketta sekondarja għandha tinkludi l-logo tad-Denominazzjoni tal-Oriġini li jidher fl-Anness II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Link għall-ispeċifikazzjoniji tal-prodott

https://agacal.xunta.gal/sites/default/files/calidade-alimentaria/vinos/PC_DOP_Rias_Baixas_julio_2024_ESP.pdf


(1)   ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7432/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)