|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1341 |
9.7.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1341
tat-8 ta’ Lulju 2025
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ April 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 (1), li stabbiliet Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) b’mandat sad-19 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Fis-6 ta’ Settembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/2396 (2) li estendiet l-EUTM RCA sad-19 ta’ Settembru 2025. |
|
(3) |
Fit-30 ta’ April 2025, fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku tal-EUTM RCA, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li jenħtieġ li l-mandat tal-EUTM RCA jiġi estiż sad-19 ta’ Settembru 2026 u li jenħtieġ li Rieżami Strateġiku fil-bidu tal-2026 jippreżenta għażliet għall-futur tal-Missjoni. |
|
(4) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 10, jiżdied il-paragrafu li ġej: “8. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-EUTM RCA għall-perjodu mill-20 ta’ Settembru 2025 sad-19 ta’ Settembru 2026 għandu jkun ta’ EUR 11 400 000. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun 0 % f’impenji u 0 % għal pagamenti.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Soġġett għal Rieżami Strateġiku li għandu jitwettaq kmieni fl-2026, il-mandat tal-EUTM RCA għandu jintemm fid-19 ta’ Settembru 2026.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
S. LOSE
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/610/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2396 tas-6 ta’ Settembru 2024 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/610 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (ĠU L, 2024/2396, 6.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2396/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1341/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)