10.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8520 — Cinven/CPPIB/GTA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 262/04)

1.

Fl-4 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriżi Cinven Capital Management (V) General Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit) u Canada Pension Plan Investment Board (“CPPIB”, il-Kanada) skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet jakkwistaw kontroll konġunt fuq GTA Travel Holding Ltd, Kuoni Holdings u s-sussidjarji tagħha (flimkien “GTA”) permezz tax-xiri tal-ishma. Cinven u CPPIB jikkontrollaw konġuntament Hotelbeds Group (Spanja).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Cinven: impriża ta’ ekwità privata impenjata fil-provvediment ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment għal għadd ta’ fondi tal-investiment.

—   għal CPPIB: organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-investiment maħluqa minn Att tal-Parlament biex tinvesti l-fondi tal-Pjan tal-Pensjoni tal-Kanada.

—   għal GTA: intermedjazzjoni ta’ servizzi tal-ivvjaġġar, b’mod partikolari għal intermedjazzjoni ta’ negozju ma’ negozju tal-akkomodazzjoni fil-lukandi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8520 — Cinven/CPPIB/GTA, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).