|
22.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9411 — Parker-Hannifin Corporation/Lord Corporation)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 245/07)
1.
Fil-15 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Parker-Hannifin Corporation (“Parker”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Lord Corporation (“Lord”, l-Istati Uniti). |
Parker takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Lord.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Parker hija l-kumpanija azzjonarja tal-Grupp Parker, li timmanifattura teknoloġiji għall-kontroll tal-moviment, għall-purifikazzjoni ta’ fluwidi, għal prodotti li jikkontrollaw fluwidi u fjuwil, għal prodotti ta’ strumentazzjoni, għal air conditioning, għal refriġerazzjoni, għall-protezzjoni elettromanjetika u għal prodotti ta’ ġestjoni termali; |
|
— |
Lord hija kumpanija tat-teknoloġija u tal-manifattura globali u diversifikata li toffri taħlita differenti ta’ prodotti inklużi adeżivi, għall-kisi, sistemi ta’ kontroll tal-vibrazzjoni u tal-moviment ajruspazjali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.9411 — Parker-Hannifin Corporation/Lord Corporation
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ e-mail, ta’ faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).