Official Journal L 324 , 27/12/1969 P. 0023 - 0024
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0006
Danish special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0571
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 3 P. 0006
English special edition: Series I Chapter 1969(II) P. 0588
Greek special edition: Chapter 03 Volume 5 P. 0030
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 3 P. 0181
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 3 P. 0181
Ir-Regolament (KEE) Nru 2602/69 tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1969 dwar iż-żamma tal-proċedura tal-Kumitat ta’ Ġestjoni IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidra Regolament Nru 23 [1] dwar l-istabbiliment progressiv ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u ħxejjex, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2512/69, [2] u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu; Wara li kkunsidra Regolament Nru 24 [3] dwar l-istabbiliment progressiv ta’ organizazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, kif emendat bir-Regolament Nru 92/63/KEE, [4] u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 136/66/KEE [5] tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar it-twaqif ta’ organizzazjoni komuni tas-suq fiż-żjut u xaħam, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2146/68, [6] u partikolarment l-Artikolu 40 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 120/67/KEE [7] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq ta’ ċereali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 [8] u partikolarment l-Artikolu 28 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 121/67 [9] KEE tat- 13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-majjal, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 u partikolarment l-Artikolu 26 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 122/67 [10] KEE tat- 13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-bajd, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 830/68 [11] u partikolarment l-Artikolu 19 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 123/67/KEE [12] tat-13 ta’ Ġunju 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, u partikolarment l-Artikolu 19 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 359/67 [13] KEE tal-25 ta’ Lulju 1967 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tar-ross, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 u partikolarment l-Artikolu 28 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill Nru 1009/67/KEE [14] tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2485/69, [15] u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 [16] tas-27 ta’ Frar 1968 dwar il-waqfien ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq f’siġar ħajjin u pjanti oħrajn, basal tal-fjuri, egħruq u xort’oħra bħalhom, fjuri maqtugħin u weraq ornamentali, u partikolament l-Artikolu 16 tiegħu; Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [17] tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni kommuni tas-suq fil ħalib u ħalib prodotti, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69, u partikolarment l-Artikolu 32 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 [18] tas-27 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-ċanga u vitella, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 u partikolarment l-Artikolu 29 tiegħu; Wara li kkunsidraw Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 865/68 [19] tas-28 ta’ Ġunju 1968 dwar l-organizzazjoni komuni tas-suq tal-prodotti proċessati minn frott u ħxejjex, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2463/69 u partikolarment l-Artikolu 17 tiegħu; Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni; Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew; Billi l-Artikoli hawn fuq imsemmija jipprovdu li fl-aħħar tal-perjodu transitorju l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta’ votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummisjoni ser jiddeċiedi fid-dawl ta’ esperjenza jekk hux ser iżomm jew jekk hux ser jemenda d-dispożizzjonijiet dwar il-proċedura tal-Kumitat ta’ Ġestjoni; Billi l-esperjenza wriet li huwa mixtieq li tinżamm dik il-proċedura anke wara l-perjodu transitorju; ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Kumitati ta’ Ġestjoni fis-setturi diversi tal-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ser tinżamm wara l-iskadenza tal-perjodu transitorju msemmi fl-Artikolu 8 tat-Trattat. Artikolu 2 Dan ir-Regolament ser jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1970. Dan ir-Regolament ser ikun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul Brussel, fit-18 ta’ Diċembru 1969. Għall-Kunsill Il-President P. Lardinois [1] ĠU Ċ 30, 20.4.1962, p. 965/62. [2] ĠU L 318, 18.12.1969, p. 4. [3] ĠU Ċ 30, 20.4.1962, p. 989/62. [4] ĠU Ċ 125, 17.8.1963, p. 2239/63. [5] ĠU Ċ 172, 30.9.1966, p. 3025/66. [6] ĠU L 314, 31.12.1968, p. 1. [7] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2269/67. [8] ĠU L 312, 12.12.1969, p. 3. [9] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2283/67. [10] ĠU L 151, 30.6.1968, p. 23. [11] ĠU Ċ 117, 19.6.1967, p. 2301/67. [12] ĠU Ċ 174, 31.7.1967, p. 1. [13] ĠU Ċ 308, 18.12.1967, p. 1. [14] ĠU L 55, 2.3.1968, p. 1. [15] ĠU L 148, 28.6.1968, p. 13. [16] ĠU L 148, 28.6.1968, p. 24. [17] ĠU L 153, 1.7.1968, p. 8. [18] ĠU L 148, 28.6.1968, p. 24. [19] ĠU L 153, 1.7.1968, p. 8. --------------------------------------------------