|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/1655 |
13.3.2026 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(C/2026/1655)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikataf’konformità mal-Artikolu 17(5)tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
“Côtes de Thongue”
PGI-FR-A1110-AM01
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Deskrizzjoni organolettika tal-prodotti
It-Taqsima 3.3 tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet issupplimentata biex takkomoda żidiet mad-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed tal-IĠP.
Id-dokument uniku ġie ssupplimentat fit-taqsima intitolata “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed”.
2. Żona fil-viċinanza immedjata
It-Taqsima 4.2 tal-Kapitolu I – Żona fil-viċinanza immedjata – tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet emendata. Il-lista tal-muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet aġġornata, mingħajr ebda tibdil, skont il-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2021.
Din l-emenda editorjali tippermetti li ż-żona ġeografika tiġi identifikata b’referenza għall-verżjoni tal-2021 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, li huwa aġġornat mill-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi (INSEE, Institut national de la statistique et des études économiques), u tagħti lid-delimitazzjoni taż-żona ġeografika ċertezza legali. L-istess referenza ddaħħlet fid-dokument uniku taħt l-intestaturi “Żona fil-viċinanza immedjata”.
It-taqsima tad-dokument uniku intitolata “Rekwiżiti addizzjonali – Żona fil-viċinanza immedjata” ġiet aġġornata.
3. Varjetajiet ta’ dwieli
It-Taqsima 5 tal-Kapitolu I – Varjetajiet ta’ dwieli – tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet emendata.
Il-lista tal-varjetajiet magħżula għall-produzzjoni tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet emendata kif ġej:
|
— |
Introduzzjoni ta’ 17-il varjetà magħrufa bħala “reżistenti” għall-mard tad-dwieli: Artaban N, Bronner B, Cabernet blanc B, Cabernet Cortis N, Floreal B, Johanniter B, Monarch N, Muscaris B, Pinotin N, Prior N, Saphira B, Sauvignac B, Solaris B, Soreli B, Souvigner gris B, Vidoc N u Voltis B. |
|
— |
Introduzzjoni ta’ 14-il varjetà b’potenzjal li jadattaw għat-tibdil fil-klima: Agiorgitiko N, Assyrtiko B, Calabrese N, Carricant B, Fiano B, Montepulciano N, Moschofilero Rs, Parellada N, Primitivo N, Roditis Rs, Saperavi N, Touriga Nacional N, Verdejo B, Xinomavro Rs. |
|
— |
It-tneħħija ta’ 20 varjetà mhux irreġistrati li qegħdin jintużaw fil-produzzjoni: Auxerrois B, Baco blanc B, Clairette rose Rs, Clarin B, Couderc noir N, Gamay de Chaudenay N, Jurançon blanc B, Landal N, Lival N, Maréchal Foch N, Müller-Thurgau B, Muscadelle B, Muscat à petits grains rouges Rg, Muscat à petits grains roses Rs, Ravat Blanc B, Rayon d’or B, Savagnin Rose Rs, Valérien B, Villard noir N. |
Il-varjetajiet li żdiedu huma magħrufa li huma reżistenti għan-nixfa u għall-mard fungali. B’karatteristiċi fiżjoloġiċi u enoloġiċi simili għall-varjetajiet użati fil-produzzjoni tal-IĠP, dawn inaqqsu l-ħtieġa tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Ma jinvolvu l-ebda bidla fil-karatteristiċi tal-inbejjed tal-IĠP.
L-emenda tal-lista tal-varjetajiet magħżula għall-varjetajiet tad-dwieli tal-IĠP taffettwa d-dokument uniku fit-taqsima intitolata “Varjetajiet jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed”.
4. Rendiment massimu tal-produzzjoni
It-Taqsima 6 tal-Kapitolu I – Rendiment massimu tal-produzzjoni – tal-ispeċifikazzjoni tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet emendata.
Din l-emenda tgħolli r-rendiment għall-inbejjed rożè minn 90 għal 100 hl/ha. Ir-rendiment għall-inbejjed ħomor u bojod jibqa’ l-istess, 90 hl/ha. L-għan huwa li l-operaturi jiġu megħjuna jissodisfaw id-domanda dinamika tas-suq għall-inbejjed rożè, li qed tiżdied b’rata mgħaġġla.
It-taqsima “Rendimenti massimi għal kull ettaru” tad-dokument uniku ġiet emendata.
5. Rabta maż-żona ġeografika
It-Taqsima 8 tal-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP Côtes de Thongue ġiet emendata biex tinbidel il-formulazzjoni dwar ir-rabta maż-żona ġeografika.
It-taqsima “Rabta maż-żona ġeografika” tad-dokument uniku ġiet emendata.
6. Korp ta’ spezzjoni
Il-Kapitolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-IĠP Côtes de Thongue ġie emendat biex tiġi ssimplifikata t-taqsima intitolata “Korp ta’ spezzjoni”, billi ġie speċifikat li l-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għandha tiġi vverifikata skont pjan ta’ kontroll approvat u minn korp terz iddelegat mill-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u l-Kwalità (INAO, Institut national de l’origine et de la qualité) u li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza.
Din is-simplifikazzjoni ma taffettwax id-dokument uniku.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Côtes de Thongue
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
IĠP – Indikazzjoni ġeografika protetta
3. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
5. |
Inbid spumanti ta’ kwalità |
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 – XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 – inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
1. Inbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass - Deskrizzjoni organolettika
DESKRIZZJONI QASIRA
Il-vinifikaturi tal-IĠP Côtes de Thongue jsostnu tradizzjoni ta’ coupage ta’ varjetajiet differenti ta’ dwieli f’żona speċifika, jiġifieri l-Wied ta’ Thongue. Il-filosofija tagħhom hija simili għal dik li tirfed is-sistema tad-DOP, li fiha tiġi enfasizzata l-importanza tat-terroir.
L-inbejjed rożè huma magħmula minn coupages ta’ varjetajiet emblematiċi mir-reġjun ta’ Occitanie (Grenache noir, Cinsault, Syrah, Mourvèdre, eċċ.) ma’ varjetajiet miġjuba minn reġjuni oħra (Cabernet franc, Cabernet sauvignon, Merlot, Pinot, eċċ.), kultant assoċjati ma’ varjetajiet ta’ għeneb abjad jew griż (Vermentino, Grenache blanc jew gris, eċċ.). L-inbejjed li jirriżultaw tipikament ikollhom kulur roża ċar u huma pjaċevolment friski fil-palat, bi fwieħa qawwija u kumplessa bbażata fuq aromi ta’ ħawħ, berquq, ribes iswed u banana.
L-inbejjed ħomor huma magħmula minn firxa wiesgħa ta’ varjetajiet ta’ dwieli, maħsuda fi stadju avvanzat ta’ sajran biex jippermettu l-produzzjoni ta’ nbejjed strutturati li spiss jitqaddmu fil-bettija. Għandhom it-tendenza li jkunu strutturati b’mod delikat, b’tannini fini, żviluppati tajjeb u armonjużi, u aromi kumplessi ta’ frott aħmar, frott iswed u ħwawar.
L-inbejjed bojod huma magħmula mill-varjetajiet Muscats, Sauvignon, Vermentino jew Viognier, b’coupage ta’ varjetajiet emblematiċi mir-reġjun u ta’ oħrajn minn bnadi oħra. Dawn l-inbejjed eleganti għandhom korporatura sħiħa u huma magħrufa għall-freskezza tagħhom, b’aromi li jvarjaw minn ta’ frott taċ-ċitru għal frott eżotiku jew noti tal-fjuri (tilju, żahar tal-larinġ, eċċ.) skont il-varjetajiet użati.
2. Inbejjed ħomor, rożè u bojod bla gass - Deskrizzjoni analitika
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mill-inqas 45 g/l għandhom kontenut ta’ aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 24,48 meq/l.
Fil-każ tad-dealkoħolizzazzjoni, il-qawwa alkoħolika effettiva minima skont il-volum tista’ titnaqqas għal 9,5 %.
Il-livelli għall-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, l-aċidità totali, l-aċidità volatili u t-totali tad-diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11,5 |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
3. Inbejjed ħomor, rożè u bojod minn għeneb misjur iżżejjed - Deskrizzjoni organolettika
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed magħmulin minn għeneb misjur iżżejjed għandhom livelli għoljin ta’ kontenut ta’ zokkor u jiżviluppaw aromi kumplessi ta’ frott imsajjar, b’kuluri li jvarjaw minn ambra sa sfumaturi lewn il-fuħħar.
4. Inbejjed ħomor, rożè u bojod minn għeneb misjur iżżejjed - Deskrizzjoni analitika
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed b’kontenut ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju) ta’ mill-inqas 45 g/l għandhom kontenut ta’ aċidità volatili ta’ mhux aktar minn 24,48 meq/l.
Għall-inbejjed minn għeneb misjur izżejjed, il-livelli (minimi jew massimi) għall-aċidità totali, l-aċidità volatili, il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Inbid spumanti ta’ kwalità (ħomor, rożè u bojod)
DESKRIZZJONI QASIRA
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità jridu jsiru esklużivament bl-użu tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja tal-flixkun. Għandhom bżieżaq fini u eleganti b’aromi ta’ fjuri jew ta’ frott skont il-varjetajiet użati għall-cuvée.
Il-livelli (minimi jew massimi) għall-aċidità totali, l-aċidità volatili, il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum, il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum u t-total ta’ diossidu tal-kubrit huma dawk stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE.
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): — |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum) — |
|
— |
Aċidità totali minima: — |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): — |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): — |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
1. Prattika enoloġika speċifika
Fil-każ tad-dealkoħolizzazzjoni, il-qawwa alkoħolika effettiva minima skont il-volum tista’ titnaqqas għal 9,5 %.
L-inbejjed spumanti ta’ kwalità bl-indikazzjoni ġeografika protetta Côtes de Thongue għandhom isiru esklużivament bl-użu tal-metodu tal-fermentazzjoni sekondarja fil-flixkun.
Minbarra d-dispożizzjoni stabbilita hawn fuq, il-prattiki enoloġiċi adottati għall-inbejjed għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu.
5.2. Rendimenti massimi
1. Inbejjed ħomor u bojod
90 ettolitru għal kull ettaru
2. Inbejjed rożè
100 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika definita
Il-ħsad tal-għeneb u l-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed li għandhom l-IĠP Côtes de Thongue jridu jsiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Hérault:
Alignan-du-Vent, Abeilhan, Autignac, Coulobres, Espondeilhan, Fouzilhon, Gabian, Magalas, Margon, Montblanc, Montesquieu, Néffiès, Nézignan-l'Evêque, Pouzolles, Puimisson, Puissalicon, Roujan, Saint-Geniès de Fontedit, Saint-Thibéry, Servian, Tourbes, Vailhan, Valros.
7. Varjetà jew varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid
Agiorgitiko N
Alicante Henri Bouschet N
Alphonse Lavallée N
Altesse B
Alvarinho – Albariño
Aramon N
Aramon blanc B
Aramon gris G
Aranel B
Arinarnoa N
Artaban N
Arvine B – Petite Arvine
Assyrtiko B
Aubun N – Murescola
Bourboulenc B – Doucillon blanc
Bronner B
Cabernet Blanc B
Cabernet Cortis N
Cabernet Franc N
Cabernet Sauvignon N
Calabrese N
Caladoc N
Cardinal Rg
Carignan N
Carignan blanc B
Carménère N
Carricante
Chambourcin N
Chardonnay B
Chasan B
Chasselas B
Clairette Rose Rs
Chenanson N
Chenin B
Cinsaut N – Cinsault
Clairette B
Colombard B
Côt N – Malbec
Counoise N
Danlas B
Egiodola N
Fer N – Fer Servadou, Braucol, Mansois, Pinenc
Fiano
Floréal B
Gamay N
Gewürztraminer Rs
Grenache N
Grenache blanc B
Grenache gris G
Gros Manseng B
Johanniter B
Listan B – Palomino
Lledoner pelut N
Macabeu B – Macabeo
Marsanne B
Marselan N
Mauzac B
Merlot N
Meunier N
Monarch N
Montepulciano
Morrastel N – Minustellu, Graciano
Moschofilero Rs
Mourvèdre N – Monastrell
Muscardin N
Muscaris B
Muscat d’Alexandrie B – Muscat, Moscato
Muscat de Hambourg N – Muscat, Moscato
Muscat à petits grains blancs B – Muscat, Moscato
Nielluccio N – Nielluciu
Négrette N
Parrellada B
Petit Manseng B
Petit Verdot N
Picardan B – Araignan
Pinot Gris G
Pinot Noir N
Pinotin N
Piquepoul blanc B
Piquepoul gris G
Piquepoul noir N
Plant droit N – Espanenc
Portan N
Primitivo N – Zinfandel
Prior N
Riesling B
Rivairenc N – Aspiran noir
Rivairenc blanc B – Aspiran blanc
Roditis Rs
Roussanne B
Rubilande Rs
Saperavi N
Saphira B
Sauvignac
Sauvignac B
Sauvignon B – Sauvignon blanc
Sauvignon Gris G
Sciaccarello N
Sémillon B
Servant B
Seyval B
Solaris B
Soreli B
Souvignier Gris Rs
Sylvaner B
Syrah N – Shiraz
Tannat N
Tempranillo N
Terret blanc B
Terret gris G
Terret noir N
Touriga Nacional N
Ugni Blanc B
Verdejo B
Verdelho B
Vermentino B – Rolle
Vidoc N
Villard blanc B
Viognier B
Voltis B
Xinomavro N
8. Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet
8.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Ir-reġjun tal-vitikultura Côtes de Thongue jinkludi 23 raħal fit-triangolu ta’ Faugères-Pézenas-Béziers li jkopri ż-żona tal-ġbir tal-ilma tat-Thongue, tributarju tax-Xmara Hérault fir-reġjun ta’ Languedoc fin-Nofsinhar ta’ Franza. It-Thongue tnixxi mill-ewwel għoljiet baxxi ta’ Cévennes qabel ma tingħaqad max-xmara Hérault f’Saint-Thibéry, raħal fil-limiti taż-żona tal-Côtes de Thongue li tinsab 10 km ’il bogħod mill-Baħar Mediterran. Maż-żmien, il-kanal tal-ilma fforma l-pajsaġġ distintiv u miftuħ ħafna tal-Côtes de Thongue. Din is-sensiela ta’ għoljiet immewġin, magħrufa lokalment bħala “puechs”, tagħti l-kadenza lit-terren u tkisser il-linearità tiegħu. Permezz tal-erożjoni, it-Tongue naqqxet wied relattivament wiesa’ u baxx b’ħamrija li hija adattata sew għad-dwieli li jokkupaw il-biċċa l-kbira tal-art agrikola. Mill-ħafna tipi differenti ta’ ħamrija fil-Côtes de Thongue, uħud mill-aktar karatteristiċi huma t-terrazzi tal-ġebel li jmorru lura għall-Era Villafranchiana, il-marls bir-ramel u ż-żrar, il-ġebel tal-ġir tal-lagi u l-ħamrija bit-tafal u l-ġebel tal-ġir. Il-biċċa l-kbira tad-dwieli huma mħawla fuq terrazzi antiki u koni alluvjali, inklinazzjonijiet ġentili, plateaux tal-ġebel tal-ġir u inklinazzjonijiet, jew għoljiet tal-molassa tat-trab ġulġlieni ramli. Il-maġġoranza tal-vinji jinsabu f’altitudni ta’ bejn 50 m u 100 m, fejn jiksbu l-benefiċċju sħiħ tal-klima Mediterranja: temp moderat fix-xitwa, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa b’ammonti jvarjaw ta’ xita, u sjuf sħan u xotti. Il-medja tax-xita ma taqbiżx is-600 mm matul is-sena.
8.2. Speċifiċità tal-prodott
Bil-pożizzjoni tiegħu bejn iż-żona tal-laguna kostali u l-għoljiet baxxi tal-Haut-Languedoc, dan it-territorju minn dejjem kien art li jgħaddu minnha ħafna nies. Sa minn żmien ir-Rumani ’l quddiem, kienet tgħaddi minnu l-Via Domitia, li ħeġġet l-istabbiliment tal-vinji. Wara li sofrew għadd suċċessiv ta’ invażjonijiet, in-nies żviluppaw organizzazzjoni kollettiva b’saħħitha li kienet riflessa fil-ħabitat tagħhom ta’ rħula fortifikati mibnija b’formazzjoni unikament konċentrika. Iż-żona tad-dwieli espandiet b’mod sinifikanti fis-sekli 19 u 20, fejn inizjalment iffokat fuq ix-xarbiet spiritużi u aktar tard, mill-1850 ’il quddiem, fuq l-inbejjed għall-konsum. L-ispirtu kollettiv wassal lill-vitikulturi biex jiffurmaw unjoni fi stadju bikri ħafna biex jippromwovu l-aħjar inbejjed tagħhom taħt id-denominazzjoni Côtes de Thongue. Dan wasal biex ingħata l-istatus ta’ “Vin de Pays” bid-Digriet tal-5 ta’ April 1982. Sabiex tibni fuq dan il-momentum u tirrifletti aħjar ir-realtà ġeografika tat-territorju, iż-żona tal-IĠP ġiet estiża biex tinkludi 9 muniċipalitajiet oħra, biex żdiedet minn 14 għal 23. Il-kundizzjonijiet eteroġeni tal-ħamrija u tal-klima ppermettew it-tħawwil strateġiku ta’ varjetajiet bi ħtiġijiet ekoloġiċi differenti, bħall-varjetajiet tal-Mediterran fl-aktar siti xotti u l-varjetajiet introdotti aktar reċentement fil-ħamrija aktar fonda. Din id-diversità tippermetti l-produzzjoni ta’ varjetà rikka ta’ nbejjed, li jvarjaw minn inbejjed bla gass sa nbejjed ta’ għeneb misjur izżejjed. L-avvanzi teknoloġiċi riċenti jfissru li skont il-kundizzjonijiet tal-vinifikazzjoni u tat-tqaddim, l-inbejjed ħomor huma jew lixxi u b’togħma ta’ frott jew pikkanti u robusti. Il-vinifikaturi ġeneralment ifittxu bilanċ bejn it-togħma tal-frott u l-eleganza fl-inbejjed bojod u rożè. Il-biċċa l-kbira tal-produzzjoni hija bbottiljata fiż-żona tal-produzzjoni, bi kważi 70 % esportata, prinċipalment fl-Ewropa iżda wkoll lejn l-Istati Uniti u l-Ġappun.
8.3. Rabta kawżali bejn l-ispeċifiċità taż-żona ġeografika u l-ispeċifiċità tal-prodott
Ir-reġjun tal-vitikultura ta’ Côtes de Thongue jgawdi klima Mediterranja omoġenja li fiha kull varjetà ta’ dwieli ssir sew. Huma u jikkonvertu l-vinji matul l-aħħar 40 sena, il-vitikulturi setgħu juru l-għarfien espert tagħhom fl-adattament tal-varjetajiet ta’ dwieli għad-diversità tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija fiż-żona, u b’hekk setgħu jiksbu l-espressjoni ottimali tagħhom. Minkejja din id-diversità, u kemm jekk ippreżentati bħala coupage kif ukoll bħala varjetà speċifika ta’ dwieli, dawn l-inbejjed kollha għandhom l-istess karattru Mediterranju qawwi, bilanċ u aromi distintivi bbażati fuq frott misjur b’noti veġetali sottili. In-network qrib ħafna ta’ xulxin tal-kantini tad-dewqan ħeġġeġ l-iżvilupp tal-bejgħ dirett u fisser li l-inbejjed tal-Côtes de Thongue malajr saru magħrufa sew. Kull sena jiġu organizzati ħafna avvenimenti, inklużi mixjiet bejn id-dwieli u ljieli miftuħa fis-sajf, sabiex in-nies ikunu jistgħu jiskopru l-vinji u l-inbejjed tagħhom bħala parti mill-patrimonju taż-żona. Minbarra l-idoneità naturali taż-żona għall-vitikultura, id-determinazzjoni, l-impenn u l-ħila tal-produtturi se jkomplu jkollhom rwol deċiżiv fil-produzzjoni u r-reputazzjoni tal-inbejjed Côtes de Thongue u fil-protezzjoni tal-vinji. Ġiet stabbilita inizjattiva kollettiva biex tippreserva u tippromwovi l-bijodiversità, u b’hekk tintegra bis-sħiħ l-IĠP Côtes de Thongue fi pjan komprensiv għall-użu tal-art u l-iżvilupp sostenibbli. Il-fama tal-inbejjed tal-Côtes de Thongue issa tmur ferm lil hinn minn Franza, kif muri mill-premji ripetuti li ngħataw mill-Parker’s Wine Buyer’s Guide u mir-rivista Wine Spectator. Huwa l-impenn kollettiv min-naħa tal-vitikulturi u l-għan komuni tagħhom li jippromwovu d-denominazzjoni tagħhom b’mod kemm jista’ jkun mifrux li għamel dan possibbli. Billi l-inbejjed huma magħrufa mad-distributuri u l-professjonisti fis-settur tal-inbid, din ir-reputazzjoni fformat gradwalment maż-żmien bis-saħħa tal-kwalità tal-inbejjed u l-uniċità tal-coupages.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Tikkettar
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Rekwiżiti addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
L-IĠP Côtes de Thongue tista’ tiġi ssupplimentata bl-isem ta’ varjetà waħda jew aktar ta’ dwieli.
L-IĠP Côtes de Thongue tista’ tiġi ssupplimentata bit-terminu “primeur”. Dan it-terminu huwa riżervat għall-inbejjed bla gass.
Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea għandu jidher fuq it-tikketta jekk il-kliem “Indication géographique protégée” (Indikazzjoni Ġeografika Protetta) jiġi ssostitwit bit-terminu tradizzjonali “Vin de Pays”.
Żona fil-viċinanza immedjata
Qafas legali
Leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali
Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika definita
Deskrizzjoni tar-rekwiżit
Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-produzzjoni u l-iżvilupp tal-inbejjed bla gass, tal-inbejjed minn għeneb misjur izżejjed u tal-inbejjed spumanti ta’ kwalità bl-IĠP Côtes de Thongue tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin fid-dipartiment ta’ Hérault, f’konformità mal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali għall-2021:
Adissan, Agde, Agel, Agonès, Aigne, Aigues-Vives, Les Aires, Aniane, Arboras, Argelliers, Aspiran, Assas, Assignan, Aumelas, Aumes, Avène, Azillanet, Babeau-Bouldoux, Baillargues, Balaruc-les-Bains, Balaruc-le-Vieux, Bassan, Beaufort, Beaulieu, Bédarieux, Bélarga, Berlou, Bessan, Béziers, Boisseron, Boisset, La Boissière, Le Bosc, Boujan-sur-Libron, Le Bousquet-d'Orb, Bouzigues, Brenas, Brignac, Brissac, Buzignargues, Cabrerolles, Cabrières, Cambon-et-Salvergues, Campagnan, Campagne, Camplong, Candillargues, Canet, Capestang, Carlencas-et-Levas, Cassagnoles, Castanet-le-Haut, Castelnau-de-Guers, Castelnau-le-Lez, Castries, La Caunette, Causse-de-la-Selle, Causses-et-Veyran, Caussiniojouls, Caux, Le Caylar, Cazedarnes, Cazevieille, Cazilhac, Cazouls-d'Hérault, Cazouls-lès-Béziers, Cébazan, Ceilhes-et-Rocozels, Celles, Cers, Cessenon-sur-Orb, Cesseras, Ceyras, Clapiers, Claret, Clermont-l'Hérault, Colombières-sur-Orb, Colombiers, Combaillaux, Combes, Corneilhan, Courniou, Cournonsec, Cournonterral, Creissan, Le Crès, Le Cros, Cruzy, Dio-et-Valquières, Entre-Vignes, Fabrègues, Faugères, Félines-Minervois, Ferrals-les-Montagnes, Ferrières-les-Verreries, Ferrières-Poussarou, Florensac, Fontanès, Fontès, Fos, Fozières, Fraisse-sur-Agout, Frontignan, Galargues, Ganges, Garrigues, Gigean, Gignac, Gorniès, Grabels, Graissessac, La Grande-Motte, Guzargues, Hérépian, Jacou, Joncels, Jonquières, Juvignac, Lacoste, Lagamas, Lamalou-les-Bains, Lansargues, Laroque, Lattes, Laurens, Lauret, Lauroux, Lavalette, Lavérune, Lespignan, Lézignan-la-Cèbe, Liausson, Lieuran-Cabrières, Lieuran-lès-Béziers, Lignan-sur-Orb, La Livinière, Lodève, Loupian, Lunas, Lunel, Lunel-Viel, Maraussan, Marseillan, Marsillargues, Mas-de-Londres, Les Matelles, Mauguio, Maureilhan, Mérifons, Mèze, Minerve, Mireval, Mons, Montady, Montagnac, Montarnaud, Montaud, Montbazin, Montels, Montferrier-sur-Lez, Montouliers, Montoulieu, Montpellier, Montpeyroux, Moulès-et-Baucels, Mourèze, Mudaison, Murles, Murviel-lès-Béziers, Murviel-lès-Montpellier, Nébian, Nissan-lez-Enserune, Nizas, Notre-Dame-de-Londres, Octon, Olargues, Olmet-et-Villecun, Olonzac, Oupia, Pailhès, Palavas-les-Flots, Pardailhan, Paulhan, Pégairolles-de-Buèges, Pégairolles-de-l'Escalette, Péret, Pérols, Pézenas, Pézènes-les-Mines, Pierrerue, Pignan, Pinet, Plaissan, Les Plans, Poilhes, Pomérols, Popian, Portiragnes, Le Pouget, Le Poujol-sur-Orb, Poujols, Poussan, Pouzols, Le Pradal, Prades-le-Lez, Prades-sur-Vernazobre, Prémian, Le Puech, Puéchabon, Puilacher, Puisserguier, Quarante, Restinclières, Rieussec, Riols, Les Rives, Romiguières, Roquebrun, Roqueredonde, Roquessels, Rosis, Rouet, Saint-André-de-Buèges, Saint-André-de-Sangonis, Saint-Aunès, Saint-Bauzille-de-la-Sylve, Saint-Bauzille-de-Montmel, Saint-Bauzille-de-Putois, Saint-Brès, Saint-Chinian, Saint-Clément-de-Rivière, Sainte-Croix-de-Quintillargues, Saint-Drézéry, Saint-Étienne-d'Albagnan, Saint-Étienne-de-Gourgas, Saint-Étienne-Estréchoux, Saint-Félix-de-l'Héras, Saint-Félix-de-Lodez, Saint-Gély-du-Fesc, Saint-Geniès-des-Mourgues, Saint-Geniès-de-Varensal, Saint-Georges-d'Orques, Saint-Gervais-sur-Mare, Saint-Guilhem-le-Désert, Saint-Guiraud, Saint-Hilaire-de-Beauvoir, Saint-Jean-de-Buèges, Saint-Jean-de-Cornies, Saint-Jean-de-Cuculles, Saint-Jean-de-Fos, Saint-Jean-de-la-Blaquière, Saint-Jean-de-Minervois, Saint-Jean-de-Védas, Saint-Julien, Saint-Just, Saint-Martin-de-l'Arçon, Saint-Martin-de-Londres, Saint-Mathieu-de-Tréviers, Saint-Maurice-Navacelles, Saint-Michel, Saint-Nazaire-de-Ladarez, Saint-Nazaire-de-Pézan, Saint-Pargoire, Saint-Paul-et-Valmalle, Saint-Pierre-de-la-Fage, Saint-Pons-de-Thomières, Saint-Pons-de-Mauchiens, Saint-Privat, Saint-Saturnin-de-Lucian, Saint-Sériès, Saint-Vincent-de-Barbeyrargues, Saint-Vincent-d'Olargues, Salasc, La Salvetat-sur-Agout, Saturargues, Saussan, Saussines, Sauteyrargues, Sauvian, Sérignan, Sète, Siran, Sorbs, Soubès, Le Soulié, Soumont, Sussargues, Taussac-la-Billière, Teyran, Thézan-lès-Béziers, La Tour-sur-Orb, Tressan, Le Triadou, Usclas-d'Hérault, Usclas-du-Bosc, La Vacquerie-et-Saint-Martin-de-Castries, Vacquières, Vailhauquès, Valergues, Valflaunès, Valmascle, Valras-Plage, Vélieux, Vendargues, Vendémian, Vendres, Verreries-de-Moussans, Vias, Vic-la-Gardiole, Vieussan, Villemagne-l'Argentière, Villeneuve-lès-Béziers, Villeneuve-lès-Maguelone, Villeneuvette, Villespassans, Villetelle, Villeveyrac, Viols-en-Laval, Viols-le-Fort.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/1655/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)