|
19.12.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/95 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-17 ta’ Diċembru 2009
li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat minħabba l-għeluq tal-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja
(notifikata bid-dokument numru C(2009) 10032)
(It-testi biċ-Ċek, bl-Ungeriż u bis-Sloven biss huma awtentiċi)
(2009/984/UE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli ddettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
|
(1) |
Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqin mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija u mis-Slovenja dwar in-nefqa fil-qasam tal-mizuri tal-iżvilupp, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet tal-aġenziji ta’ pagament imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (4), kienu approvati għas-snin finanzjari 2005 (5), 2006 (6) 2007 (7) u 2008 (8). Id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rispettivi ġew adottati. |
|
(2) |
L-aġenziji ta’ pagament responsabbli mill-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali għall-2004-2006 tar-Repubblika Ċeka, tal-Ungerija u tas-Slovenja ressqu d-deċiżjoni finali tan-nefqa u t-talba għall-pagament finali qabel il-15 ta’ Ottubru 2008; għalhekk, id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni ta’ kontijiet imsemmija japprovaw in-nefqa sħiħa tal-programm. |
|
(3) |
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jistipula li l-pagamenti totali kkombinati li jsiru fir-rigward tal-programm, qabel il-pagament tal-bilanċ finali, ma għandhomx ikunu aktar minn 95 % tal-impenn tal-komunità għall-programm. |
|
(4) |
Rigward in-nefqa għall-iżvilupp rurali koperta mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 27/2004, il-bilanċ finali li għandu jkun imħallas jew li għandu jkun irkuprat, se jkun ikkalkulat fuq il-bażi tal-aħħar deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u fuq informazzjoni supplimentari provduta mir-Repubblika Ċeka, mill-Ungerija u mis-Slovenja skont il-premessa 5 li tidher hawn taħt. |
|
(5) |
Fid-dawl tal-għeluq tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali, l-Istati Membri kkonċernati kienu mitluba jipprovdu informazzjoni dwar id-debiti pendenti tal-programmi. Id-dejta dwar id-debiti kienet ivverifikata u kkunsidrata mill-Kummissjoni meta ġie kkalkulat il-bilanċ finali. |
|
(6) |
Minħabba l-fatt li l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, l-Polonja u s-Slovakkja ma ressqux dikjarazzjoni finali tan-nefqa jew talba għal pagament finali qabel il-15 ta’ Ottubru 2008, se jkun propost l-għeluq ta’ programmi rispettivi f’Deċiżjoni futura. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għal deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni ħlief min-nefqa tal-finanzjament tal-Komunità li ma tiġix affettwata skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammont tal-bilanċ finali li jista’ jkun irkuprat minn jew li hu pagabbli lil kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Rigward il-kontijiet tal-aġenziji ta’ pagament tal-Istati Membri fil-qasam tal-iżvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, f’Ċipru, fil-Latvja, fil-Litwanja, f’Malta, fil-Polonja u fis-Slovakkja, l-għeluq tal-programm ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali għandu jkun suġġett għal Deċiżjoni futura.
Artikolu 3
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.
(3) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.
(4) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(5) ĠU L 118, 3.5.2006, p. 20 u ĠU L 122, 11.5.2007, p. 47.
(6) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 41.
ANNESS
Programmi ta' Żvilupp Rurali Tranżizzjonali: Nefqa ddikjarata 2000/06, bilanċ finali u diżimpenn tal-kofinanzjar tal-UE
|
(EUR) |
||||
|
Stati Membri ġodda: |
CZ |
HU |
SI |
|
|
Nefqa ddikjarata 2004/08 |
||||
|
A |
Ammont totali impenjat għall-programm |
542 800 000,00 |
602 300 000,00 |
281 600 000,00 |
|
B |
Nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri sal-15.10.2008 |
542 799 982,00 |
602 096 646,00 |
282 041 275,00 |
|
C |
Nefqa annwali approvata |
|
|
|
|
2004 |
|
|
|
|
|
2005 |
145 160 224,00 |
37 272 434,19 |
73 638 853,19 |
|
|
2006 |
176 481 317,23 |
296 024 258,77 |
118 941 385,27 |
|
|
2007 |
188 407 840,07 |
178 498 827,76 |
88 853 612,73 |
|
|
2008 |
32 399 539,50 |
90 290 537,46 |
607 424,53 |
|
|
Nefqa totali approvata 2004/08 |
542 448 920,80 |
602 086 058,18 |
282 041 275,72 |
|
|
Bilanċ finali u diżimpenn tal-kofinanzjar tal-UE (sitwazzjoni fl-għeluq) |
||||
|
D |
Nefqa totali eliġibbli (l-inqas: B jew C) |
542 448 920,80 |
602 086 058,18 |
282 041 275,00 |
|
E |
Tnaqqas: Irregolaritajiet irkuprati mill-Istati Membri li għandhom jitnaqqsu mill-bilanċ finali |
249 112,34 |
1 352 932,08 |
2 438 683,32 |
|
F |
Nefqa totali eliġibbli li għandha tkun rimburżata (D-E) |
542 199 808,46 |
600 733 126,10 |
279 602 591,68 |
|
G |
Tnaqqas: Pagamenti bil-quddiem imħallsa |
86 848 000,00 |
96 368 000,00 |
45 056 000,00 |
|
H |
Tnaqqas: INT diġà mħallsa |
428 812 000,00 |
475 817 000,00 |
222 464 000,00 |
|
I |
Pagament jew Irkupru tal-bilanċ finali nett (F-G-H) |
26 539 808,46 |
28 548 126,10 |
12 082 591,68 |