|
3.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/485
tat-2 ta’ April 2020
li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom mit-Tajlandja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(i), l-Artikolu 12(1), (4) u (5), l-Artikolu 13(2), u l-Artikoli 15 u 16, u l-Artikolu 19(a) u 19(b) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 (3) jistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u partijiet mit-territorju tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa awtorizzat li jiddaħħlu fl-Unjoni ekwidi u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom. Barra minn hekk, dan jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni veterinarja li tapplika għal dawk il-konsenji. |
|
(2) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolament l-importazzjonijiet tal-ekwidi fl-Unjoni. Tistipula li l-ekwidi importati fl-Unjoni jridu jiġu minn pajjiż terz li jkun ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel. |
|
(3) |
Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjoni fl-Unjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ekwini lejn l-Unjoni. Tistipula li jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss dawk il-komoditajiet li jiġu mill-pajjiżi terzi jew mit-territorji ta’ pajjiżi terzi li huma elenkati f’lista kkumpilata f’konformità ma’ dik id-Direttiva. |
|
(4) |
Ir-regoli speċifiċi għall-kontrolli tal-konsenji fi tranżitu tal-annimali huma stabbiliti fil-Kapitoli III u IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 (4). |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Marzu 2020, it-Tajlandja rrappurtat tifqigħa tal-marda Afrikana taż-żwiemel lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE). Jenħtieġ li d-dħul fl-Unjoni ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi mit-Tajlandja ma jibqgħux jiġu awtorizzati. Għaldaqstant, l-entrata tat-Tajlandja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jenħtieġ li tiġi emendata sabiex id-dħul fl-Unjoni ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi u ta’ prodotti ġerminali ta’ ekwidi mit-Tajlandja ma jibqax awtorizzat. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Minħabba r-riskji għas-saħħa tal-annimali, l-emenda fl-entrata tat-Tajlandja fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/659 jenħtieġ li tidħol fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/659, l-entrata għat-Tajlandja tiġi sostitwita b'dan li ġej:
|
“TH |
it-Tajlandja |
TH-0 |
Il-pajjiż kollu |
G |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
— |
—” |
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ April 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/659 tat-12 ta' April 2018 dwar il-kundizzjonijiet biex jidħlu fl-Unjoni ekwidi ħajjin u s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom (ĠU L 110, 30.4.2018, p. 1).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2124 tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-kontrolli uffiċjali ta’ kunsinni ta’ annimali u ta’ oġġetti fit-tranżitu, fit-trasbord u fit-tkomplija tat-trasport fl-Unjoni, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, (KE) Nru 1251/2008, (KE) Nru 119/2009, (UE) Nru 206/2010, (UE) Nru 605/2010, (UE) Nru 142/2011, (UE) Nru 28/2012, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (ĠU L 321, 12.12.2019, p. 73)