Official Journal L 302 , 20/11/2003 P. 0034 - 0036
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/805/CFSP tas-17 ta' November 2003 fuq l-universalità u t-tisħiħ tal-ftehim multilaterali fil-qasam tal-kontroll ta' l-armi nukleari (f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi) għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu, Billi: (1) F'Tessaloniki, il-Kunsill Ewropew iddikjara li ż-żieda ta' l-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom qegħdin ikunu ta' theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali; ir-riskju li t-terroristi jakkwistaw kimiċi, bioloġiċi, radioloġiċi jew materjali nukleari jżid dimensjoni ġdida għal din it-theddida. Għalhekk, il-Kunsill Ewropew iddeċida li l-isforz kollettiv tal-UE jiffoka, fost ħwejjeġ oħra, fuq ħidma lejn ratifika universali ta', u ta' fedeltà ma', id-diżarmament prinċipali u t-trattati ta' kontroll ta' l-armi nukleari u il-ftehim u, meta hemm bżonn, għat-tisħiħ tagħhom [1]. (2) Fil-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Priniċipi Bażiċi għal strateġija ta' l-UE kontra it-tixrid ta' l-armi nukleari għad-distruzzjoni tal-massa, l-UE u l-Istati Membri ddeċidew li jimbuttaw fuq pjan politiku l-fedeltà universali għall-istrumenti relatati ma' l-armi għad-distruzzjoni tal-massa u l-mod tat-trasport tagħhom. (3) Id-dikjarazzjoni mill-ġdid ta' din il politika sservi ta' kejl fin-negozjati tal-pożizzjonijiet ta' l-UE fil-fora internazzjonali, u għalhekk huwa xieraq li tiġi fformulata fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill, ADDOTTA DIN IL-POIZZJONI KOMUNI: Artikolu 1 L-għanijiet ta' din il-Pożizzjoni Komuni huma: (a) li tippromovi ir-ratifika universali ta', u l-fedeltà ma', il-ftehim multilaterali li ġejjin u, fejn hemm bżonn, it-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tagħhom, inkuż il-garanzija ta' konformità: (i) It-Trattat tal-kontroll ta' l-armi nukleari u il-ftehim tas-Salvagwardji (NPT); (ii) Protokoll Addizzjonali ma' l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (Protokoll Addizzjonali tal-IAEA); (iii) Il-Konvenzjoni ta' l-Armi Kimiċi; (iv) Il-Konvenzjoni ta' l-Armi Bioloġiċi u Tossiċi; (v) Il-Kodiċi tal-Kondotta Hague kontra it-tixrid tal-Missili Ballistiċi; (b) biex tippromwovi d-dħul kmieni fis-seħħ tat-Trattat tal-Prova Nukleari li tiprojbixxi b'mod Komprensiv. Dawn l-instrumenti prinċipali jipprovdu il-bażi għad-diżarmament tal-komunità internazzjonali u l-isforzi kontra l-armi nukleari f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi, li jikkontribwixxu għall-kunfidenzialità internazzjonali, stabbilità u paċi, inkluż il-ġlieda kontra it-terroriżmu. Artikolu 2 Fit-twettiq ta' l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1, L-UE u l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħtieġa ta' l-infurzar tar-reġim tat-trattat multilaterali billi: - itejbu l-possibilitajiet ta' skoperta tal-violazzjonijiet, u - isaħħu l-infurzar ta' l-obbligazzjonijiet stabbiliti mir-reġim ta' dan it-trattat. Għal dan il-għan, attenzjoni partikolari għandha tiġi mogħtija għall-aħjar użu tal-mekkaniżmi ta' verifikazzjoni eżistenti u, fejn hemm bżonn, jiġu stabbiliti strumenti ta' verifikazzjoni addizzjonali kif ukoll it-tisħiħ tar-rwol tal-Kunsill għas-Sigurtà tal-UN li huwa primarjament responsabbli għal-manteniment tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Artikolu 3 L-UE u l-Istati Membri għandhom jiffokaw l-azzjoni diplomatika tagħhom skond l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 1 u 2, skond il-modalitajiet li jidhru hawn taħt. Artikolu 4 It-Trattat tal-Kontroll ta' l-Armi Nukleari (NPT) huwa l-pedament tar-reġim għall-kontroll globali ta' l-armi u l-bażi essenzjali għall-insegwiment tad-diżarmament nukleari, taħt l-Artikolu VI tiegħu. Il-ksib ta' konformità universali ma' l-NPT hija ta' importanza kruċjali. Għal dan il-għan, l-UE għandha: - ssejjaħ lill-Istati għall-adeżjoni mingħajr kondizzjonijiet ma' l-NPT bħala Stati ħielsa mill-armi nukleari u biex ipoġġu l-faċilitajiet u l-attivitajiet kollha nukleari tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet tas-Sistema ta' Salvagwardji Komprensiva ta' l-IAEA, - tħeġġeġ dawk l-iStati li għadhom ma daħlux fil-Ftehim tas-Salvagwardji ma' l-IAEA biex jonoraw l-obbligi tagħhom skond l-Artikolu 111 ta' l-NPT u jikkonkludu it-tali ftehim b'urġenza, - jippromovu l-għanijiet kollha stabbiliti fl-NPT, - jappoġġaw id-Dokument Finali ta' reviżjoni tal-Konferenza ta' l-2000 ta' l-NPT u d-Deċizjonijiet u r-Reżoluzjonijiet addottati fil-Konferenza ta' Reviżjoni u Estensjoni ta' l-1995 ta' l-NPT, - jippromovu aktar konsiderazzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-sigurtà, - jippromovu miżuri li jassiguraw li kull possibilità ta' użu ħażin tal-programmi nukleari ċivili għall-skopijiet militari jiġu effettivament esklużi. Artikolu 5 IL-UE tikkunsidra l-Protokoll Addizzjonali ta' l-IAEA bħala parti integrali mis-Sistema ta' Salvagwardji ta' l-IAEA. Biż-żieda fl-istandards għall-komprensività u billi tkun aktar faċli biex jiġu skoperti l-vjolazzjonijiet, il-Protokoll Addizzjonali ssaħħaħ l-NPT. Sabiex tiġi promossa l-addottazzjoni universali ta' l-implimentazzjoni tal-Protokoll Addizzjonali, l-UE se: - tħeġġeg ir-ratifika minn kmieni għall-Protokoll Addizzjonali ta' l-iStati ta' l-UE u l-iStati Kandidati sa l-aħħar ta' l-2003, - tħeġġeġ organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn biex jagħmlu l-istess, - taħdem, sabiex tagħmel il-Protokoll Addizzjonali u l-Ftehim tas-Salvagwardi l-istandard tas-sistema ta' verifikazzjoni ta' l-IAEA u taħdem għall-fedeltà universali lejn il-Protokoll Addizzjonali, - tħeġġeġ appoġġ politiku u finanzjarju għax-xogħol ta' l-IAEA. Artikolu 6 Il-Konvenzjoni fuq l-Armi Kimiċi hi strument uniku ta' diżarmament u ta' kontroll ta' l-armi nukleari f'pajjiżi li għad ma għandhomx dawn l-armi l-integrità u l-applikazzjoni stretta liema għandhom jiġu garantiti. Implimentazzjoni nazzjonali effettiva hi essenzali għall-ħidma effettiva tal-Konvenzjoni. Sabiex issaħħaħ il-Konvenzjoni, l-UE għandha: - Tħeġġeġ lil dawk il-pajjiżi li għadhom ma nagħqdux jew ġew ratifikati mal-Konvenzjoni sabiex jagħmlu dan mingħajr dewmien, - tħeġġeġ il-pajjiżi li huma parti mill-Konvenzjoni biex iwettqu mingħajr dewmien il-miżuri nazzjonali ta'implimentzzjoni neċessari, inkuż leġislazzjoni kriminali. It-tali miżuri għandhom jiriflettu in-natura komprensiva tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, - Tħeġġeġ lil dawk l-iStati konċernati biex jassiguraw fedeltà lejn l-obbligi tagħhom sabiex jeqirdu l-armi kimiċi u jeqirdu jew ibiddlu il-faċilitiajiet ta' produzzjoni ta' l-armi kimiċi fiż-żmien previst mill-Konvenzjoni, - taħdem sabiex il-projbizzjoni ta' l-armi kimiċi tiġi ddikjarata bħala regoli li jorbtu universalment fil-liġi internazzjonali. Artikolu 7 Il-Konvenzjoni ta' l-Armi Bioloġiċi u Tossiċi (BTWC) hija l-pedament ta' l-isforz sabiex jiġi evitat li aġenti bioloġiċi u tossiċi jintużaw bħala armi. L-UE tkompli tappoġġa l-prinċipju ta' verifikazzjoni tal-BTWC. Sabbiex issaħħaħ il-Konvenzjoni, l-UE għandha: - tagħmel sforzi speċifiċi sabiex tikkonvinċi lil dawk l-iStati li għadhom ma ngħaqdux jew ġew ratifikati mal-Konvenzjoni sabiex jagħmlu dan mingħajr dewmien, - taħdem sabiex tidentifika mekkaniżmi effettivi biex issaħħaħ u tivverifika il-fedeltà fil-BTWC, - taħdem sabiex tassikura riżultati konkreti mill-laqgħat annwali li għandhom iseħħu bejn l-2003 u l-2005, fi preparazzjoni lejn il-Konferenza tas-Sitt Reviżjoni fl-2006, - tpoġġi enfasi fuq, fejn neċessarju, it-tisħiħ tal-miżuri nazzjonali ta' l-implimentazzjoni, inkluż il-leġislazzjoni kriminali, u l-kontroll fuq mikroorganiżmi patoġeniċi u tossiċi fl-istruttura tal-BTWC, - taħdem sabiex il-projbizzjoni ta' l-armi kimiċi u tossiċi tiġi ddikjarata bħala regoli li jorbtu universalment fil-liġi internazzjonali. Artikolu 8 Il-Kodiċi tal-Kondotta Hague kontra it-tixrid tal-Missili Ballistiċi huwa għodda importanti kontra ż-żieda fit-tixrid tal-missili ballistiċi kapaċi jġorru armi għad-distruzzjoni tal-massa. Il-Kodiċi jistabbilixxi l-prinċipji fondamentali fejn qabel ma kien hemm xejn u jirrapreżenta pass kruċjali lejn il-possibilità ta' ftehim multilaterali sabiex jipprevjeni t-tixrid tal-missili ballistiċi. L-UE għandhom: - tikkonvinċi kemm jista' jkun pajjiżi possibili biex jissieħbu magħha, speċjalment dawk li għandhom il-kapaċitajiet għall-missili ballistiċi, - taħdem flimkien ma' Stati oħra imsieħba sabiex jiżviluppaw aktar u jimplimentaw il-Kodiċi, partikolarment il-miżuri ta' bini ta' kunfidenza previsti għalihom fil-Kodiċi, - timpromovi, fejn possibili u addatt, relazzjoni aktar stretta bejn il-Kodiċi u s-sistema tal-UN. Artikolu 9 L-UE se timpromovi id-dħul kmieni fis-seħħ tat-Trattat tal-Prova Nukleari li tiprojbbixxi f'mod Komprensiv skond il-kondizzjonijiet imwaqqfa fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/567/CFSP tal-21 ta' Lulju 2003 li jimplimenta l-Pożizzjoni Komuni 1999/533/CFSP relevanti għall-kontribuzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-dħul kmieni fis-seħħ tal-Prova Nukleari li tiprojbbixxi b'mod Komprensiv (CTBT) [2]. Artikolu 10 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 11 Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' November 2003. Għall-Kunsill Il-President F. Frattini [1] ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 53. [2] ĠU L 192, tal-31.7.2003, p. 53. --------------------------------------------------