|
15.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 294/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2237
tal-14 ta’ Novembru 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 fir-rigward ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2241 tal-14 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK fir-rigward ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1).
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2010/788/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“RDK”), inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom. |
|
(2) |
Ir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNSCR”) 2641 (2022) emendat il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ persuni u entitajiet li għandhom ikunu soġġetti għall-miżuri restrittivi stabbiliti fil-paragrafi 9 u 11 tal-UNSCR 1807 (2008), kif ukoll il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligu ta’ notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont l-UNSCR 1533 (2004) ta’ vjeġġi ta’ armi u materjal relatat għar-RDK, jew kwalunkwe għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament, servizzi ta’ senserija u servizzi oħra relatati ma’ attivitajiet militari fir-RDK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2241 tagħti effett lill-UNSCR 2641 (2022). |
|
(3) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija għalhekk meħtieġa sabiex tagħti effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2241. |
|
(4) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1a, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-għoti ta’ assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ attivitajiet militari lil xi persuna, entità jew korp mhux governattiv jew ieħor fir-RDK, jew għall-użu fir-RDK, minbarra l-għoti ta’ dik l-assistenza lill-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-RDK (“Monusco”) jew lit-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Afrikana, jew relatat ma’ tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv f’konformità mal-Artikolu 1b(1), għandu jiġi nnotifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont il-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet”). Tali notifika għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha relevanti, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta tal-kunsinna u l-itinerarju tal-merkanzija.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 1b (1), il-punt b huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 2a(1), jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Ara l-paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 fir-rigward ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).